Id-Direttiva tal-Kunsill 95/29/KE tad-29 ta' Ġunju 1995 li temenda d-Direttiva 91/628/KEE dwar il-protezzjoni ta' l-annimali matul it-trasport
Official Journal L 148 , 30/06/1995 P. 0052 - 0063
CS.ES Chapter 03 Volume 17 P. 466 - 477
ET.ES Chapter 03 Volume 17 P. 466 - 477
HU.ES Chapter 03 Volume 17 P. 466 - 477
LT.ES Chapter 03 Volume 17 P. 466 - 477
LV.ES Chapter 03 Volume 17 P. 466 - 477
MT.ES Chapter 03 Volume 17 P. 466 - 477
PL.ES Chapter 03 Volume 17 P. 466 - 477
SK.ES Chapter 03 Volume 17 P. 466 - 477
SL.ES Chapter 03 Volume 17 P. 466 - 477
Id-Direttiva tal-Kunsill 95/29/KE tad-29 ta' Ġunju 1995 li temenda d-Direttiva 91/628/KEE dwar il-protezzjoni ta' l-annimali matul it-trasport IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidrat l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi l-Artikolu 13 (1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE tad-19 ta' Novembru 1991 dwar il-protezzjoni ta' annimali waqt it-trasport [4] teħtieġ li l-Kummissjoni tissottometti rapport, possibilment akkumpanjat minn proposti, dwar ħinijiet massimi ta' vjaġġ, intervalli ta' tmigħ u tisqija, perjodi ta' mistrieħ, spazji permessi u livelli li jridu jintlaħqu mill-mezzi tat-trasport fir-rigward tat-trasport ta' ċerti tipi ta' annimali; Billi r-rapport mill-Kummissjoni, ibbażat fuq opinjoni mill-Kumitat Xjentifiku Veterinarju, juri li jistgħu jiġu stabbiliti livelli għar-rigward tal-materji hawn fuq imsemmija dwar ċerti tipi ta' annimali, ibbażati fuq tagħrif xjentifiku u esperjenza stabbilita sew; Billi xi Stati Membri għandhom regoli dwar ħinijiet ta' vjaġġ, intervalli ta' tmigħ u tisqija, perjodi ta' mistrieħ u spazji permessi; billi dawn ir-regoli huma, f'xi każijiet, estremament dettaljati u jintużaw minn xi Stati Membri biex jirrestrinġu l-kummerċ intra-Komunitarju ta' annimali ħajjin; billi l-persuni involuti fit-trasport ta' annimali jeħtieġu kriterji ċari u definiti sabiex ikunu jistgħu joperaw fuq bażi Komunitarja mingħajr ma jidħlu f'kunflitt mad-dispożizzjonijiet nazzjonali differenti; Billi, sabiex jiġi eliminati l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ ta' l-annimali ħajjin u sabiex l-organizzazzjonijiet tas-suq in kwistjoni ikunu jistgħu joperaw bla xkiel, waqt li jiġi żgurat livell sodisfaċenti ta' protezzjoni għall-annimali involuti, huwa meħtieġ li fil-kuntest tas-suq intern jiġu modifikati r-regoli tad-Direttiva 91/628/KEE bil-ħsieb li jiġu armonizzati l-ħinijiet ta' l-ivvjaġġar, il-perjodi ta' mistrieħ, l-intervalli ta' tmigħ u tat-tisqija u l-ispazji permessi, għal ċerti tipi ta' annimali; Billi l-Istati Membri għandhom ukoll ikunu awtorizzati li jistabbilixxu kondizzjonijiet aktar stretti għall-ħinijiet ta' l-ivvjaġġar għal annimali destinati għall-qatla meta l-annimali jridu jiġu trasportati bejn il-post tat-tluq u l-post tal-wasla li jinsab fit-territorju tagħhom waqt li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Id-Direttiva 91/628/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. L-Artikolu 1(2)(a) għandu jiġi mibdul bit-test li ġej: "(a) - għal trasport li mhuwiex ta' natura kummerċjali jew għal annimal individwali akkompanjat minn persuna fiżika li għandha r-responsabbiltà għall-annimal matul it-trasport, - għat-trasport ta' annimali domestiċi akkompanjati mis-sid tagħhom fuq vjaġġ privat." 2. Fl-Artikolu 2(2): (a) fil-punt (e), il-kliem "u akkomodati għal mill-inqas 10 sigħat" għandu jiġu mibdul bil-kliem "u akkomodati għal 24 siegħa"; (b) għandhom jiżdiedu s-sottoparagrafi li ġejjin: "(h) "perjodu ta' mistrieħ", perjodu kontinwu matul il-vjaġġ li matulu l-annimali mhumiex qegħdin jiġu mċaqalqa permezz ta' mezz ta' trasport; (i) "trasportatur", kull persuna fiżika jew ġuridika li titrasporta l-annimali - f'isimha stess, jew - f'isem terza persuna, jew - billi tipprovdi lil terza persuna b'mezz ta' trasport għall-annimali, meta t-trasport bħal dan ikun ta' natura kummerċjali u jitwettaq bl-iskop ta' qligħ;" 3. Fl-Artikolu 3(1), għandu jiddaħħal is-sotto-paragrafu li ġej: "(aa) - l-ispazji permessi (densitajiet ta' tagħbija) għall-annimali ta' mill-anqas jikkonformaw mal-figuri stabbiliti fil-Kapitolu VI ta' l-Anness, fir-rigward ta' l-annimali u l-mezzi ta' trasport msemmija f'dak il-Kapitolu, - il-ħinijiet ta' l-ivjaġġar u l-perjodi ta' mistrieħ u l-intervalli tat-tmigħ u tat-tisqija għal ċerti tipi ta' annimali jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti fil-Kapitolu VII ta' l-Anness, għar-rigward ta' l-annimali li għalihom issir referenza f'dak il-Kapitolu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85 [5];" 4. L-Artikolu 5 għandu jiġi mbdul b'dan li ġej: "L-Artikolu 5 A. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li: 1. kull trasportatur: (a) huwa: (i) reġistrat b'mod li jgħin lill-awtorità kompetenti tidentifika lill-persuna malajr fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mar-regolamenti ta' din id-Direttiva; (ii) koperta minn awtorizzazzjoni valida għat-trasport kollu ta' l-annimali bis-sinsla (vertebrati) li jitwettaq f'wieħed mit-territorji li għalihom issir referenza fl-Anness I tad-Direttiva 90/675/KEE, mogħtija mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' stabbiliment jew, jekk impriża stabbilita f'pajjiż terz hija involuta, minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru ta' l-Unjoni, bla ħsara għal impenn bil-miktub mill-persuna responsabbli għat-trasport li tintrabat li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità fis-seħħ. Dan l-impenn bil-miktub għandu b'mod partikolari jiddikjara li: - it-trasportatur li għalih issir referenza fil-punt 2 ħa l-miżuri kollha meħtieġa sabiex iħares ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva sakemm u safejn il-post ta' destinazzjoni u, aktar b'mod partikolari meta tkun involuta esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, sakemm u safejn il-post ta' destinazzjoni huwa definit mil-leġislazzjoni tal-Komunità, - mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 1A(6)(b) ta' l-Anness, il-personal li għalih issir referenza f’(a) tal-punt 2 jkun irċieva taħriġ speċifiku, jew mill-impriża jew minn korp ta' taħriġ, jew għandhom esperjenza ekwivalenti prattika li tagħtihom kwalifika sabiex iqandlu u jittrasportaw annimali bis-sinsla (vertebrati) u biex jamministraw, jekk ikun meħtieġ, kura xierqa lill-annimali trasportati; (b) ma jittrasportax kull annimal, jew jikkawża kull annimal li jrid jiġi trasportat, b'mod li x'aktarx jikkawża korriment jew sofferenza mhux mistħoqqa lil dak l-annimal; (ċ) juża, għat-trasport ta' l-annimali li għalihom issir referenza f'din id-Direttiva, mezzi ta' trasport li jiżguraw konformità mar-rekwiżiti tal-Komunità li jirrigwarjaw l-assistenza matul it-trasport, u b'mod partikolari ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness u dawk li jridu jiġu stabbiliti b’mod konformi ma’ l-Artikolu 13(1); 2. it-trasportatur: (a) jafda t-trasport ta' l-annimali ħajjin lil personal li jippossjedi l-ħila meħtieġa, kompetenza professjonali u t-tagħrif stabbilit fis-sottoparagrafu (a) tal-punt 1; (b) għall-annimali li għalihom issir referenza fl-Artikolu 1(1)(a) li sejrin jiġu negozjati bejn Stati Membri jew esportati lil pajjiżi terzi, u f'każijiet meta l-ħin tal-vjaġġ jeċċedi tmien sigħat, ifassal pjanta tar-rotta bi qbil mal-kampjun fil-Kapitolu VIII ta' l-Anness, li għandu jiġi mehmuż maċ-ċertifikat tas-saħħa matul il-vjaġġ, u anke jindika kull post ta' waqfien u trasferiment. Pjanta ta' rotta waħda trid titfassal bi qbil mal-punt (ċ) biex tkopri l-perjodu sħiħ tal-vjaġġ; (ċ) jissottometti l-pjanta tar-rotta li għaliha ssir referenza f’(b) lill-awtorità kompetenti sabiex ikun jista’ jfassal iċ-ċertifikat tas-saħħa, li warajh, in-numru jew numri ta' ċertifikati bħal dawn iridu jiġu mmarkati fuq il-pjanta tar-rotta u jrid jiġi ttimbrat mill-veterinarju tal-post tat-tluq, li jrid jagħti wkoll avviż ta' l-eżistenza tal-pjanta tar-rotta matul is-sistema Animo; (d) jiżgura: (i) li l-kopja oriġinali tal-pjanta tar-rotta li għaliha ssir referenza f’(b) - hija mfassla kif suppost u mimlija mill-persuni approprjati fiż-żmien xieraq, - hija mehmuża maċ-ċertifikat tas-saħħa li jintbagħat mal-kunsinna matul il-vjaġġ; (ii) li l-persunal responsabbli għat-trasport - jiddikjara fil-pjanta tar-rotta l-ħinijiet u postijiet li fihom l-annimali trasportati ngħataw l-ikel u l-ilma matul il-vjaġġ, - meta l-annimali jkunu qegħdin jiġu trasportati lejn pajjiżi terzi u l-ħin tal-vjaġġ fit-territorju tal-Komunità jeċċedi t-tmien sigħat, il-pjanta tar-rotta tkun ġiet iċċertifikata, wara spezzjoni, mill-awtorità kompetenti tal-post tal-mogħdija jew tal-post tal-ħruġ assennjat minn Stat Membru (timbri u firma), wara li l-annimali ġew spezzjonati u ġġudikati mill-veterinarju uffiċjali li huma kapaċi jkomplu l-vjaġġ tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw li l-ispejjeż li ntefqu għall-ispezzjoni veterinarja hawn fuq imsemmija jridu jitħallsu mill-operatur li jesporta l-annimali, - mal-wasla lura tagħhom, jibgħat lura l-pjanta tar-rotta tal-post ta' oriġini lill-awtorità kompetenti. Madankollu, meta l-annimali jiġu trasportati lejn pajjiżi terzi permezz tal-baħar u l-ħin tal-vjaġġ jeċċedi t-tmien sigħat, l-istess dispożizzjonijiet għandhom jgħoddu; (e) iżomm, għal perjodu stabbilit mill-awtorità kompetenti, it-tieni kopja tal-pjanta tar-rotta li għaliha ssir referenza f’(b) li tista’, jekk ikun meħtieġ, tipi sottomessa meta tintlab lill-awtorità kompetenti għall-verifika; (f) juri, skond l-ispeċi trasportati u meta t-tul tal-vjaġġ jinvolvi konformità mal-Kapitolu VII (4), li ttieħdu passi sabiex jiġu sodisfatti l-ħtieġiet ta' l-annimali għall-għalf u l-ilma matul il-vjaġġ, anke meta l-pjanta tar-rotta tinbidel jew meta l-vjaġġ jiġi interrott għal raġunijiet li m'għandux kontroll fuqhom; (g) jiżgura li l-annimali jiġu trasportati mingħajr dewmien lejn il-post ta' destinazzjoni tagħhom; (h) mingħajr preġudizzju għall-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III ta' l-Anness, jiżgura li l-annimali ta' speċi li għalihom ma ssirx referenza fil-Kapitolu VII ta' l-Anness jingħataw l-għalf u l-ilma b'mod xieraq f'intervalli xierqa matul it-trasport; 3. li l-postijiet ta' waqfien, li ġew miftehma minn qabel mill-persuna responsabbli li għaliha ssir referenza fil-punt 2, huma spezzjonati regolarment mill-awtorità kompetenti li trid tkun sodisfatta wkoll li l-annimali huma kapaċi jkomplu l-vjaġġ tagħhom; 4. li l-ispejjeż sabiex jintlaħqu l-ħtiġiet tat-tmigħ, tat-tisqija u tal-mistrieħ ta' l-annimali huma mħallsa mill-operaturi li għalihom issir referenza fil-punt 1. B. Kull proċedura għall-applikazzjoni li tirriżulta minn dan l-Artikolu għandha tiġi adottata bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17." 5. L-Artikolu 8 għandu jinqara kif ġej: "L-Artikolu 8 L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, bi qbil mal-prinċipji u r-regoli ta' kontroll stabbiliti fid-Direttiva 90/425/KEE, l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw li r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva ġew mħarsa, billi jwettqu spezzjonijiet mhux diskriminatorji dwar: (a) il-mezzi ta' trasport u l-annimali matul it-trasport bit-triq; (b) il-mezzi ta' trasport u l-annimali li jaslu fil-post tad-destinazzjoni tagħhom; (ċ) il-mezzi ta' trasport u l-annimali fi swieq, f'postijiet ta' tluq, f'postijiet ta' waqfien u f'postijiet ta' trasferiment; (d) id-dettalji fuq id-dokumenti li jintbagħtu magħhom. Dawn l-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu fuq kampjun adegwat ta' annimali trasportati kull sena f’kull Stat Membru, u jista’ jitwettaq fl-istess ħin bħall-kontrolli għal skopijiet oħrajn. L-awtorità kompetenti f'kull Stat Membru għandha tissottometti lill-Kummissjoni rapport annwali li jiddikjara n-numru ta' spezzjonijiet mwettqa fis-sena kalendarja preċedenti għar-rigward ta' kull wieħed mill-punti (a), (b), (ċ) u (d) u inklużi d-dettalji ta' kull ksur ta' liġi rapportat u l-azzjoni meħuda b'riżultat ta' dan mill-awtorità kompetenti. Barra minn hekk, meta l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru jkollha informazzjoni li jwassalha biex tissuspetta li sar xi ksur ta' liġi, jistgħu jitwettqu wkoll spezzjonijiet matul it-trasport ta' l-annimali fuq it-territorju tagħha. L-Artikolu m'għandux jaffettwa l-ispezzjonijiet imwettqa bħala parti mix-xogħlijiet mwettqa f'manjera mhux diskriminatorja minn awtoritajiet responsabbli għall-applikazzjoni ġenerali tal-liġijiet fi Stat Membru." 6. Dan li ġej għandu jiżdied bħala t-tielet sottoparagrafu ta' l-Artikolu 9(1): "Kull miżura meħuda skond it-tieni sotto-paragrafu għandha tiġi mgħarrfa mill-awtorità kompetenti permezz tan-network Animo bi qbil mal-proċeduri, inklużi l-proċeduri finanzjarji, li jridu jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17." 7. L-Artikolu 10 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "L-Artikolu 10 1. L-esperti mill-Kummissjoni jistgħu, sal-punt meħtieġ sabiex jiżguraw applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva, jwettqu spezzjonijiet fuq il-post. B'hekk, jistgħu jwettqu spezzjonijiet saltwarjament u b'mod mhux diskriminatorju sabiex jiżguraw li l-awtorità kompetenti tkun qiegħda tissorvelja l-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri bir-riżultat ta' dawn l-ispezzjonijiet. 2. L-ispezzjonijiet li għalihom issir referenza fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu f’kollaborazzjoni ma l-awtorità kompetenti. 3. L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jitwettqu l-ispezzjonijiet għandu jipprovdi lill-esperti b'kull assistenza li huma jeħtieġu sabiex iwettqu x-xogħol tagħhom. 4. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17." 8. L-Artikolu 11 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "L-Artikolu 11 1. Ir-regoli stabbiliti mid-Direttiva 91/496/KEE għandhom japplikaw, b'mod partikolari għar-rigward ta' l-organizzazzjoni u l-insegwiment ta' l-ispezzjonijiet. 2. L-importazzjoni, it-transitu u t-trasport lejn u mit-territorju tal-Komunità ta' annimali ħajjin li jaqgħu taħt din id-Direttiva li jiġu minn pajjiżi terzi għandhom jiġi awtorizzat biss jekk it-trasportatur: - jagħti impenn bil-miktub li jħares ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari dawk li għalihom issir referenza fl-Artikolu 5, u jkun għamel arranġamenti biex jikkonforma magħhom, - jissottometti pjanta ta' rotta mfassla skond l-Artikolu 5. 3. Barra minn hekk, waqt li tkun qiegħda ssir spezzjoni li r-rekwiżiti tal-paragrafu 2 ġew mħarsa, l-veterinarju uffiċjali tal-post ta' l-ispezzjoni tal-fruntiera għandu jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti tal-benesseru ta' l-annimali. Jekk huwa jistabbilixxi li r-rekwiżiti tat-tmigħ u t-tisqija lill-annimali ma ġewx imħarsa, għandu jieħu, bl-ispejjeż ta' l-operatur, il-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 9. 4. Iċ-ċertifikat jew id-dokumenti stabbiliti fit-tielet inċiż ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 91/496/KEE għandhom jiġu supplimentati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17, sabiex jiġu meqjusa r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Waqt li l-adozzjoni ta' dawn il-miżuri tkun għadha pendenti, ir-regoli nazzjonali rilevanti għandhom japplikaw, mingħajr preġudizzju għar-regoli ġenerali stabbiliti mit-Trattat." 9. L-Artikolu 13 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "L-Artikolu 13 1. Qabel il-31 ta' Diċembru 1995, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti mill-Kummissjoni lill-Kunsill sabiex jiġu stabbiliti standards li magħhom għandhom jikkonformaw il-mezzi ta' trasport. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq dawk il-proposti b'maġġoranza kwalifikata. 2. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu, qabel it-30 ta' Ġunju 1996, jistabbilixxi l-kriterji Komunitarji li jridu jintlaħqu minn postijiet ta' waqfien għar-rigward ta' l-istruttura ta' riċeviment, it-tmigħ, it-tisqija, it-tagħbija, il-ħatt u fejn meħtieġ il-postijiet fejn jinżammu ċerti tipi ta' annimali kif ukoll ir-rekwiżiti applikabbli għal postijiet ta' waqfien bħal dawn. 3. Qabel il-31 ta' Diċembru 1999, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Kunsill dwar l-esperjenza akkwistata mill-Istati Membri mill-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, possibilment akkumpanjata minn proposti li fuqhom il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata. 4. Sakemm tkun għadha pendenti l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li għalihom issir referenza fil-paragrafi 1 u 2, ir-regoli nazzjonali rilevanti għandhom japplikaw bla ħsara għar-regoli ġenerali stabbiliti mit-Trattat." 10. L-Artikolu 16 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "L-Artikolu 16 1. L-Istati Membri jitgħu jeżentaw mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva l-moviment ta' annimali f'ċerti partijiet tat-territorji li għalihom issir referenza fl-Anness I tad-Direttiva 90/675/KEE, sabiex tiġi meqjusa d-distanza tagħhom mill-parti tat-terraferma tat-territorju tal-Komunità. 2. L-Istati Membri li jagħmlu din l-għażla għandhom jgħarrfu lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Permanenti bil-miżuri li jkunu ħadu." 11. L-Artikolu 18(2) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "2. Fil-każ ta' ksur ripetut ta' din id-Direttiva jew ksur li tinvolvi tbatija serja għall-animali, Stat Membru għandu, mingħajr preġudizzju għal xi penali oħra provduti, jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jirrimedja n-nuqqasijiet innutati, sa u inkluża s-sospensjoni jew anke l-irtirar ta' l-awtorizzazzjoni li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 5A(1)(a)(ii). L-Istati Membri għandhom, meta jittrasponu d-dispożizzjonijiet fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, jistabbilixxu l-miżuri li huma sejrin jieħdu biex jirrimedjaw in-nuqqasijiet osservati." 12. Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu ma’ l-Artikolu 18: "3. Meta jiġi stabbilit fl-Istat Membri ta' transitu jew ta' destinazzjoni mill-awtorità kompetenti ta' wieħed minn dawk l-Istati Membri li impriża ta' trasport mhijiex tħares id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, għandhom jagħmlu kuntatt mingħajr dewmien ma’ l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li ta' l-awtorizzazzjoni. Din ta' l-aħħar għandha tieħu l-miżuri meħtieġa kollha, b'mod partikolari dawk stabbiliti fil-paragrafu 2. Għandha tgħarraf id-deċiżjoni meħuda u r-raġunijiet għal dan lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn ġie stabbilit il-ksur ta' liġi u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf regolarment lill-Istati Membri l-oħra dwar dan. 4. L-Istati Membri għandhom, huma u jaġixxu skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 89/608/KEE [6], jipprovdu lil xulxin b'assistenza reċiproka meta japplikaw din id-Direttiva, b'mod partikolari, sabiex jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu. Meta jiġi stabbilit li jkunu seħħu xi ksur ta' liġi serji jew ripetuti, kemm-il darba l-possibiltajiet kollha li jkunu jistgħu ngħataw mill-assistenza reċiproka ikunu ġew eżawriti u wara li jkunu saru kuntatti bejn il-partijiet u l-Kummissjoni, l-Istat Membru li fih ġew stabbiliti l-ksur ta' liġi jista’ temporanjament jipprojbixxi lit-trasportatur li huwa implikat milli jittrasporta annimali fuq it-territorju tiegħu. 5. Dan l-Artikolu m'għandux jaffettwa r-regoli nazzjonali li japplikaw għal sanzjonijiet penali." 13. Dan li ġej għandu jiżdied mal-Kapitolu I, Taqsima A.2(b) ta' l-Anness. "Għandu jiġi provdut spazju biżżejjed ġewwa l-kompartament ta' l-annimali u f'kull wieħed mill-livelli tiegħu sabiex jiġi żgurat li jkun hemm ventilazzjoni adegwata fuq l-annimali meta jkunu f'pożizzjoni naturali bil-wieqfa mingħajr ma jkun mfixkel il-moviment naturali tagħhom għal ebda raġuni." 14. Il-Kapitolu I, Taqsima A.2(d) ta' l-Anness għandhu jiġi mibdul b'dan li ġej: "(d) Matul it-trasport l-annimali jridu jerċievu ilma u ikel adattat fl-intervalli stabbiliti għal dan l-iskop fil-Kapitolu VII." 15. Il-Kapitoli li jidhru fl-Anness ma’ din id-Direttiva għandhom jiżdiedu ma’ l-Anness. L-Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 1996. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih dwar dan. Madankollu, l-Istati Membri għandu jkollhom perjodu addizjonali matul il-perjodu ta' żmien sal-31 ta' Diċembru 1997 li fih japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu VII(3) għall-mezzi ta' trasport li għalihom issir referenza fil-punti (3), (6) u (7) ta' dak il-Kapitolu. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi domestika li jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva. Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Ġunju 1995. Għall-Kunsill Il-President J. Barrot [1] ĠU C 250, ta' l-14.12.1993, p. 12. [2] ĠU C 20, ta' l-24.1.1994, p. 68. [3] ĠU C 127, tas-7.5.1994, p. 32. [4] ĠU L 340, tal-11.121991, p. 17. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 92/438/KEE (ĠU L 243, tal-25.8.1992, p. 27). [5] ĠU L 370, tal-31.12.1985, p. 1. [6] ĠU L 351, tat-2.12.1989, p. 34. -------------------------------------------------- L-ANNESS Kapitoli li jridu jiżdiedu ma’ l-Anness tad-Direttiva 91/628/KEE "IL-KAPITOLU VI 47. DENSITAJIET TA' TAGĦBIJA A. ANNIMALI DOMESTIĊI BI DWIEFER SODI Trasport bil-ferrovija "NB: "Matul vjaġġi twal, il-moħor u ż-żwiemel żgħar iridu jkunu jistgħu jimteddu. [1] Żwiemel adulti | 1,75 m2 (0,7 x 2,5 m) [1] | Żwiemel żgħar (6 — 24 xhur) (għal vjaġġi sa 48 siegħa) | 1,2 m2 (0,6 x 2m) | Żwiemel żgħar (6 — 24 xhur) (għal vjaġġi l fuq minn 48 siegħa) | 2,4 m2 (1,2 x 2m) | Ponijiet (taħt 144 ċm) | 1m2 (0,6 x 1,8 m) | Moħor (0 — 6 xhur) | 1,4 m2 (1 x 1,4 m) | Dawn il-figuri jistgħu ivarjaw b'massimu ta' 10 % għal żwiemel u ponijiet adulti u b'massimu ta' 20 % għal żwiemel żgħar u moħor, u jiddependu mhux biss fuq il-piż u d-daqs taż-żwiemel imma anke fuq il-kondizzjoni fiżika, il-kondizzjonijiet meterjoloġiċi u l-ħin tal-vjaġġ mistenni. Trasport bit-triq "NB: "Matul vjaġġi twal, il-moħor u ż-żwiemel żgħar iridu jkunu jistgħu jimteddu. Żwiemel adulti | 1,75 m2 (0,7 x 2,5 m) | Żwiemel żgħar (6 — 24 xhur) (għal vjaġġi sa 48 siegħa) | 1,2 m2 (0,6 x 2m) | Żwiemel żgħar (6 — 24 xhur) (għal vjaġġi l fuq minn 48 siegħa) | 2,4 m2 (1,2 x 2m) | Ponijiet (taħt 144 ċm) | 1 m2 (0,6 x 1,8 m) | Moħor (0 — 6 xhur) | 1,4 m2 (1 x 1,4 m) | Dawn il-figuri jistgħu jvarjaw b'massimu ta' 10 % għal żwiemel u ponijiet adulti u b'massimu ta' 20 % għal żwiemel żgħar u moħor, u jiddependu mhux biss fuq il-piż u d-daqs taż-żwiemel imma anke fuq il-kondizzjoni fiżika, il-kondizzjonijiet meterjoloġiċi u l-ħin tal-vjaġġ mistenni. Trasport bl-ajru Densità ta' tagħbija ta' żwiemel għar-rigward ta' l-arja tal-wiċċ 0 — 100 kg | 0,42 m2 | 100 — 200 kg | 0,66 m2 | 200 — 300 kg | 0,87 m2 | 300 — 400 kg | 1,04 m2 | 400 — 500 kg | 1,19 m2 | 500 — 600 kg | 1,34 m2 | 600 — 700 kg | 1,51 m2 | 700 — 800 kg | 1,73 m2 | Trasport bil-baħar Piż ħaj f'kg | m2/annimal | 200/300 | 0,90/1,175 | 200/400 | 1,175/1,45 | 400/500 | 1,45/1,725 | 500/600 | 1,725/2 | 600/700 | 2/2,25 | B. BHEJJEM TAL-FART Trasport bil-ferrovija Kategorija | Piż approssimattiv (f'kg) | Erja f'm2 għal kull annimal | Għoġġiela żgħar | 55 | 0,30 sa 0,40 | Għoġġiela ta' daqs medju | 110 | 0,40 sa 0,70 | Għoġġiela kbar | 200 | 0,70 sa 0,95 | Frat ta' daqs medju | 325 | 0,95 sa 1,30 | Frat tqil | 550 | 1,30 sa 1,60 | Frat tqil ħafna | >700 | [> 1,60] | Dawn il-figuri jistgħu jvarjaw, u jiddependu mhux biss fuq il-piż u d-daqs ta' l-annimali imma wkoll fuq il-kondizzjoni fiżika, il-kondizzjonijiet meterjoloġiċi u l-ħin tal-vjaġġ mistenni. Trasport bit-triq Kategorija | Piż approssimattiv (f'kg) | Erja f'm2 għal kull annimal | Għoġġiela żgħar | 50 | 0,30 sa 0,40 | Għoġġiela ta' daqs medju | 110 | 0,40 sa 0,70 | Għoġġiela kbar | 200 | 0,70 sa 0,95 | Frat ta' daqs medju | 325 | 0,95 sa 1,30 | Frat tqal | 550 | 1,30 sa 1,60 | Frat tqal ħafna | >700 | [> 1,60] | Dawn il-figuri jistgħu jvarjaw, u jiddependu mhux biss fuq il-piż u d-daqs ta' l-annimali imma wkoll fuq il-kondizzjoni fiżika, il-kondizzjonijiet meterjoloġiċi u l-ħin tal-vjaġġ mistenni. Trasport bl-ajru Kategorija | Piż approssimattiv (f'kg) | Erja f'm2 għal kull annimal | Għoġiela | 50 | 0,23 | 70 | 0,28 | Frat | 300 | 0,84 | 500 | 1,27 | Trasport bil-baħar Piż ħaj f'kg | m2/annimal | 200/300 | 0,81/1,0575 | 200/400 | 1,0575/1,305 | 400/500 | 1,305/1,5525 | 500/600 | 1,5525/1,8 | 600/700 | 1,8/2,025 | Annimali tqal irid ikollhom 10 % aktar spazju. Ċ. NAGĦAĠ/MOGĦOŻ TRASPORT BIL-FERROVIJA Kategorija | Piż f'kg | Erja f'm2 għal kull annimal | Nagħaġ imġiżż | < 55 | 0,20 sa 0,30 | >55 | >0,30 | Nagħaġ mhux imġiżż | < 55 | 0,30 sa 0,40 | >55 | >0,40 | Nagħaġ fi tqala avvanzata | < 55 | 0,40 sa 0,50 | >55 | >0,50 | Mogħoż | < 35 | 0,20 sa 0,30 | 35 sa 55 | 0,30 sa 0,40 | >55 | 0,40 sa 0,75 | Mogħoż fi tqala avvanzata | < 55 | 0,40 sa 0,50 | >55 | >0,50 | L-erja tal-wiċċ indikat fuq jista’ jvarja skond ir-razza, id-daqs, il-kondizzjonijiet fiżiċi u t-tul tas-suf ta' l-annimali, kif ukoll skond il-kondizzjonijiet meterjoloġiċi u l-ħin tal-vjaġġ. Trasport bit-triq Kategorija | Piż f'kg | Arja f'm2 għal kull annimal | Nagħaġ u ħrief imġiżża ta' 26 kg u fuqhom | < 55 | 0,20 sa 0,30 | >55 | > 0,30 | Nagħaġ mhux imġiżż | < 55 | 0,30 sa 0,40 | >55 | >0,40 | Nagħaġ fi tqala avvanzata | < 55 | 0,40 sa 0,50 | >55 | >0,50 | Mogħoż | < 35 | 0,20 sa 0,30 | 35 sa 55 | 0,30 sa 0,40 | >55 | 0,40 sa 0,75 | Mogħoż fi tqala avvanzata | < 55 | 0,40 sa 0,50 | >55 | >0,50 | L-erja tal-wiċċ indikat fuq jista’ jvarja skond ir-razza, id-daqs, il-kondizzjonijiet fiżiċi u t-tul tas-suf tal-annimali, kif ukoll il-kondizzjonijiet meterjoloġiċi u l-ħin tal-vjaġġ. Bħala indikazzjoni: għall-ħrief żgħar, erja ta' taħt il-0,2 m2 kull annimali tista’ tiġi provduta. Trasport bl-ajru Densità ta' tagħbija għall-mogħoż u n-nagħaġ rigward l-erja tal-wiċċ: Piż medju (f'kg) | Erja tal-wiċċ għal kull nagħġa/mogħża (f'm2) | 25 | 0,20 | 50 | 0,30 | 75 | 0,40 | Trasport bil-baħar Piż ħaj f’ kg | m2/annimal | 20/30 | 0,24/0,265 | 30/40 | 0,265/0,290 | 40/50 | 0,290/0,315 | 50/60 | 0,315/0,34 | 60/70 | 0,34/0,39 | D. ĦNIEŻER Trasport bil-ferrovija u bit-triq Il-ħnieżer kollha jridu għal inqas ikunu jistgħu jimteddu u jqumu bil-wieqfa fil-posizzjoni naturali tagħhom. Sabiex ikun hemm konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti minimi, id-densità tat-tagħbija għall-ħnieżer ta' madwar 100 kg m'għandhiex teċċedi il-235 kg/m2. Ir-razza, id-daqs u l-kondizzjoni fiżika tal-ħnieżer jistgħu jfissru li l-erja tal-wiċċ minima meħtieġa mogħtija hawn fuq trid tiżdied; żjieda massima ta' 20 % tista’ tkun meħtieġa wkoll skond il-kondizzjonijiet meterjoloġiċi u l-ħin tal-vjaġġ. Trasport bl-ajru Id-densità tat-tagħbija għandha tkun relattivament għolja sabiex jiġi evitat korriment meta jitilqu jew meta jinżlu lura fuq l-art jew fil-każ ta' turbulenza għalkemm l-annimali kollha xorta jridu jkunu jistgħu jimteddu. Il-klima, il-ħin totali tal-vjaġġ u s-siegħa meta jaslu għandhom jitqiesu meta tiġi miftiehma d-densità tat-tagħbija. Piż medju | Erja tal-wiċċ għal kull ħanżir | 15 kg | 0,13 m2 | 25 kg | 0,15 m2 | 50 kg | 0,35 m2 | 100 kg | 0,51 m2 | Trasport bil-baħar Piż ħaj f'kg | m2/annimal | 10 jew inqas | 0,20 | 20 | 0,28 | 45 | 0,37 | 70 | 0,60 | 100 | 0,85 | 140 | 0,95 | 180 | 1,10 | 270 | 1,50 | E. TJUR Densitajiet applikabbli għat-tasport ta' tjur f'kontenituri: Kategorija | Spazju | Flieles ta' jum wieħed | 21-25 ċm2 kull fellus | Tjur li jiżen inqas minn 1,6 kg | 180 sa 200 ċm2/kg | Tjur li jiżen 1,6 kg u aktar imma inqas minn 3 kg | 160 ċm2/kg | Tjur li jiżen 3 kg u aktar imma inqas minn 5 kg | 115 ċm2/kg | Tjur li jiżen 5 kg u aktar | 105 ċm2/kg | Dawn il-figuri jistgħu jvarjaw skond mhux biss il-piż u d-daqs ta' l-għasafar imma wkoll skond il-kondizzjoni fiżika tagħhom, il-kondizzjonijiet meterjoloġiċi u l-ħin tal-vjaġġ mistenni. IL-KAPITOLU VII 48. Interval ta' tisqija u ta' tmigħ, il-ħinijiet tal-vjaġġ u l-perjodi ta' mistrieħ 1. Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-Kapitolu jgħoddu għall-movimenti tal-ispeċi ta' elenkati fl-Artikolu 1(1)(a), minbarra fil-każ ta' trasport bl-ajru, li r-rekwiżiti tiegħu huma stabbiliti fil-Kapitolu I(E), punti 27 sa 29. 2. Il-ħinijiet tal-vjaġġ għall-annimali li jappartjenu għall-ispeċi li għalihom issir referenza fil-punt 1 m'għandhomx jeċċedu t-tmien sigħat. 3. Il-ħin ta' vjaġġ massimu fil-punt 2 jista’ jiġi estiż meta l-vettura tat-trasport tissodisfa r-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin: - ikun hemm saqqijiet biżżejjed fl-art tal-vettura, - il-vettura tat-trasport iġġorr għalf xieraq għall-ispeċi ta' annimal trasportat u għall-ħin tal-vjaġġ, - hemm aċċess dirett għall-annimali, - ventilazzjoni adegwata hija possibbli u din tista’ tiġi aġġustata skond it-temperatura (ta' ġewwa u ta' barra), - hemm panewwijiet mobbli biex jinħolqu kompartamenti separati, - il-vetturi huma armati għal konnessjoni ma’ provvista ta' l-ilma meta jkunu wiefqa, - fil-każ ta' vetturi għat-trasport tal-ħnieżer, irid jinġarr ilma suffiċjenti għat-tisqija matul il-vjaġġ. 4. L-intervalli ta' tmigħ u tat-tisqija, il-ħinijet tal-vjaġġ u l-perjodi ta' mistrieħ meta jintużaw l-vetturi tat-triq li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt 3 huma definiti kif ġej: (a) Għoġiela, ħrief, gidien u moħor mhux miftuma li għadhom fuq dieta ta' ħalib u frieħ tal-ħanżir mhux miftuma jridu, wara disa’ sigħat ta' vjaġġ, jingħataw perjodu ta' mistrieħ ta' mill-inqas siegħa li tkun biżżejjed għalihom b'mod partikolari biex jingħataw likwidu u jekk ikun meħtieġ għalf. Wara dan il-perjodu ta' mistrieħ, jistgħu jiġu trasportati għal disa’ sigħat oħra. (b) Il-ħnieżer jistgħu jiġu trasportati għal perjodu massimu ta' 24 siegħa. Matul il-vjaġġ, irid ikollhom aċċess kontinwu għall-ilma. (ċ) Solidungulates domestiċi (minbarra equidae reġistrati fit-tifsira tad-Direttiva 90/426/EE [2] jistgħu jiġu trasportati għal perjodu massimu ta' 24 siegħa. Matul il-vjaġġ iridu jingħataw likwidi u jekk ikun meħtieġ għalf kull tmien sigħat. (d) L-annimali l-oħra kollha ta' l-ispeċi li għalihom issir referenza fil-punt 1 iridu, wara 14-il siegħa ta' vjaġġ, jingħataw perjodu ta' mistrieħ ta' mill-inqas siegħa li tkun biżżejjed għalihom b'mod partikolari sabiex jingħataw likwidu u jekk ikun meħtieġ għalf. Wara dan il-perjodu ta' mistrieħ, jistgħu jiġu trasportati għal 14-il siegħa oħra. 5. Wara l-ħin tal-vjaġġ stabbilit, l-annimali jridu jinħattu, jingħataw x'jieklu u x'jixorbu u jitħallew jistrieħu għal mill-inqas 24 siegħa. 6. L-annimali m'għandhomx jiġu trasportati permezz ta' ferrovija jekk il-ħin tal-vjaġġ massimu jeċċedi dak stabbilit fil-punt 2. Madanakollu, il-ħinijiet tal-vjaġġ stabbiliti fil-punt 4 għandhom japplikaw meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti 3 u 4, minbarra l-perjodu ta' mistrieħ, jintlaħqu. 7. (a) L-annimali m'għandhomx jiġu trasportati permezz tal-baħar jekk il-ħin tal-vjaġġ massimu jeċċedi dak stabbilit fil-punt 2, sakemm il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti 3 u 4, minbarra l-ħinijiet tal-vjaġġ u l-perjodu ta' mistrieħ, jintlaħqu. (b) Fil-każ ta' trasport bil-baħar b’rabta regolari u diretta bejn iż-żewġ punti ġeografiċi tal-Komunità permezz ta' vetturi mgħobbija fuq bastimenti mingħajr ma jinħattu l-annimali, dawn ta' l-aħħar iridu jingħataw mistrieħ għal 12-il siegħa wara li jinħattu fil-port ta' destinazzjoni jew fil-viċinanza immedjata tagħha sakemm il-ħin tal-vjaġġ bil-baħar huwa tali li l-vjaġġ jista’ jiġi inkluż fl-iskema ġenerali tal-punti 2 sa 4. 8. Fl-interessi tal-annimali, il-ħinijiet tal-vjaġġ fil-punti 3, 4 u 7(b) jistgħu jiġu estiżi b'sagħtejn, waqt li jitqies b'mod partikolari kemm huwa fil-qrib il-post ta' destinazzjoni. 9. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-punti 3 sa 8, l-Istati Membri huma awtorizzati biex jipprovdu għal ħin ta' vjaġġ mhux estendibbli ta' tmien sigħat għat-trasport ta' annimali destinati għall-qatla, meta t-trasport huwa mwettaq esklussivament minn post ta' tluq sa post tal-wasla li t-tnejn li huma jinsabu fit-territorju tagħhom stess. IL-KAPITOLU VIII PJANTA TAR-ROTTA" +++++ TIFF +++++ [1] "Il-wisa’ standard ta' vaguni li tista’ tintuża hija 2,6 sa 2,7 m. [2] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29. --------------------------------------------------