31995D0561



Official Journal L 317 , 30/12/1995 P. 0039 - 0039


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-kummissjoni

tal-4 ta' Diċembru 1995

li tikkonkludi l-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim Ewropa li jistabbilixxi assoċazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ‘l waħda, u r-Rumanija, mill-parti ‘l oħra

(95/561/KE, Euratom)

Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea,

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 238 tiegħu, flimkien ma' l-Artikolu 228(2), it-tieni sentenza u (3) t-tieni subparagrafu tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partiokolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw il-kunsens tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidraw l-approvazzjoni mogħtija mill-Kunsill skond l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,

Billi, fil-laqgħa tiegħu ta' Copenhagen tal-21 u t-22 ta' Ġunju 1993, il-Kunsill Ewropew sejjaħ għal aktar programmi tal-Komunità miftuħa għall-pajjiżi assoċjati tal-Ewropa ċentrali u tal-lvant, u li jieħdu l-programmi li diġa huma miftuħa għall-pajjiżi ta' l-EFTA bħal apunt tat-tluq;

Billi l-Kummissjoni nnegozjat, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, Protokoll Addizzjonali għal Ftehim Ewropa mar-Rumanija,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll Addizzjonali għal Ftehim Ewropa li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ‘l waħda, u r-Rumanija, mill-parti l-oħra, iffirmat fit-30 ta' Ġunju 1995 hu hawnhekk approvat f'isem il-Komunitajiet Ewropej u f'isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.

It-test tal-Protokoll Addizzjonali huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-pożizzjoni meħuda mill-Komunità fi ħdan il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandha tkun deċiża mill-Kunsill, li taġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, skond id-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Ewropja u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu jieħu ħsieb in-notifika msemmija fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Addizzjonali f'isem il-Komunitajiet Ewropej [2]. Il-President tal-Kummissjoni għandu jieħu ħsieb l-istess notifika għall-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.

Magħmul fi Brussel, fl-4 ta' Diċembru 1995.

F'isem il-Kunsill

Il-President

J. Solana

Ghall-Kummissjoni

Il-President

J. Santer

[1] ĠU C 323, ta' l-4.12.1995.

[2] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Addizzjonali jkunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------