31995D0536



Official Journal L 304 , 16/12/1995 P. 0049 - 0050


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-6 ta’ Diċembru 1995

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/160/KEE u 93/197/EEC b’relazzjoni mar-reġjonalizzazzjoni ta’ l-Eġittu għall-importazzjonijiet ta’ żwiemel reġistrati

(Test b’relevanza għall-Ftehim EE)

(95/536/KE)

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ ekwide [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Adeżjoni of l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikoli 13(2), 15 (a) u 16 tagħha,

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/160/KEE [2], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 92/161/KEE [3], li tistabbilixxi r-eġjonalizzazzjoni ta’ ċerti pajjiżi terzi għall-importazzjonijiet ta’ ekwide; billi l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ żwiemel reġistrati mill-Eġittu hija ristretta għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati li jkunu ġew temporanjament esportati għaż-żona metropolitana tal-Kajr u d-dħul temporanju ta’ żwiemel reġistrati mill-imsemmija żona;

Billi wara missjoni ta’ spezzjoni veterinarja tal-Kummissjoni fl-Eġittu is-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali fir-rigward tal-mard fl-ekwide tidher illi hija taħt kontroll sodisfaċjenti permezz ta’ servizzi veterinarji strutturati u organizzati;

Billi l-Eġittu ilu ħieles mid-dourine, glanders u vesicular stomatitis għal aktar minn sitt xhur u l-encephalomyelitis tal-Venezwela ekwina qatt ma seħħet u t-tilqim kontra din il-marda mhux prattikat;

Billi l-marda Afrikana taż-żwiemel ma seħħitx fl-Eġittu għal aktar minn 30 sena u t-tilqim kontra din il-marda, li kien twettaq f’parti tal-popolazzjoni ekwina tal-governati tan-nofsinhra ta’ Assuan, Quena u Sohaq sa l-1994, ili li twaqqaf għal aktar minn sena;

Billi l-awtoritajiet veterinarji ta’ l-Eġittu taq garanzija li jinnotifikaw fi żmien 24 siegħa permezz tal-fax, telegramma jew telex lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-konferma ta’ xi marda infettuża jew li tittieħed fl-ekwide msemmija fl-Anness A li jinsab mad-Direttiva 90/426/KEE u kull bidla fil-politika ta’ tilqim jew importazzjoni fir-rigward ta’ l-ekwide;

Billi l-awtoritajiet veterinarji ta’ l-Eġittu ipprovdew ċerti garanziji fir-rigward tal-kontroll tal-moviment ta’ l-ekwide f’żona definita u stħarriġ seroloġiku kien tlesta b’suċċess; billi għalhekk il-ħtiġiet ta’ l-Artikoli 5 u 13 (2) tad-Direttiva 90/426/KEE huma mħarsa;

Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għandhom ikunu adottati skond is-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali tal-pajjiż terz konċernat; billi l-każ presenti jirrelata biss għal żwiemel reġistrati;

Billi d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2/160/KEE u 93/197/KEE [4] għandhom ikunu hekk emendati;

Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni hunma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DE¬IŻJONI:

Artikolu 1

"l-Eġittu

Il-Governati ta’ Lixandra, Beheira, Kafr El Sheikh, Damietta, Dakahlia, Port-Said, Sharkia, Gharbia, Menoufia, Kalioubia, Ishmailia, North Sinai, South Sinai, il-Kajr (bħala Greater Cairo inkluż Giza-town), Suez, MarsaMartrouh, Fayoum, Giza u Beni Suef."

.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 93/197/KEE hija emendata kif ġej:

1. Fl-Anness I il-kelma "l-Eġittu (1) (2)" hija sostitwita f’ordni alfabetiku fil-lista ta’ pajjiżi terzi fil-Grupp E.

2. Fl-Anness II il-kelma "l-Eġittu" hija mdaħħla f’ordni alfabetiku fl-intestatura tal-mudell taċ-Ċertifikat tas-Saħħa E u huwa b’dan miżjud mal-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjonijiet ta’ żwiemel reġistrati fil-Komunità hija permessa.

Artikolu 3

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-6 Diċembru 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, ta’ l-1.8.1990, p. 42.

[2] ĠU L 71, tat-18.3.1992, p. 27.

[3] ĠU L 71, tat-18.3.1992, p. 29.

[4] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 16.

--------------------------------------------------