31995D0461



Official Journal L 265 , 08/11/1995 P. 0040 - 0040


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas- 27 ta’ Ottubru 1995

dwar miżuri ta’ protezzjoni relatati ma’ l-enċefalomjelitis taż- żwiemel fil-Venezwela u fil- Kolombja

(Test b’ relevanza għall-Ftehim EE)

(95/461/KE)

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE [1] tal-15 ta’ Lulju 1991 li tniżżel il- prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil- Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE, kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, u b’ mod partikolari l-Artikolu 18 tagħha,

Billi l- presenza ta’ l-enċefalomjelitis taż-żwiemel fil-Venezwela ġiet konfermata fil- Venezwela u fil-Kolombja;

Billi każijiet ta’ enċefalomjelitis taż- żwiemel tal-Venezwela fil-Venezwela u fil-Kolombja jikkostitwixxu theddida serja għall-ekwide ta’ l-Istati Membri, wara li jiġu kunsidrati d- diversi movimenti ta’ l-ekwide;

billi, għaldaqstant, huwa meħtieġ li jiġi projbit id-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati wara esportazzjoni temporanja mill-Venezwela u mill-Kolombja;

Billi l-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu d-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati wara esportazzjoni temporanja ta’ żwiemel reġistrati mill-Venezwela u mill-Kolombja.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jemendaw l-miżuri li japplikaw fir-rigward tal-Venezwela u tal- Kolombja sabiex iġibuhom konformi ma’ din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 3

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussel, fis-27 ta’ Ottubru 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal- Kummissjoni

[1] ĠU L 268, tat-24.9.1991, p. 56.

--------------------------------------------------