31995F0401



Official Journal L 238 , 06/10/1995 P. 0001 - 0001


Azzjoni konġunta

tal-25 ta' settembru 1995

adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, rigward il-miżuri li jimplementaw l-Artikolu K.1 tat-Trattat

(95/401/AĠI)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu K.3(2) (b) tiegħu,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

Sabiex jintlaħqu l-objettivi msemmija fl-Artikolu K.1 tat-Trattat, l-Unjoni għandha tieħu miżuri relatati mat-taħriġ, il-ġbir u l-iskambju ta' l-informazzjoni u l-esperjenza, s-seminars, l-istudji u l-pubblikazzjonijiet, u wkoll miżuri operazzjoni oħrajn bħala sostenn ta' l-attivitajiet tagħha ta' kooperazzjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjonijiet dwar il-finanzjament tal-miżuri deskritti fl-Artikolu 1 għandhom jittieħdu b'konformità ma' l-Artikolu K.8 (2) tat-Trattat.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Settembru 1995.

Għall-Kunsill

Il-President

J. A. Belloch Julbe

--------------------------------------------------