Official Journal L 292 , 07/12/1995 P. 0027 - 0030
Id-Direttiva tal-Kunsill 95/61/KE tad-29 ta’ Novembru 1995 li temenda l-Anness II mad-Direttiva 90/642/KEE li għandha x’taqsam ma’ l-iffissar tal-livelli massimi għall-fdalijiet tal-pestiċidi f’ċerti prodotti li joriġinaw ġewwa u fuq il-pjanti, inklużi l-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tal-fdalijiet tal-pestiċidi f’ċerti prodotti li joriġinaw ġewwa u fuq il-pjanti, inklużi l-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 1 [1] tagħha, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi d-Direttiva 90/642/KEE ġiet emendata għall-ewwel darba permezz tad-Direttiva 93/58/KEE [2] li, fost disposizzjonijiet oħra, ipprovdiet sabiex tiġi stabbilita l-ewwel lista tal-livelli massimi għal ċerti fdalijiet tal-pestiċidi; Billi, madankollu, l-informazzjoni disponibbli ma kenitx biżżejjed dak iż-żmien għalbiex jiġu stabbiliti l-livelli definittivi tal-fdalijiet massimi għal ċerti pestiċidi - kombinazzjonijiet ta’ l-uċuħ tar-raba’; billi f’dawn il-każijiet ġie stabbilit perjodu taż-żmien ta’ erba’ snin għall-ġenerazzjoni ta’ l-informazzjoni meħtieġa li warajh, fl-assenza ssoktata ta’ informazzjoni sodisfaċenti, il-livelli għandhom iridu normalment jiġu stabbiliti fil-limitu approprjat ta kif jiġu stabbiliti; Billi l-Kummissjoni u l-Kunsill qablu fil-waqt ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 93/58/KEE illi l-Istati Membri għandhom jiksbu impenji fi żmien sena mill-partijiet kollha interessati illi trid tiġi ġġenerata l-informazzjoni meħtieġa; billi f’ċerti każi l-ebda impenn ma ingħata u huwa għalhekk diġà possibbli li jiġu stabbiliti d-disposizzjonijiet approprjati, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Anness II mad-Direttiva 90/642/KEE huwa hawnhekk emendat kif iddikjarat fl-Anness ma’ din id-Direttiva. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 1996 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għalbiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodu ta’ kif għandha ssir din ir-referenza għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri. Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-29 ta’ Novembru 1995. Għall-Kunsill Il-President L. Atienza Serna [1] ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Directive 95/38/KE (ĠU L 197, 22.8.1995, p. 14). [2] ĠU L 211, 23.8.1993, p. 6. -------------------------------------------------- ANNESS 1. Il-Klorotalonil Fit-tieni kolonna taħt l-intestatura "Il-Klorotalonil", fil-grupp li ġej: 2 (V) IL-ĦXEJJEX TA’ L-IKEL TAL-WERAQ U L-ERBAĊI AROMATIĊI FRISKI, il-ħass u ħxejjex ta’ l-ikel simili, id-dħul "(b)" u "0,01*" eżempji opposti ta’ prodotti individwali għandhom jiġu mibdula bid-dħul "0,01*" li jrid jitqiegħed biswit’ "Il-ħass u ħxejjex ta’ l-ikel simili". 2. Il-Klorpirifu Fit-tielet kolonna, taħt l-intestatura "Il-Klorpirifu", biswit id-dħul ta’ l-gruppi tal-prodotti li ġejjin: - 1 (VI) FROTT MIXXELLANJU, iż-żebbuġ, - 2 (III) IL-ĦXEJJEX TA’ L-IKEL LI JAGĦMLU L-FROTT, il-qamħirrum, l-ittra "(ċ)" għandha tiġi mibdula biċ-ċifra "0,05*". Fl-istess kolonna fil-grupp li ġej: 2 (I) IL-ĦXEJJEX TA’ L-IKEL TA’ L-GĦERUQ U TAT-TUBERI, id-dħul "(ċ)" biswit il-Pitravi taz-zokkor, Iz-Zunnarija bajda, in-Nevew u l-Ġdur għandu jitħassar. Fl-istess kolonna biswit id-dħul tal-prodott li ġej: 7. Il-Ħopp (imnixxef), inkluż il-gerbub żgħir tal-Ħopp u t-trab mhux ikkonċentrat, l-ittra "(d)" għandha tiġi mibdula biċ-ċifra "0,1*". 3. Iċ-Ċipermetrin Fil-ħames kolonna, taħt l-intestatura "Iċ-Ċipermetrin, inklużi t-taħlitiet l-oħra ta’ l-iżomeri kostitwenti (it-total ta’ l-iżomeri)", fil-grupp li ġej: - 1 (V) IL-BERRIES U L-FROTT U L-FROTT IRQIQ, Frott irqiq ieħor u l-berries (bl-eċċezzjoni ta’ dak selvaġġ), - 2 (I) IL-ĦXEJJEX TA’ L-IKEL TA’ L-GĦERUQ U TAT-TUBERI, id-dħul "(ċ)" u "0,5*" eżempji opposti ta’ prodotti individwali għandhom jiġu mibdula bid-dħul "0,05*" li jrid jitqiegħed biswit il-gruppi msemmija hawn fuq. Fl-istess kolonna, biswit id-dħul tal-prodott li ġej: 2 (VII) IL-ĦXEJJEX TA’ L-IKEL TAZ-ZOKK, Il-bużbież, l-ittra "(ċ)" għandha titħassar. 4. Id-Deltametrin Fis-sitt kolonna, taħt l-intestatura "Id-Deltametrin", biswit id-dħul tal-prodotti fil-grupp li ġej: 1 (VI) FROTT MIXXELLANJU, il-Kiwi, l-ittra "(ċ)" għandha tiġi mħassra. 5. L-Imażalil Fid-disa’ kolonna taħt l-intestatura "l-Imażalil" fil-grupp li ġej: 2 (III) IL-ĦXEJJEX TA’ L-IKEL LI JAGĦMLU L-FROTT, Is-Solanacja, id-dħul "(a)" u "0,02*" eżempji opposti ta’ prodotti individwali għandu jinbidel bid-dħul "0,02*" li għandu jitqiegħed biswit "Is-Solanaċja". 6. L-Iprodjon Fl-għaxar kolonna taħt l-intestatura "L-Iprodjon" biswit id-dul tal-prodotti li ġejjin fil-grupp li ġej: - 2 (I) IL-ĦXEJJEX TA L-IKEL TA’ L-GĦERUQ U TAT-TUBERI, Iċ-Ċelerjak, - 2 (VII) IL-ĦXEJJEX TA L-IKEL TAZ-ZOKK, il-Krafes, id-dħul "(a)" għandu jitħassar. 7. Il-Permetrin Fil-ħdax-il kolonna taħt l-intestatura "Il-Permetrin (it-total ta’ l-iżomeri)" biswit id-dħul li ġej tal-prodott fil-grupp li ġej: 1 (V) IL-BERRIES U L-FROTT L-IRQIQ, il-frott tal-qasab (għajr dak selvaġġ), l-ittra "(ċ)" għandha tiġi mibdula biċ-ċifra "0,05*". Fl-istess kolonna biswit id-dħul li ġej tal-fil-gruppi li ġejjin: - 1 (VI) FROTT MIXXELLANJU, iż-Żebbuġ, - 2 (I) IL-ĦXEJJEX TA’ L-IKEL TA’ L-GĦERUQ U TAT-TUBERI, il-Ġidra, - 2 (IV) IL-ĦXEJJEX TA’ L-IKEL BRASSIKA, Il-Brassika li tagħmel il-fjuri, il-Brokkoli, - 2 (VII) IL-ĦXEJJEX TA’ L-IKEL TAZ-ZOKK, il-Bużbież, - 4. Iż-Żerriegħa taż-żejt, iż-Żerriegħa tal-ward tax-xemx, l-ittra "(ċ)" għandha titħassar. Fl-istess kolonna fil-grupp li ġej: 1 (V) IL-BERRIES U L-FROTT L-IRQIQ, Frott irqiq ieħor u l-berries (għajr dawk selvaġġi), id-dħul "(ċ)" u "0,05*" eżempji opposti ta’ prodotti individwali għandu jiġi mibdul bid-dħul "0,05" li għandu jitqiegħed biswit l-grupp imsemmi hawn fuq. Fl-istess kolonna kontra d-dħul li ġej tal-prodott: 7. Il-Ħopp (imnixxef), inklużi l-gerbub żgħir tal-ħopp u t-trab mhux ikkonċentrat, l-ittra "(d)" għandha tiġi mibdula biċ-ċifra "0,1*". 8. Il-Benomil, il-Karbendażim, il-Metil Tijofanat Fit-tnax il-kolonna taħt l-intestatura "Il-Benomil, il-Karbendażim, il-Metil Tijofanate (it-total espress bħala karbendażim)" biswit id-dħul li ġej tal-prodotti fil-gruppi li ġejjin: - 2 (V) IL-ĦXEJJEX TA’ L-IKEL TAL-WERAQ U L-ERBAĊI AROMATI¬I FRISKI, Il-Krexxun u l-Witloof, - 7. Il-Ħopp (imnixxef), inklużi l-gerbub żgħir tal-ħopp u t-trab mhux ikkonċentrat, l-ittra "(d)" għandha tiħi mibdula biċ-ċifra "0,1*". Fl-istess kolonna biswit id-dħul li ġej tal-prodotti fil-grupp li ġej: 1 (VI) FROTT MXXELLANJU, Iż-Żebbuġ, l-ittra "(d)" għandha titħassar. 9. Il-Maneb, il-mancozeb, il-metiram, il-propineb, iż-zineb Fit-tlettax-il kolonna taħt l-intestatura "Il-Maneb, il-Mancozeb, il-Metiram, il-Propineb, iz-Zineb (total espress bħala CS2)" fil-grupp li ġej: 1 (V) Il-BERRIES U L-FROTT L-IRQIQ, Il-frott tal-qasab (għajr dak selvaġġ), l-ittra "(ċ)" għandha tiġi mibdula bl-ittra "(ċ)" biswit Il-Raspberries u ċ-ċifra "0,05*" biswit "Oħrajn". Fl-istess kolonna biswit id-dħul li ġej tal-prodott fil-grupp li ġej: - 2 (I) IL-ĦXEJJEX TA’ L-IKEL TA’ L-GĦERUQ U TAT-TUBERI, Il-Pitravi taz-zokkor, - 2 (VII) IL-ĦXEJJEX TA’ L-IKEL TAZ-ZOKK, Il-Qaqoċċ, L-ittra "(ċ)" għanda tiġi mħassra. Fl-istess kolonna biswit id-dħul li ġej tal-prodott fil-grupp li ġej: 2 (V) IL-ĦXEJJEX TA’ L-IKEL TAL-WERAQ U L-ERBAĊI AROMATI¬I FRISKI, Il-Krexxun; l-ittra "(ċ)" għandha tiġi mibdula biċ-ċifra "0,05*". 10. Il-Metamidofu Fl-14-il kolonna taħt l-intestatura "Il-Metamidofu" biswit id-dħul li ġej tal-prodotti fil-gruppi li ġejjin: - 1 (V) IL-BERRIES U L-FROTT L-IRQIQ, L-Għeneb tal-mejda u ta’ l-inbid u l-Frawli (għajr dak selvaġġ), - 2 (IV) IL-ĦXEJJEX TA’ L-IKEL BRASSIKA, Il-Brassika tal-weraq, l-ittra "(b)" għandha tiġi mibdula biċ-ċifra "0,01*". 11. Il-Proċimidon Fil-15-il kolonna taħt l-intestatura "Il-Proċimidon" biswit id-dħul li ġej tal-prodotti fil-grupp li ġej: 1 (III) IT-TUFFIEĦ, It-tuffieħ ta’ belludja, l-ittra "(a)" għandha tinbidel biċ-ċifra "0,02*". Fl-istess kolonna, biswit id-dħul li ġej tal-prodott fil-grupp li ġej: 2 (II) IL-ĦXEJJEX TA’ L-IKEL TAL-BASLA, Il-Basal aħdar (tar-rebbiegħa), l-ittra "(a)" għandha titħassar. 12. Il-livelli massimi tal-fdalijiet speċifikament rigward it-tè (bil-weraq u z-zkuk imnixxfin, iffermentati jew xorta oħra, Il-Camellia sinensis) Fit-tabella mfassla speċifikament għat-tè biswit il-fdalijiet tal-pestiċidi li ġejjin: 6. Il-Bromopropilat, 15. Il-Fluċitrinat (it-total ta’ l-iżomeri), 18. Il-Metidazjon, u 21. Il-Profenofu, l-ittra "(d)" għandha tiġi mibdula biċ-ċifra "0,1*". --------------------------------------------------