31995D0427



Official Journal L 254 , 24/10/1995 P. 0028 - 0029


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-16 ta’ Ottubru 1995

dwar il-lista ta’ stabbilimenti fir-Repubblika tan-Namibja appruvata għall-għan ta’ l-importazzjoni tal-prodotti tal-laħam fil-Kommunità

(Test ta’ rilevanza għal-Ftehim EE)

(95/427/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Kommuntà Ewropea;

Wara li kkonsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar il-problemi tal-ispezzjonijiet tas-saħħa u veterinarji fuq l-importazzjoni ta’ annimali bovini, ovini u kaprini, u tal-majjal, laħam frisk, u prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Adeżjoni tal-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikulari l-Artiklu 4(1) tagħha,

Billi stabbilimenti f’pajjiżi terzi ma jistgħux jiġu awtorizzati illi jesportaw laħam frisk lill-Kommunità sakemm ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet speċjali u ġenerali imniżżla fid-Direttiva 72/462/KEE

Billi skond l-Artiklu 4 (3) tad-Direttiva 72/462/KEE, ir-Repubblika tan-Namibja bagħtet it-tagħrif dwar stabbiliment awtorizzat għall-esportazzjoni lill-Kommunità;

Billi spezzjoni fuq il-post mill-Kommunità uriet illi l-l-istandards ta’ iġene ta’ dan l-istabbiliment huma suffiċjenti u jista’ għaldaqstant jiddaħal fl-ewwel lista ta’ stabbilimenti li minnhom l-importazzjoni tal-laħam tista’ tiġi awtorizzata;

Billi l-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam minn stabbiliment fil-lista ta’ l-Anness hawn mehmus jibqgħu suġġetti għad-dispożizzjonijiet diġa imniżżla, id-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat u b’mod partikulari ir-regolamanti veterinarji tal-Kommunità, partikolarment fir-rigward tal-protezzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali;

Billi l-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

1. L-istabbiliment fir-Repubblika tan-Namibja elenkat fl-Anness huma b’dan approvat għall-għanijiet ta’ l-esportazzjoni ta’ prodotti tal-laħam lill-Kommunità.

2. L-importazzjoni minn dan l-istabbiliment għandha tibqgħa suġġetta għad-dispożizzjonijiet veterinarji tal-Kummissjoni imniżżla band’oħra u b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-protazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri

Magħmula fi Brussels, fis-16 ta’ Ottubru 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

LISTA TA’ STABBILIMENTI

Numru ta’ appruvazzjoni | Stabbiliment | Indirizz |

22 | Meat Corporation of Namibia Ltd | Windhoek |

--------------------------------------------------