Official Journal L 243 , 11/10/1995 P. 0001 - 0006
Id-Direttiva tal-Kunsill 95/22/KE tat-22 ta’ Ġunju 1995 li temenda d-Direttiva 91/67/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta’ l-annimali u l-prodotti ta’ l-akwakultura IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 rigward il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta’ l-annimali u l-prodotti tal-akwakultura [1] ta’ annimali u prodotti, u b’mod partikolari l-Artikolu 25(2) dwar dan, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi piż dovut għandu jingħata għal ċerti żviluppi xjentifiċi u tekniċi dwar l-approvazzjoni taż-żoni rigward in-nekrożi ematopojetika infettuża (IHN) u s-septicaemia emarroġika virali (VHS); Billi l-kriterji biex jingħata statut approvat għal dawn iż-żoni għandu jkun aġġustat bħala konsegwenza; Billi fid-dawl ta’ l-esperjenza l-proċeduri amministrattivi biex jingħata statut approvat għaż-żoni jew partijiet miż-żoni u għas-sospensjoni, ir-ristorazzjoni u l-irtirar ta’ l-approvazzjoni ta’ dawn iż-żoni jew partijiet miż-żoni għandhom ukoll jiġu aġġustati; Billi rziezet, għalkemm jinsabu f’żona mhux approvata rigward l-IHN u l-VHS, jistgħu skond il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness ĊIA tad-Direttiva 91/67/KEE jiksbu statut approvat rigward il-mard imsemmi; Billi jidher meħtieġ, sabiex tkun żgurata protezzjoni aħjar kontra l-introduzzjoni tal-IHN u l-VHS, li jkunu spjegati aktar bir-reqqa l-kriterji li għandhom ikunu applikati biex jingħata l-istatut approvat lill-irziezet tal-ħut; Billi dawn il-kriterji għandhom jinkludu d-dettalji fuq il-provvista ta’ l-ilma ta’ l-irziezet, fuq il-livell ta’ eżami li jsir qabel l-approvazzjoni tar-razzett, u fuq il-miżuri ta’ protezzjoni kontra l-introduzzjoni possibbli tal-mard, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 91/67/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: A. Fl-Anness B: (a) il-punt I.B.2. huwa mibdul b’dan li ġej: "(2) Kull razzett fiż-żona kontinentali għandu jitqiegħed taħt is-sorveljanza tas-servizzi uffiċjali. Żewġ spezzjonijiet tas-saħħa fis-sena għal erba’ snin irid ikunu saru. L-ispezzjonijiet tas-saħħa jridu jkunu saru fiż-żminijiet tas-sena meta t-temperatura ta’ l-ilma tgħin l-iżvilupp ta’ dan il-mard. L-ispezzjoni tas-saħħa trid mill-inqas tkun magħmula minn: - kull spezzjoni tal-ħut li juru anormalijiet, - it-teħid tal-kampjuni skond kull programm stabbilit taħt il-proċedura li hemm ipprovduta fl-Artikolu 15, li għandhom jintbagħtu malajr kemm jista’ jkun lejn kull laboratorju approvat biex ikunu eżaminati għall-patoġeni in kwistjoni. Madankollu, iż-żoni li għandhom storja ta’ rekords ta’ assenza tal-mard li għalih sar referenza fl-Anness A, kolonna 1, lista II, jista’ jikseb stat approvat jekk: (a) is-sitwazzjoni ġeografika tagħhom ma tippermettix dħul faċli ta’ mard; (b) kull sistema uffiċjali tal-kontroll tal-mard ilha mwaqqfa għal perjodu ta’ żmien estiż ta’ mill-inqas għaxar snin, li matulhom: - kien hemm sorveljanza regolari ta’ kull razzett, - kull sistema ta’ notifika tal-mard kienet applikata, - l-ebda każ ta’ mard ma kien irrapurtat, - taħt ir-regoli fis-seħħ, bajd u gametes tal-ħut biss minn żoni jew irziezet mhux infettati, suġġetti għall-ispezzjonijiet uffiċjali u li jippreżentaw garanziji ekwivalenti tas-saħħa, kienu kapaċi jkunu introdotti fiż-żona. Il-perjodu ta’ għaxar snin li għalih saret referenza fl-ewwel subparagrafu jista’ jitnaqqas għal ħames snin minħabba l-eżamijiet imwettqa mis-servizz uffiċjali ta’ l-Istat Membru li qed jagħmel it-talba, kemm-il darba, barra l-ħtiġiet li għalihom saret referenza fl-ewwel subparagrafu, is-sorveljanza regolari li għaliha saret referenza hawn fuq ta’ l-irziezet kollha inklużi f’mill-inqas żewġ spezzjonijiet tas-saħħa fis-sena li jinvolvu mill-inqas: - kull spezzjoni tal-ħut li juru anormalijiet, - teħid ta’ kampjuni ta’ mill-inqas 30 ħuta kull viżita. L-Istati Membri li jixtiequ jibbenefikaw mid-disposizzjonijiet rigward ir-rekords ta’ l-istorja jridu jitfgħu t-talba tagħhom sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1996."; (b) taħt I.B, il-punt li ġej huwa magħdud: "(5) Meta kull Stat Membru talab l-approvazzjoni għal medda tal-ġbir ta’ l-ilma tax-xita jew parti minn medda tal-ġbir ta’ l-ilma tax-xita li toriġina fi Stat Membru ta’ maġenbu, jew komuni għaż-żewġ Stati Membri, id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu: - iż-żewġ Stati Membri kkonċernati jistgħu fl-istess ħin jagħmlu talba għall-approvazzjoni skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 5 jew 10, - il-Kummissjoni, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26, wara li teżamina u tiċċekkja t-talbiet u tistima s-sitwazzjoni tas-saħħa, għandha jekk hemm bżonn, tniżżel kull disposizzjoni oħra li hemm bżonn biex tagħti t-tali approvazzjoni. L-Istati Membri, skond id-Direttiva 89/608/KEE [2], għandu jagħti l-assistenza lil xulxin għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, u b’mod partikolari ta’ dan il-paragrafu;"; (ċ) il-punt I.D.1., l-aħħar sentenza għandha tiġi mibdula b’dan li ġej: "Dan ta’ l-aħħar għandu minnufih jissospendi l-approvazzjoni taż-żona jew ta’ parti miż-żona, kemm-il darba dik il-parti taż-żona li għad għandha l-istat approvat tkompli timxi mad-definizzjoni tal-punt A."; (d) il-punt I.D.5. għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "(5) Meta r-riżultati huma pożittivi, is-servizz uffiċjali għandu jirtira l-approvazzjoni taż-żona, parti miż-żona li għaliha saret referenza fil-punt 1."; (e) is-sentenza ta’ introduzzjoni tal-punt I.D.6. tkun mibdula b’dan li ġej: "(6) Ristorazzjoni ta’ l-approvazzjoni ta’ kull żona jew parti miż-żona li għaliha saret referenza fil-punt 1 hija suġġetta għall-ħtiġiet li ġejjin:"; (f) il-punt I.D.7. huwa mibdul b’dan li ġej: "(7) L-awtorità ċentrali kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra rigward is-sospensjoni, ir-ristorazzjoni jew l-irtirar ta’ l-approvazzjoni taż-żoni, jew partijiet taż-żoni li għalihom saret referenza fil-punt 1."; (g) il-punt II.A huwa mibdul b’dan li ġej: "A. Kull żona kostali tikkonsisti minn parti tal-kosta jew ilma baħar jew kull estwarju b’kull delimitazzjoni ġeografika preċiża li tikkonsisti minn kull sistema idroloġika omoġenizzata jew serje ta’ dawn is-sistemi. Jekk ikun hemm bżonn, kull żona kostali tkun meqjusa li tikkonsisti minn kull parti tal-kosta jew ilma baħar jew kull estwarju li jinsab bejn il-ħluq ta’ żewġ korsi ta’ l-ilma jew ta’ kull parti mill-kosta jew ilma baħar jew kull estwarju fejn hemm razzett wieħed jew iktar, kemm-il darba disposizzjoni hija magħmula għal żona buffer ta’ bejniethom fuq iż-żewġ naħat tar-razzett jew irziezet, li l-firxa tagħhom tiġi stabbilita mill-Kummissjoni fuq bażi ta’ każ b’każ mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26."; (h) il-punt II.D huwa mibdul b’dan li ġej: "D. Is-sospensjoni, ir-ristorazzjoni u l-irtirar ta’ l-approvazzjoni. Ir-regoli huma identiċi għal dawk imniżżla fil-punt I.D; madankollu, fejn iż-żona hija magħmula minn serje ta’ sistemi idroloġiċi, id-differiment, ir-ristorazzjoni u l-irtirar ta’ l-approvazzjoni tista’ titratta għall-parti ta’ din is-serje fejn din il-parti għandha delimitazzjoni ġeografika preċiża u tkun tikkonsisti minn sistema idroloġika omoġenizzata, sakemm dik il-parti li għad għandha statut approvat tkompli timxi mad-definizzjoni fil-punt A."; (i) l-aħħar sentenza tal-punt III.D.1. tkun mibdula b’dan li ġej: "Dan ta’ l-aħħar minnufih jissospendi l-approvazzjoni taż-żona jew, jekk iż-żona hija magħmula minn serje ta’ sistemi idroloġiċi, tal-parti minn dak is-serje fejn it-tali parti għandha delimitazzjoni ġeografika preċiża u tikkonsisti minn sistema idroloġika omoġenizzata, sakemm dik il-parti li għad għandha l-istatut approvat tkompli timxi mad-definizzjoni tal-punt A."; (j) il-punt III.D.5. għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "(5) Fejn ir-riżultati huma pożittivi, is-servizz uffiċjali għandu jirtira l-approvazzjoni taż-żona jew parti miż-żona kif riferuta fil-punt 1."; (k) is-sentenza ta’ introduzzjoni tal-punt III.D.6. tkun mibdula b’dan li ġej: "(6) Ristorazzjoni ta’ l-approvazzjoni taż-żona jew parti miż-żona kif riferuta fil-punt 1 hija suġġetta għall-ħtiġiet li ġejjin:"; (l) il-punt III.D.7. huwa mibdul b’dan li ġej: "(7) L-awtorità ċentrali kompetenti għandha tinforma l-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra rigward id-differiment, ir-ristorazzjoni jew l-irtirar ta’ l-approvazzjoni taż-żoni jew partijiet taż-żoni li għalihom saret referenza fil-punt 1." B. Fl-Anness Ċ: (a) il-punt I.A. huwa mibdul b’dan li ġej: "A. L-għoti ta’ l-approvazzjoni Biex razzett ikun approvat irid iħares il-ħtiġiet li ġejjin: (1) l-ilma jrid ikun ipprovdut minn kull bir, spira jew nixxiegħa. Fejn dan l-ilma jinsab ’il bogħod mir-razzett, l-ilma jrid ikun ipprovdut direttament lejn ir-razzett, u jgħaddi minn pajp jew, bil-ftehim tas-servizzi uffiċjali, permezz ta’ kull kanal mikxuf jew katusa naturali, kemm-il darba din ma tikkostitwixxix kull sors ta’ infezzjoni għar-razzett u ma tippermettix l-introduzzjoni ta’ ħut selvaġġ. Il-kanal ta’ l-ilma jrid ikun taħt il-kontroll tar-rażżett jew, fil-każijiet fejn dan mhux possibbli, tas-servizz uffiċjali; (2) irid ikun hemm kull barriera naturali jew artifiċjali li jinsab mal-kurrent li ma jħallix il-ħut milli jidħol fl-imsemmi razzett; (3) jekk hemm bżonn, għandu jkun protett milli jfur u mill-infiltrazzjoni ta’ l-ilma; (4) għandu jħares, mutatis mutandis, il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness B.I.B. Aktar minn hekk, fejn l-approvazzjoni hija meħtieġa fuq il-bażi tar-rekord ta’ l-istorja b’kull sistema uffiċjali ta’ kontroll għall-perjodu ta’ 10 snin, għandu jħares ukoll il-ħtiġiet li ġejjin: - għandu joqgħod għal spezzjoni klinika, għall-inqas darba fis-sena, u t-teħid tal-kampjuni li għandhom ikunu ttestjati għall-patoġeni in kwistjoni f’kull laboratorju approvat; (5) jista’ jkun suġġett għal miżuri addizzjonali imposti mis-servizz uffiċjali, meta kkunsidrat meħtieġ biex ikun evitat l-introduzzjoni tal-mard. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu t-twaqqif ta’ kull żona ta’ lqugħ ta’ bejniethom madwar ir-razzett li fiha programm ta’ sorveljanza jista’ jsir, u t-twaqqif tal-ħarsien kontra d-dħul possibbli ta’ kurrier tal-patoġeni jew orġaniżmi vetturi; (6) Madankollu: (a) kull razzett ġdid li jilħaq mal-ħtiġiet li għalihom saret referenza f’1, 2, 3 u 5, imma li jibda l-attivitajiet tiegħu bil-ħut, il-bajd jew gametes minn kull żona approvata jew razzett approvat li jinsab f’żona mhux approvata jista’ jikseb l-approvazzjoni mingħajr ma joqgħod għat-teħid tal-kampjuni meħtieġa biex jingħata l-approvazzjoni; (b) kull razzett li jimxi mal-ħtiġiet li għalihom saret referenza f’1, 2, 3 u 5, li jerġa’ jibda mill-ġdid l-attivitajiet tiegħu wara waqfa bil-ħut, il-bajd jew il-gametes minn kull żona approvata jew razzett approvat li jinsab f’żona mhux approvata jista’ jikseb l-approvazzjoni mingħajr ma joqgħod għat-teħid tal-kampjuni meħtieġa biex jingħata l-approvazzjoni kemm-il darba: - l-istorja tas-saħħa fir-razzett tul l-aħħar erba’ snin ta’ ħidma tiegħu hija magħrufa mis-servizz uffiċjali; madankollu jekk ir-razzett ikkonċernat beda jopera inqas minn erba’ snin ilu, il-perjodu proprja ta’ ħidma tiegħu jittieħed in konsiderazzjoni, - ir-razzett ma kienx suġġett għall-miżuri tas-saħħa ta’ l-annimali rigward il-mard elenkat fil-lista II ta’ l-Anness A u ma kienx hemm anteċedenti ta’ dak il-mard fir-razzett, - qabel l-introduzzjoni tal-ħut, il-bajd u l-gametes, ir-razzett huwa mnaddaf u ddiżinfettat, imbagħad depopolat għal kull perjodu minimu ta’ 15-il ġurnata taħt sorveljanza uffiċjali."; (b) il-punt II.A.1. huwa mibdul b’dan li ġej: "1. għandu jiġi fornut bl-ilma permezz ta’ kull sistema li tinkludi it-tagħmir biex teqred l-aġenti tal-mard li għalih saret referenza fl-Anness A, kolonna 1, lista II; il-kriterji meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u b’mod partikolari dawk dwar il-funzjoni sewwa tas-sistema jkunu stabbiliti skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 26;"; (ċ) il-punt li ġej ikun magħdud mal-punt II.A: "3. Madankollu: (a) kull razzett ġdid li jimxi mal-ħtiġiet li għalihom saret referenza f’1 u 2, imma li jibda l-attivitajiet tiegħu bil-ħut, il-bajd jew il-gametes minn żona approvata jew razzett approvat li jinsab f’żona mhux approvata jista’ jikseb l-approvazzjoni mingħajr ma joqgħod għat-teħid tal-kampjuni meħtieġa biex jingħata l-approvazzjoni; (b) kull razzett li jimxi mal-ħtiġiet li għalihom saret referenza f’1 u 2, li jerġa’ jibda l-attivitajiet tiegħu mill-ġdid wara waqfa bil-ħut, il-bajd jew il-gametes minn kull żona approvata jew razzett approvat li jinsab f’żona mhux approvata jista’ jikseb l-approvazzjoni mingħajr ma joqgħod għat-teħid tal-kampjuni meħtieġa biex jingħata l-approvazzjoni kemm-il darba: - l-istorja tas-saħħa fir-razzett tul l-aħħar erba’ snin tal-ħidma tiegħu hija magħrufa mis-servizz uffiċjali; madankollu, jekk ir-razzett ikkonċernat beda jopera inqas minn erba’ snin ilu, il-perjodu proprja ta’ l-operat tiegħu jittieħed in konsiderazzjoni, - ir-razzett ma kienx suġġett għall-miżuri tas-saħħa ta’ l-annimali rigward il-mard elenkat fil-lista II ta’ l-Anness A u ma kienx hemm anteċedenti ta’ dak il-mard fir-razzett, - qabel l-introduzzjoni tal-ħut, il-bajd u l-gametes, ir-razzett huwa mnaddaf u ddiżinfettat, imbagħad depopolat għal perjodu minimu ta’ 15-il ġurnata taħt sorveljanza uffiċjali."; (d) il-punt III.A.1. ikun mibdul b’dan li ġej: "(1) għandu jkun ipprovdut bl-ilma permezz ta’ sistema li tinkludi it-tagħmir biex teqred l-aġent tal-mard li għalih saret referenza fl-Anness A, kolonna 1, lista II; il-kriterji meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi ta’ dawn id-disposizzjonijiet u b’mod partikolari dawk dwar il-funzjoni sewwa tas-sistema jkunu stabbiliti skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 26;"; (e) il-punt li ġej ikun magħdud mal-punt III.A: "(3) Madankollu: (a) kull razzett ġdid li jimxi mal-ħtiġiet li għalihom saret referenza f’1 u 2, imma li jibda l-attivitajiet tiegħu bil-molluski minn żona approvata jew razzett approvat li jinsab f’żona mhux approvata jista’ jikseb l-approvazzjoni mingħajr ma joqgħod għat-teħid tal-kampjuni meħtieġa biex jingħata l-approvazzjoni; (b) kull razzett li jimxi mal-ħtiġiet li għalihom saret referenza f’1 u 2, li jerġa’ jibda l-attivitajiet tiegħu wara waqfa bil-molluski minn żona approvata jew razzett approvat li jinsab f’żona mhux approvata jista’ jikseb l-approvazzjoni mingħajr ma joqgħod għat-teħid tal-kampjuni meħtieġa biex jingħata l-approvazzjoni kemm-il darba: - l-istorja tas-saħħa fir-razzett matul l-aħħar sentejn tal-ħidma tiegħu hija magħrufa mis-servizz uffiċjali, - ir-razzett ma kienx suġġett għall-miżuri tas-saħħa ta’ l-annimali rigward il-mard imniżżel fil-lista II ta’ l-Anness A u ma kienx hemm anteċedent ta’ dak il-mard fir-razzett, - qabel l-introduzzjoni tal-molluski, ir-razzett huwa mnaddaf u ddiżinfettat, imbagħad depopolat għal kull perjodu minimu ta’ 15-il jum taħt sorveljanza uffiċjali." Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju 1996. Huma minnufih għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom kull referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati bl-imsemmija riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir l-imsemmija riferenza tkun stabbilita mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva. Artikolu 3 Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Ġunju 1995. Għall-Kunsill Il-President Ph. Vasseur [1] ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/54/KEE (ĠU L 175, 19.7.1993, p. 34). [2] ĠU L 351, tat-2.12.1989, p. 34.’; --------------------------------------------------