31995F1127(02)



Official Journal C 316 , 27/11/1995 P. 0033 - 0033


Att tal-Kunsill

tas-26 tas lulju 1995

li jfassal il-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni għall-għanijiet tad-dwana

(95/C 316/02)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu K.3 (2) (ċ) tiegħu,

Billi bil-għan li jinkisbu l-għanjiet ta' l-Unjoni, l-Istati Membri jqisu l-kooperazzjoni tad-dwani bħala materja ta' interess komuni, li tidħol taħt il-kooperazzjoni pprovvduta fil-Titolu VI tat-Trattat;

WARA LI DDEĊIEDA illi hawnhekk hija mfassla l-Konvenzjoni, li t-test tagħha huwa mogħti fl-Anness u li ġiet iffirmata llum mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni,

JIRRAKKOMMANDA illi tiġi adottata mill-Istati Membri skond il-ħtiġiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Lulju 1995.

Għall-Kunsill

Il-President

J. A. Belloch Julbe

--------------------------------------------------