31995L0057



Official Journal L 291 , 06/12/1995 P. 0032 - 0039


Id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE

tat-23 ta’ Novembru 1995

dwar il-ġbir ta’ l-informazzjoni statistika fil-qasam tat-turiżmu

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 213 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi r-Reżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Ġunju 1991 [1] u tat-18 ta’ Jannar 1994 [2] jaċċennaw li l-Komunità għandha rwol maġġuri fil-ħidma biex tkun żviluppata l-istatistika dwar it-turiżmu;

Billi l-elaborazzjoni ta’ Direttiva immirata għall-armonizzazzjoni ta’ l-isforzi preżentament utilizzati f’manjiera fragmentata fil-livell nazzjonali kienet ġiet approvata mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3];

Billi, permezz tad-Deċiżjoni 90/655/KEE [4], qafas metodoloġiku tal-Komunità għall-akkwist ta’ l-istatistika tal-Komunità dwar it-turiżmu kien ġie żviluppat;

Billi r-riżultati ta’ programm ta’ sentejn (1991-1992) għall-iżvilupp ta’ statistika tal-Komunità dwar it-turiżmu permezz tad-Deċiżjoni 90/655/KEE aċċennat il-ħtiġiet ta’ l-utenti fis-settur privat u publiku għall-Istatistika ta’ kwalità u kumparabli dwar Il-provvista u t-talba tat-turiżmu fil-livel tal-Komunità li tkun disponibbli fi żmien qasir wara talba għal dan;

Billi l-iżvilupp tal-istatistika tal-Komunità dwar it-turiżmu kienet ġiet rikonoxxuta bħala prijorità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/421/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 dwar pjan ta’ azzjoni tal-Komunità biex jgħin it-turiżmu [5];

Billi r-rwol rikonoxxut tat-turiżmu bħala għodda ta’ l-iżvilupp u l-integrazzjoni soċjo-ekonomika jista jkun assigurat aħjar permezz tat-tgħarif ta’ l-istatistika bażika relatata, primarjament stabbilita fil-livell reġjonali;

Billi, sabiex tkun ikkalkolata l-kompetittività ta’ l-industrija tat-turiżmu fil-Komunità, huwa meħtieġ li jkun akwistat tgħarif akbar tal-volum tat-turiżmu, il-karatteristiċi tiegħu, il-profil tat-turist u n-nefqa turistika;

Billi informazzjoni ta’ kull xhar hija meħtieġa ħalli tkun tista tiġi mkejjla l-influwenza staġġjonali tat-talba fuq il-kapaċità ta’ l-akkommodazzjoni turistika u b’hekk tgħin lill-awtoritajiet publiċi u lill-operaturi ekonomiċi li jiżviluppaw strateġiji u politika aktar addattati għall-iżvilupp tat-tixrid staġġjonali tal-vaganżi u l-imġieba ta’ l-attivitajiet turistiċi;

Billi aktar attività tal-Komunità f’dan il-qasam għandha tkompli tkun ibbażata fuq resqien pragmatiku li huwa konsistenti mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà;

Billi s-sinerġiji bejn il-proġetti nazzjonali, internazzjonali u tal-Komunità li jaffettwaw it-turiżmu għandhom ikunu assigurati ħalli jnaqqsu l-piż tal-ġbir ta’ l-informazzjoni;

Billi l-iżvilupp tax-xogħol metodoloġiku b’kooperazzjoni ma organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn, bħal ma huma l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp u l-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu, u r-Rakkommandazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni Statistikali tan-Nazzjonijiet Uniti f’Marzu 1993 għandhom ikunu meqjusa sabiex jassiguraw komparabbilità aħjar fl-istatistika tat-turiżmu fil-livell dinji;

Billi l-monitoraġġ affidabbli u effiċjenti ta’ l-istruttura u l-evoluzzjoni tat-talba u l-provvista tat-turiżmu jistgħu ikunu mtejba sinifikament bl-istabbeliment ta’ qafas xieraq rikonoxxut mill-Komunità;

Billi sistema bħal din tista toħloq ekonomiji ta’ skala, waqt li tipproduċu informazzjoni li tibbenefika lill-Istati Membri kollha u lill-partijiet ikkonċernati;

Billi strument tal-Komunità jista’ jiffaċilita t-tixrid ta’ statistika komparabbli dwar it-turiżmu;

Billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/464/KEE tat-22 ta’ Lulju 1993 dwar il-programm ta’ qafas għall-azzjonijiet ta’ prijorità fil-qasam ta’ l-informazzjoni statistika, 1993 sa 1997 [6] jipprovdi għall-istabbiliment ta’ sistema ta’ informazzjoni dwar il-provvista u t-talba tat-turiżmu;

Billi Direttiva tal-Kunsill tista tipprovdi qafas komuni għall-aħjar użu tal-benefiċċji ta’ l-azzjonijiet varji li qiegħdin jitwettqu fil-livell nazzjonali;

Billi l-informazzjoni statistika miġbura taħt sistema tal-Komunità għandha tkun fiduċjuża u xierqa biex tassigura komparibbilità bejn l-Istati Membri; billi huwa għalhekk meħtieġ li tkun stabbilita kriterja konġunta ħalli tiffaċilita li dawn il-ħtiġiet ikunu milħuqa,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Għan

Bil-għan li tkun stabbilita sistema ta’ l-informazzjoni ta’ statistika dwar it-turiżmu fil-livel tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-ġbir, id-damma, l-ipproċessar u t-trasmissjoni ta’ informazzjoni statistika armonizzata tal-Komunità dwar il-provvista u t-talba tat-turiżmu.

L-Artikolu 2

Id-dominju tal-ġbir ta’ l-informazzjoni u d-definizzjonijiet bażiċi

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, l-informazzjoni li għandha tkun miġbura għandha tirrigwardja lil:

(a) il-kapaċità ta’ l-istabbilimenti kollettivi ta’ l-akkommodazzjoni turistika.

It-tipi ta’ akkommodazzjoni kollettiva f’dan il-każ huma kif ġej:

1. lukandi u stabbilimenti simili

2. stabbilimenti oħrajn ta’ akkommodazzjoni kollettiva, inter alia:

2.1. siti turistici tal-kampijiet

2.2. djar tal-vaganzi

2.3. akkomodazzjoni ohra kollettiva;

(b) il-moviment tar-residenti fl-istabbiliment ta’ l-akkommodazzjoni kollettiva:

Il-ġbir għandu jkopri t-turiżmu intern, i.e. turiżmu domestiku u dak il-ġewwa; ‘turiżmu domestiku’ għandu jfisser ir-residenti ta’ pajjiż partikolari li jivvjaġġaw biss fi ħdan dak il-pajjiż u ‘turiżmu l-ġewwa’ għandu jfisser dawk mhux residenti li jivvjaġġaw fi ħdan pajjiż partikolari;

(ċ) it-talba turistika:

Il-ġbir għandu jkopri t-turiżmu nazzjonali, i.e. it-turiżmu domestiku u dak il-barra; ‘turiżmu l-barra għandu jfisser ir-residenti ta’ pajjiż li jivvjaġġaw lejn pajjiż ieħor. L-informazzjoni dwar it-talba tat-turiżmu għandha tkopri l-vjaġġi li l-għan ewlieni tagħhom ikunu l-vaganzi jew in-negozju u li jkunu jinvolvu mill-anqas wieħed jew aktar iljieli konsekuttivi lil hinn mill-post normali tar-residenza.

L-Artikolu 3

Il-karatteristiċi tal-ġbir ta’ l-informazzjoni

1. Lista ta’ karatteristiċi tal-ġbir ta’ l-informazzjoni, li turi il-perjodiċità tagħhom u t-tqassim skond it-territorju tidher fl-Anness.

2. Id-definizzjoni li għandha tkun applikata għall-karatteristiċi tal-ġbir ta’ l-informazzjoni u xi aġġustamenti għal-lista tal-karatteristiċi tal-ġbir ta’ l-informazzjoni għandha tkun iddeterminata mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12.

L-Artikolu 4

Eżattezza ta’ l-informazzjoni statistika

1. Il-ġbir ta’ l-informażżjoni statistika għandu, meta jkun possibbli, jassigura li r-riżultati jilħqu l-ħtiġiet minimi ta’ l-eżatezza. Dawn il-ħtiġiet, u l-proċeduri biex jassiguraw l-ipproċessar armonizzat tal-bażi sistematiċi, għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12. Il-ħtiġiet minimi ta’ l-eżatezza għandhom ikunu ddeterminati b’referenza partikolari għal-livell nazzjonali ta’ alloġġament matul lejl.

2. F’dak li jirigwardja l-bażi li fuqha l-informazzjoni tkun miġbura, l-Istati Membri għandhom jieħdu kwalunkwe miżuri li huma jħossu li jkunu xierqa biex iżommu l-kwalità u l-komparabbilità tar-riżultati.

L-Artikolu 5

Il-ġbir ta’ l-informazzjoni statistika

1. L-Istati Membri jistgħu, meta xieraq, jibbażżaw il-ġbir ta’ l-informazzjoni statistika imsemmijja fl-Artikolu 3 fuq id-dettalji, is-sorsi u s-sistemi eżistenti.

2. Għall-karatteristiċi b’perjodiċità annwali, l-ewwel perijodu ta’ referenza għandu jibda fl-1 ta’ Jannar 1996. Għall-karatteristiċi li jirrigwardjaw il-kolonni dwar l-informazzjoni ta’ kull xhar u ta’ kull tlett xhur li jidhru fis-sezzjonijiet B u Ċ rispettivament ta’ l-Anness, l-ewwel perijodu ta’ referenza għandu jibda fl-1 ta’ Jannar 1997.

L-Artikolu 6

L-ipproċessar tad-dettalji

L-Istati Membri għandhom jipproċessaw l-informazzjoni miġbura permezz ta’ l-Artikolu 3 skond il-ħtiġiet ta’ l-eżatezza stipulati fl-Artikolu 4 u r-regoli dettaljtai adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12. Il-livell reġjonali għandu jkun skond il-Nomeniklatura ta’ l-Unitajiet Territorjali (NUTS) ta’ l-Uffiċju ta’ l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 7

Trasmissjoni tad-dettalji

1. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu l-dettalji pproċesati skond l-Artikolu 6, inkluża l-informazzjoni iddikjarata konfidenzjali mill-Istati Membri permezz tal-leġislazzjoni domestika jew il-prattika li tikkonċerna l-konfidenzjalità ta’ l-istatistika, u skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 tal-11 ta’ June 1990 dwar it-trasmissjoni ta’ dettalji suġġetti għall-konfidenzjalità statistika lejn l-Uffiċju ta’ l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej [7]. L-imsemmi Regolament jirregola t-trattament konfidenzjali ta’ l-informazzjoni.

2. It-trasmissjoni ta’ l-informazzjoni provviżjonali annwali għandha sseħħ fi żmien sitt xhur mit-tmiem tal-perijodu ta’ referenza, u r-riżultati riveduti annwali għandhom ikunu trasmessi fi żmien perijodu massimu ta’ 12 il-xhar li jiġi wara t-tmiem tal-perijodu ta’ referenza. It-trasmissjomi tad-dettalji proviżjonali ta’ kull xhar u ta’ kull kwart tas-sena għandha sseħħ fi żmien tlett xhur mit-tmiem tal-perijodu ta’ referenza korrespondenti, u r-riżultati ta’ kull xhar u ta’ kull kwart tas-sena għandhom ikunu trasmessi fi żmien perijodu massimu ta’ sitt xhur li jiġu wara t-tmiem tal-perijodu ta’ referenza korrespondenti.

3. Billi taġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12, il-Kummissjoni tista, għal-iskop li tiffaċilita x-xogħol tal-partijiet responsabbli biex jipprovdu l-informazzjoni, tistabbilixxi proċeduri standard għat-trasmissjoni ta’ l-informazzjoni u toħloq il-kondizzjonijiet għal żieda fl-użu ta’ l-ipproċessar awtomatiku ta’ l-informazzjoni u tat-trasmissjoni ta’ l-informazzjoni elettronika.

L-Artikolu 8

Rapporti

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni fuq talba tagħha bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun tista tevalwa l-kwalità, il-komparabbilità u l-kompletezza ta’ l-informazzjoni ta’ statistika. L-Istati Membri għandhom ukoll jipprovdu lil-Kummissjoni bid-dettalji ta’ xi tibdil sussegwenti fil-metodi wżati.

2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Komunità Ekonomiku u Soċjali rapport dwar l-esperjenza akwistata fix-xogħol imwettaq permezz ta’ din id-Direttiva wara li dettalji jkunu ġew miġbura matul perijodu ta’ tlett snin.

L-Artikolu 9

Dissiminazzjoni tar-riżultati

L-arranġamenti għad-dissiminazzjoni tad-dettalji mill-Kummissjoni għandhom ikunu ddeterminati permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12.

L-Artikolu 10

Perijodu ta’ transitu

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jgħamlu s-sistema ta’ l-informazzjoni tal-Komunità operazzjonali matul perijodu ta transitu, li għandu jispiċċa tlett snin wara d-dħul b’effett ta’ din id-Direttiva għal-informazzjoni ta’ kull xhar u ta’ kull sena, u ħames snin wara d-dħul b’effett ta’ din id-Direttiva għall informazzjoni ta’ kull kwart tas-sena.

2. Matul il-perijodu transitorju, il-Kummissjoni tista, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12, taċċetta derogi mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, sal-limiti li s-sistemi statistiċi nazzjonali jkunu jeħtieġu adattazzjonijiet fil-qasam tat-turiżmu.

L-Artikolu 11

Kumitat

F’dak li jirrigwardja l-proċeduri għall-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva, u xi miżuri għal-aġġustament ta’ l-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi, partikolarment dawk li jikkonċernaw:

- id-definizzjonijiet li għandhom ikunu applikati għall-karatteristiċi ta’ l-informazzjoni miġbura u xi aġġustamenti għal-lista tal-karatteristiċi tal-ġbir ta’ l-informazzjoni (l-Artikolu 3), sa kemm dawn l-aġġustamenti ma jagħmlux il-proċess tal-ġbir aktar diffiċli,

- l-eżatezza tal-ħtiġiet u l-armonizzazzjoni tal-bażijiet sistematiċi ta’ l-ipproċesar (l-Artikolu 4),

- l-ipproċesar tad-dettalji (l-Artikolu 6), il-proċedura tat-trasmissjoni tad-dettalji (l-Artikolu 7) u d-dissiminazzjoni tar-riżultati (l-Artikolu 9),

- id-derogi mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva matul il-perijodu transitorju (l-Artikolu 10),

Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna, skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12, mill-Kumitat dwar il-Programm Statistiku stabbilit bid-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom [8], minn hawn il-quddiem irriferut bħala il-"Kumitat".

L-Artikolu 12

Il-proċedura

1. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jwassal l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fil-limitu ta’ żmien li l-president jista jistabbilixxi skond l-urġenza tal-materja. L-opinjoni għandha tingħata bil-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ tad-deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-kumitat għandhom ikollhom tagħbija skond il-manjiera stabbilita f’dak l-Artikolu. Il-President ma għandux jivvota.

2. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri li għandhom ikunu applikabbli immedjetament.

(b) Madankollu, jekk dawn il-miżuri ma jkunx skond l-opinjoni tal-kumitat, dawn għandhom ikunu kkomunikati minnufih mill-Kummissjoni lejn il-Kunsill. F’dak il-każ:

- il-Kummissjoni għandha tiddifferixxi l-applikazzjoni tal-miżuri li hi tkun iddeċidiet dwarhom għal perijdou ta’ tlett xhur mid-data tal-komunikazzjoni,

- il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista jieħu deċiżjoni differenti fil-limitu ta’ zmien riferit fl-ewwel inċiż.

L-Artikolu 13

L-implementazzjoni tad-Direttiva

L-Istati Membri għandhom idaħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma din id-Direttiva qabel it-23 ta’ Novembru 1996.

L-Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-20 jum ta’ wara l-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 15

Dispożizzjonijiet finali

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta’ Novembru 1995.

Għall-Kunsill

Il-President

C. Westendorp y Cabeza

[1] ĠU C 183, tal-15.7.1991, p. 74.

[2] ĠU C 44, ta’ l-14.2.1994, p. 61.

[3] ĠU C 52, tad-19.2.1994, p. 22.

[4] ĠU L 358, tal-21.12.1990, p. 89.

[5] ĠU L 231, tat-13.8.1992, p. 26.

[6] ĠU L 219, tat-28.8.1993, p. 1.

[7] ĠU L 151, tal-15.6.1990, p. 1.

[8] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

INFORMAZZJONI STATISTIKA FIL-QASAM TAT-TURIMŻU

NB:

Għall-informazzjoni mitluba permezz ta’ B.1.3, C.1.1.2 u C.1.1.4, it-tqassim ġeografiku dinji huwa elenkat fit-tmiem ta’ dan l-Anness.

A. Il-kapaċità ta’ l-akkommodazzjoni turistika kollettiva: unitajiet lokali fit-territorju nazzjonali

A.1. Informazzjoni li għandha tkun trasmessa fuq bażi annwali

Numru | Tqassim ta’ l-akkommodazzjoni | Varjabbli | Tqassim ġeografiku [1] |

A.1.1. | Lukandi u stabbilimenti simili | Numru ta’ stabbilimenti Numru ta’ kmamar tas-sodda Numru ta’ spazji ta’ sodod | Nazzjonali u reġġjonali NUTS III |

A.1.2. | Stabbilimenti oħrajn ta’ akkommodazzjoni kollettiva: siti turistiċi tal-kampijietabitazzjoni tal-vaganziakkommodazzjoni kollettiva oħra | Numru ta’ stabbilimenti Numru ta’ spazzji ta’ sodod [2] | Nazzjonali u reġġjonali NUTS III |

B. Okkupanza fi stabbilimenti ta’ l-akkommodazzjoni kollettiva: turiżmu domestiku u il-ġewwa

B.1. Informazzjoni li għandha tkun trasmessa fuq bażi annwali

Numru | Tqassim ta’ l-akkommodazzjoni | Varjabbli | Tqassim ġeografiku (1) |

B.1.1. | Lukandi u stabbilimenti simili | Wasliet tar-residenti Iljieli mgħoddija mir-residenti Wasliet minn dawk mhux residenti Iljieli mgħoddija minn mhux residenti | Nazzjonali u reġġjonali NUTS III |

B.1.2. | Stabbilimenti oħrajn ta’ akkommodazzjoni kollettiva: siti turistiċi tal-kampijietabitazzjoni tal-vaganziakkommodazzjoni kollettiva oħra | Wasliet tar-residenti Iljieli mgħoddija mir-residenti Wasliet minn dawk mhux residenti Iljieli mgħoddija minn mhux residenti | Nazzjonali u reġġjonali NUTS III |

B.1.3. | Lukandi u stabbilimenti simili Stabbilimenti oħrajn ta’ akkommodazzjoni kollettiva | Bil-pajjiż tar-residenza (tqasim bix-xhar kalendarju): Wasliet minn dawk mhux residentiIljieli mgħoddija minn mhux residenti | Nazzjonali |

B.2 Informazzjoni li għandha tkun trasmessa fuq bażi ta’ kull xhar

Numru | Tqassim ta’ l-akkommodazzjoni | Varjabbli | Tqassim ġeografiku (1) |

B.2.1. | Lukandi u stabbelimineti simili Stabbilimenti oħrajn ta’ akkommodazzjoni kollettiva | Wasliet tar-residenti Iljieli mgħoddija mir-residenti Wasliet minn dawk mhux residenti Iljieli mgħoddija minn mhux residenti | Nazzjonali |

B.2.2. | Lukandi u stabbelimineti simili | Użu ta’ spazji ta’ sodod: grossinetti | Nazzjonali |

Ċ. It-talba turistika: turiżmu domestiku u il-barra (esklużi l-eskursjonijiet ta’ jum wieħed)

Ċ.1. Informazzjoni li għandha tkun trasmessa fuq bażi nazzjonali

NB.

L-inizjali AD tfisser li din l-informazzjoni għandha tkun trasmessa TA’ KULL SENA u mhux ta’ kull tlett xhur. Informazzjoni mhux mitluba għal diversi żoni turistiċi hija ndikata bl-inizjali NR.

Numru | Varjabbli | Tqassim | Dettalji annwali | Dettalji ta’ kull tlett xhur |

Tqassim ta’ erbat iljieli jew aktar [3] | Vaganzi [4] | VjaġġI tan-negozju [5] |

Ċ.1.1. | Dettalji dwar il-volum tat-turiżmu | | | |

Ċ.1.1.1. | Numru ta’ turistiċi (persuni ingaġġati fit-turiżmu) | Total domestiċiil-barradomestiċi u l-barra | | | |

Ċ.1.1.2. | Numru ta’ vjaġġi turistiċi | Total domestiċiil-barra:tqassim ġeografiku dinji (livell nazzjonali) | | AD | AD |

Ċ.1.1.3. | Numru ta’ vjaġġi turistiċi (bix-xhar tal-partenza) | Total domestiċiil-barradomestiċi u l-barra | | | |

Ċ.1.1.4. | Numru ta’ ljieli turistiċi | Total domestiċiil-barra:tqassim ġeografiku dinji (livell nazzjonali) | | AD | AD |

Ċ.1.2. | Informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-vjaġġi | | | | |

Ċ.1.2.1. | It-tul ta’ l-aġġorn | Iljieli | | | |

minn 1 sa 3 | NR | | |

4 jew aktar iljieli konsekuttivi | NR | | |

minn 4 sa 7 | | NR | NR |

minn 8 sa 14 | | NR | NR |

minn 15 sa 28 | | NR | NR |

minn 29 sa 91 | | NR | NR |

minn 92 sa 365 | | NR | NR |

Ċ.1.2.2. | Organizzazzjoni ta’ l-aġġorn | Riservazzjoni diretta ma l-operatur tat-trasport/akkommodazzjoni | | NR | NR |

Użu ta’ l-aġent tal-ivvjaġġar, l-operatur tal-vjaġġi: | | NR | NR |

inkluż l-ivvjaġġar bħala pakkett | | NR | NR |

Ċ.1.2.3. | Metodu ewlieni tat-trasport użat | Ajru | | NR | NR |

Baħar | | NR | NR |

Art: | | NR | NR |

ferrovija | | NR | NR |

xarabank, coach (regolari, turistika) | | NR | NR |

karozza privata jew mikrija | | NR | NR |

oħrajn | | NR | NR |

Ċ.1.2.4. | It-tip ewlieni ta’ l-akkommodazzjoni użat għat-turiżmu: -- domestiku -- il-barra | Lukandi u stabbilimenti simili Stabbilimenti oħrajn ta’ akkommodazzjoni kollettiva: | | | |

siti tal-kampeġġjar turistiku | | NR | NR |

djar tal-vaganzi | | NR | NR |

akkommodazzjoni kollettiva oħra | | NR | NR |

Stabbilimenti speċjalizzati Akkommodazzjoni turistika privata: | | | |

akkommodazzjoni mikrija | | NR | NR |

residenza sekondarja | | NR | NR |

tipi oħrajn ta’ akkommodazzjoni privata | | NR | NR |

Ċ.1.3. | Informazzjoni dwar il-profil turistiku | | | | |

Ċ.1.3.1. | Numru ta’ turisti | Bis-sess: irġielnisa | | | |

Ċ.1.3.2. | Numru ta’ turisti | Bl-età: | | | |

0-14 il-sena (voluntarja) | | NR | NR |

15-24 sena | | NR | NR |

25-44 sena | | NR | NR |

45-64 sena | | NR | NR |

65 sena u aktar | | NR | NR |

Ċ.1.4. | Informazzjoni dwar in-nefqa turistika | | | | |

Ċ.1.4.1. | In-nefqa (fil-munita nazzjonali) għall-vjaġġi turistiċi: domestiċivjaġġi turistiċi | Total Inkluż: vjaġġi, ivjaġġar tal vaganzi u bħala pakkett | | NR | NR |

TQASSIM BIŻ-ŻONI ĠEOGRAFIKA

TOTAL DINJI

TOTAL TAŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

TOTAL TA’ L-UNJONI EWROPEA (15)

Il-Belġju

Id-Danimarka

Il-Ġermanja

Il-Greċja

l-Ispanja

Franza

L-Irlanda

L-Italja

Il-Lussemburgu

L-Awstrija

L-Olanda

Il-Portugall

Il-Finlandja

L-Isvezja

Ir-Renju Unit

TOTAL TAŻ-ŻONA EWROPEA TAL-KUMMERĊ ĦIELES (EFTA)

L-Islanda

In-Norveġja

L-Isvizzera (u l-Liechtenstein)

TOTAL TAL-PAJJIŻI EWROPEJ L-OĦRAJN (apparti milli mill-pajjiżi (EFTA))

inklużi:

It-Turkija

Il-Polonja

Ir-Repubblika Ċeka

l-Islovakkja

L-Ungerija

TOTAL AFRIKA

TOTAL AMERIKA TA’ FUQ:

L-Istati Uniti

Il-Kanada

TOTAL L-AMERIKA TA’ NOFS IN-NHAR U ĊENTRALI

TOTAL ASJA

inklużi:

Il-Ġappun

L-AWSTRALJA, L-OĊEANJA U T-TERRITORJI L-OĦRAJN

inklużi:

L-Awstralja

In-New Zealand

MHUX SPEĊIFIKATI

[1] Dettalji dwar il-kmamar tas-sodda u ta’ spazji fis-soddod fil-livell NUTS III jistgħu jinkludu estimi; l-estimi għandhom ikunu identifikati kjarament bħala tali.

[2] Għal siti tal-kampijiet, meta Stat Membru ma jkollu l-ebda standard tiegħu, kamp wieħed jista jkun meqjus bħala erba spazji ta’ sodod

[3] Din il-kolonna tkopri vjaġġi twal (i.e. erba jew aktar iljieli konsekuttivi lill hinn mill-post normali tar-residenza, li r-raġuni ewlenija għal dan tkun vaganzi, divertiment jew mistrieħ)

[4] Din il-kolonna tkopri informazzjoni fuq il-vaganzi turistiċi kollha (i.e. vjaġġi ta’ mill-anqas lejl wieħed jew aktar konsekuttivi lill hinn mill-post normali tar-residenza, li r-raġuni ewlenija għal dan tkun vaganzi, divertiment jew mistrieħ)

[5] Din il-kolonna tkopri informazzjoni dwar it-turiżmu tan-negozju (i.e. vjaġġi ta’ mill-anqas lejl wieħed jew aktar konsekuttivi lill hinn mill-post normali tar-residenza, li r-raġuni ewlenija għal dan tkun n-negozju u professjonali)

--------------------------------------------------