31995R0299



Official Journal L 035 , 15/02/1995 P. 0008 - 0008


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 299/95

tal-14 ta' Frar 1995

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 584/75 rigward il-ħtiġiet għar-rilaxx tal-garanzija fuq l-offerti għar-rifużjoni tal-esportazzjoni għar-ross

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1418/76 tal-25 ta' Ġunju 1976 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1869/94 [2], u partikolarment Artikolu 17 miġjub fih,

Billi Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 584/75 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 409/90 [4], jippreskrivi l-metodu li bih jistgħu jiġu sottomessi l-offerti; billi dan il-metodu jista' jittejjeb b'riżultat tal-metodi moderni tat-telekomunikazzjoni;

Billi Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament jippreskrivi l-ħtiġiet għar-rilaxx tal-garanzija fuq l-offerti; billi jekk tiġi aċċettata l-offerta, din il-garanzija tista' tiġi rilaxxjata mingħajr tnaqqis fl-effettivita tas-sistema f'każi fejn min jirbaħ l-offerta jipprovdi prova illi tkun ġiet depożitata l-garanzija meħtieġa għall-ħruġ tal-liċenzja tal-esportazzjoni;

Billi l-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma b'mod konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-Ċereali u r-Ross,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 584/75 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. F'Artikolu 2:

(a) il-paragrafu 1 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"1. L-offerti, li għandhom ikunu bil-miktub, jistgħu jew jiġu konsenjati personalment lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru, jew jistgħu jintbagħtu lil din l-awtorità bil-miktub b'kull mezz tat-telekomunikazzjoni.";

(b) il-paragrafu 5 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"5. Darba l-offerta tiġi sottomessa ma tistax tiġi rtirata."

2. Artikolu 7 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 7

Il-garanzija fuq l-offerta għandha tiġi rilaxxjata fejn:

(a) l-offerta ma tkunx ġiet aċċettata;

(b) ir-rebbieħ ta' l-offerta jkun ipprovda prova illi tkun ġiet depożitata l-garanzija provduta f'Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 891/89 [5].

Fejn l-impenn riferit f'Artikolu 2(3)(b) ma jiġix imħares il-garanzija fuq l-offerta għandha, għajr fil-każijiet forza maġġuri, tiġi konfiskata."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta' Frar 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 166, tal-25.6.1976, p. 1.

[2] ĠU L 197, tat-30.7.1994, p. 7.

[3] ĠU L 61, tas-7.3.1975, p. 25.

[4] ĠU L 43, tas-17.2.1990, p. 21.

[5] ĠU L 94, tas-7.4.1989, p. 13.

--------------------------------------------------