Official Journal L 167 , 18/07/1995 P. 0017 - 0018
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/33/KEE ta’ l-10 ta’ Lulju 1995 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE li tirrigwarda ċerti prodotti użati fin-nutriment ta’ l-annimali (Test b’relevanza għall-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1982 dwar ċerti prodotti użati fin-nutriment ta’ l-annimali [1], kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ l-Addizzjoni ta’ l-Awstrija, il-Fillandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha, Billi d-Direttiva 82/471/KEE tipprovdi għal emendi regolari tal-kontenut ta’ l-Anness b’risultat ta’ żviluppi fl-għarfien xjentifiku jew tekniku; Billi l-istudju ta’ prodott ġdid li jappartjeni għall-grupp ta’ prodotti tal-proteina miksuba minn mikro-organismi, f’dan il-kas mill-bakterja, wera effett benefiċċjali fil-ħnieżer, fl-għoġġiela u fis-salamun; billi l-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ dan il-prodott fin-nutriment ta’ l-annimali għandha għalhekk titħalla taħt ċerti kundizzjonijiet; Billi, għal raġunijiet tekniċi ta’ produzzjoni, il-konċentrazzjoni minima tal-likwidu kkonċentrat lisin awtorizzata trid tiġi emendata; Billi l-Kumitat Xjentifiku għan-Nutriment ta’ l-Annimali u l-Kumitat Xjentifiku għall-ikel ħareġ opinjoni dwar l-użu tal-prodotti ta’ proteina ta’ fermentazzjoni minn gass naturali miksub permezz tal-kultura ta’ Metilokokkus kapsulatus (Bath), Alkaligenesacidorovans, Bacillusbrevis u Bacillusfirmus; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Direttiva huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Għalf tal-Bhejjem, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 L-Anness tad-Direttiva 82/471/KEE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva. L-Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sat-30 ta’ Ġunju 1996 l-aktar tard. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih dwar dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tkun adottata mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ewlenija tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva. L-Artikolu 3 Din id- Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, 10 ta’ Lulju 1995. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU Nru L 213, 21.7.1982, p. 8. -------------------------------------------------- ANNESS 1. Fil-grupp 1.1 "Bakterja" , il-grupp ta’ prodotti u l- prodotti li ġejjin huma miżjuda: "1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | L-isem tal-grupp tal-prodotti | L-isem tal-prodott | Deskrizzjoni tal-prinċipju nutrittiv jew l-identità tal- mikro-organismu | Substrat tal-kultura (speċifikazzjonijiet, jekk dawn jeżistu) | Karatteristiċi tal- kompożizzjoni tal-prodott | Speċi ta' l-annimali | Disposizzjonijiet speċjali | 1.1.2.Koltivazzjoni ta' baktirja fuq gass naturali | | | | | | | | 1.1.2.1prodott ta' proteina ta' fermentazzjoni minn gass naturali miksuba permezz tal-koltivazzjoni ta': Metilokokkus kapsulatus (Bath), Alkaliġenes aċidovorans, Bacillus brevis etBacillus firmus, u ċ-ċelluli li jkunu ġew maqtula | Metilokokkus capsulatus (Bath) silta NCIMB 11132 Alkaliġenes acidovorans silta NCIMB 12387 Bacillus brevis razza NCIMB 13288 Bacillus firmus silta NCIMB 13280 | Gass naturali: (bejn wieħed u ieħor 91 % methane, 5 % ethane, 2 % propane, 0,5 % isobutane, 0,5 % n-butane 1 % komponenti oħrajn), ammonja, imluħa minerali | Proteina mhux raffinata: min 65 % | Ħnieżer għas-simna minn 25 sa 60 kgGħoġġiela minn 80 kg 'il fuqsalmonid | Dikjarazzjonijiet li jridu jsiru fuq it-tikketta jew fuq l-ippakkjar tal-prodott: l-isem:"Prodott ta' proteina ta' fermentazzjoni minn gass naturali miksub mill-koltivazzjoni ta' Metilokokkus capsulatus (Bath), Alcaligenes, acidovorans,Bacillus brevis u Bacillus firmus,"proteina mhux raffinatairmied mhux raffinatxaħam mhux raffinatkontenut ta' umditàstruzzjonijiet għall-użurata ta' inkorporazzjoni massima fl-għalf:8 % ħnieżer għas-simna8 % għoġġiela19 % salamun (ta' l- ilma ħelu)33 % salamun (ta' l-ilma baħar)Dikjarazzjonijiet li jridu jsiru fuq it-tikketta jew fuq l-ippakkjar tal-prodott: l-isem: "Prodott tal-proteina miksub permezz ta' fermentazzjoni ta' baktirja naturali"l-ammont tal-prodotti li jkunu jinsabu fl-għalf ta' l-annimali" | 2. Fil-grupp 3 "Aċidi amino u l-imluħa tagħhom", fil-grupp 3.2 "Lysine", id-dettal 3.2.2 "L-lisin ikkonċentrat likwidu (bażiku)", it-test tal-kolonna 5 huwa mibdul bit-test li ġej: "L-lisin: min. 50 %". --------------------------------------------------