Official Journal C 316 , 27/11/1995 P. 0048 - 0048
Att tal-Kunsill tas-26 ta' lulju 1995 li jfassal il-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (95/C 316/03) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu K.3 (2) (ċ) tiegħu, Billi bil-għan li jinkisbu l-għanjiet ta' l-Unjoni, l-Istati Membri jikkunsidraw il-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi fnanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej bħala materja ta' interess komuni, li tidħol taħt il-kooperazzjoni pprovvduta fil-Titolu VI tat-Trattat; Billi, sabiex tiġi miġġielda din il-frodi bl-aqwa saħħa, huwa meħtieġ li jitfassal ftehim ta' l-ewwel, li jrid jiġi ssupplimentat qasir wara bi strument legali ieħor, hekk illi tittejjeb l-effikaċja tal-protezzjoni skond il-liġijiet kriminali dwar l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej; WARA LI DDEĊIEDA illi hawnhekk hija mfassla l-Konvenzjoni, li t-test tagħha huwa mogħti fl-Anness u li ġiet iffirmata llum mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni, JIRRAKKOMMANDA illi tiġi adottata mill-Istati Membri skond il-ħtiġiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Lulju 1995. Għall-Kunsill Il-President J. A. Belloch Julbe --------------------------------------------------