31995D0408



Official Journal L 243 , 11/10/1995 P. 0017 - 0020


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-22 ta’ Ġunju 1995

fuq il-kondizzjonijiet biex isiru, għall-perjodu proviżorju, listi proviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiż terz li minnhom huma awtorizzati l-Istati Membri jimportaw ċerti prodotti ta’ oriġini annimali, prodotti tas-sajd jew molluski bivalvi ħajjin

(95/408/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi prodotti ta’ oriġini annimali, prodotti tal-biedja u molluski bivalvi ħajjin huma inklużi fil-lista tal-prodotti provduta fl-Anness II tat-Trattat; billi r-regoli tas-saħħa japplikaw għall-produzzjoni u l-bejgħ ġew provvduti fil-livell Komunitarju;

Billi arranġament tal-Komunità kien definit fir-rigward ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi; billi dawn l-arranġamenti jeħtieġu li jsiru listi ta’ stabbilimenti ta’ pajjiż terz minn fejn importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti huma permessi skond l-Artikolu 14.B (2) (a) tad-Direttiva tal-Kunsill 71/118/KEE tal-15 ta’ Frar 1971 fuq il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ laħam tat-tjur frisk [3], l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 fuq is-saħħa u problemi ta’ ispezzjoni veterinarja ma’ l-importazzjoni ta’ annimali bovini, ovini u kaprini u ħnieżer, laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [4], L-Artikolu 9(3)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/492/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tipprovdi l-kondizzjonijiettas-saħħa għall-produzzjoni u t-tpoġġija fis-suq ta’ molluski bivalvi ħajjin [5], l-Artikolu 11(4)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li jipprovdi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti tas-sajd [6], l-Artikolu 16(3)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/45/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992 fuq is-saħħa pubblika u problemi tas-saħħa ta’ l-annimali fir-rigward tal-qtil ta’ annimali tal-kaċċa slavaġġ u t-tpoġġija fis-suq ta’ laħam tal-kaċċa selvaġġ [7], l-Artikolu 23(3)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992 li jipprovdi r-regoli tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tpoġġija fis-suq ta’ ħalib nej, ħalib trattat bis-sħana u prodotti bażati fuq il-ħalib [8] u l-Artikolu 10(3)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li jipprovdi dwar il-ħtiġiet ta’ saħħet l-annimali u s-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ fi u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti mhux suġġetti għall-imsemmija ħtiġiet provduti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A (I) tad-Direttiva 89/662/KEE, u fir-rigward ta’ patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE [9];

Billi, biex jitħalla żmien meħtieġ biex isiru l-ispezzjonijiet Komunitarji f’pajjiżi terzi biex ikun verifikat li l-istabbilimenti tagħhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet Komunitarji u biex ikun evitat it-tfixkil fil-kummerċ minn pajjiżi terzi, sistema simplifikata ta’ approvazzjoni għandha tkun applikata għal perjodu proviżorju;

Billi matul il-perjodu proviżorju il-garanzija ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet Komunitarji għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali għandha ssir mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz konċernat; billi stabbilimenti jistgħu jiddaħħlu biss fil-listi fejn il-pajjiż terz konċernat ikun ipprovda l-assigurazzjonijiet meħtieġa fuq il-ħarsien tar-regoli Komunitarji;

Billi, huwa xieraq li jsiru dispożizzjonijiet għall-proċedura li tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib u effettiva bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri ġewwa l-Kumitat Permanenti Veterinarju;

Billi għandha ssir dispożizzjoni għall-possibbiltà għall-Kunsill li jkunu estiżi l-miżuri kurrenti proviżorji biex tkun evitata kull interruzzjoni fil-flussi tradizzjonali tal-kummerċ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd għat-tħejjija ta’ listi proviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiż terz minn liema l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw il-prodotti definiti fl-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE tal-10 ta’ Diċembru 1990 li jipprovdi l-prinċipji li jiggvernaw l-organizzazzjoni ta’ verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [10]. Dawn il-listi ta’ stabbilimenti għandhom ikunu validi fil-pendenza tat-tħejjija ta’ listi definittivi ta’ stabbilimenti skond id-dispożizzjonijiet tad-diversi direttivi li jiggvernaw ir-regoli tas-saħħa applikabbli għal kull prodott konċernat.

2. Iżda, l-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni m’għandiex tapplika għat-tħejjija ta’ listi ta’ stabbilimenti ta’ pajjiż terz minn fejn Stati Membri huma awtorizzati li jimportaw laħam frisk kif definit fl-Artikolu 1, tielet paragrafu tad-Direttiva 72/462/KEE.

Artikolu 2

1. Il-Kummissjoni tista’ skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 4, tħejji listi proviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi minn fejn huma awtorizzati importazzjonijiet għal kull prodott kopert bl-Artikolu 1 fejn jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-istabbilimenti għandhom jinstabu f’pajjiż terz jew parti ta’ pajjiż terz li jidhru fuq il-lista ta’ pajjiżi terzi minn fejn l-importazzjonijiet konċernati huma awtorizzati;

(b) l-istabbiliment għandhom jinstabu f’pajjiż terz jew parti ta’ pajjiż terz li għalihom il-kondizzjonijiet rilevanti ta’ importazzjoni u ħtiġiet ta’ ċertifikazzjoni għall-prodotti konċernati kienu stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet tad-direttivi speċifiċi;

(ċ) l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz konċernat ipprovdiet il-Kummissjoni b’garanziji sodisfaċenti li l-istabbilimenti li jidhru fuq il-lista jew listi jilħqu il-ħtiġiet rilevanti tas-saħħa tal-Komunità u approvat uffiċjalment l-istabbiliment li jidher fuq il-listi għall-esportazzjoni lill-Komunità;

(d) l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz għandha jkollha setgħa reali biex tissospendi l-attivitajiet għall-esportazzjoni lejn il-Komunità ta’ stabbiliment li għalih dik l-awtorità ipprovdiet garanziji, fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħarsien tal-garanziji msemmija;

(e) missjoni ta’ spezzjoni tal-Komunità jew Stati Membru ivverifikat l-istruttura u l-organizzazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti responsabbli għall-approvazzjoni ta’ l-istabbiliment kif ukoll is-setgħat disponibbli li dik l-awtorità kompetenti u l-garanziji li tista’ tipprovdi fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni tar-regoli tal-Komunità. Dawn il-verifiki għandhom jinkludu ispezzjonijiet fuq il-post ta’ ċerti numri ta’ stabbilimenti li jidhru fuq il-lista jew listi provduti mill-pajjiż terz.

2. Għall-prodotti tas-sajd kif definiti fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 91/493/KEE, il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 4, tħejji lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd hija awtorizzata fejn l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz tkun provdiet il-Kummissjoni b’garanziji mill-anqas ekwivalenti għal dawk provduti fid-Direttiva 91/493/KEE.

3. Il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 5, timmodifika jew ittemm il-listi provduti fil-paragrafi 1 u 2 biex tqis l-informazzjoni ġdida rċevuta.

4. Fejn il-kondizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 (e) ma ġewx milħuqa, il-Kummissjoni tista’ sakemm il-kondizzjonijiet l-oħra jintlaħqu, tħejji listi proviżorji ta’ stabbilimenti minn fejn l-importazzjonijiet huma awtorizzati skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 4. Iżda, importazzjonijiet minn stabbilimenti fuq dawn il-listi ma jkunux eliġibbli għall-verifiki fiżiċi ridotti provduti taħt l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 90/675/KEE fil-pendenza tar-riżultati ta’ l-informazzjoni provduta taħt l-Artikolu 8(3) ta’ dik id-Direttiva fuq l-importazzjonijiet minn dawk l-istabbilimenti ta’ dak il-pajjiż terz.

Artikolu 3

1. Il-proċedura provduta fl-Artikolu 5 tista’ tintuża wkoll:

(i) biex temenda l-listi ta’ stabbilimenti approvati mħejjija skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 72/462/KEE skond l-informazzjoni provduta mill-pajjiż terz konċernat;

(ii) biex temenda l-lista ta’ stabbilimenti u/jew listi ta’ fabbriki mħejjija skond l-Artikolu 11(5) tad-Direttiva 91/493/KEE skond l-informazzjoni provduta mill-pajjiż terz konċernat;

(iii) biex temenda l-listi ta’ stabbilimenti mħejjija skond l-Artikolu 9(3)(ċ) u l-listi ta’ l-arji ta’ produzzjoni demarkati skond l-Artikolu 9(3)(b) (ii) tad-Direttiva 91/492/KEE skond l-informazzjoni provduta mill-pajjiż terz konċernat;

(iv) biex temenda l-listi ta’ stabbilimenti mħejjija skond l-Artikolu 10(3)(b) tad-Direttiva 92/118/KEE.

2. Fejn tidher meħtieġa, il-Kummissjoni għandha twettaq ispezzjoni fuq il-post qabel li temenda l-lista.

Artikolu 4

1. Fejn il-proċedura provduta f’dan l-Artikolu għandha tkun segwita, għandhom ikunu riferiti il-kwistjonijiet, mingħajr dewmien, lill-Kumitat Permamenti Veterinarju stabbilit bid-Deċiżjoni 68/361/KEE [11] ‘il quddiem msemmi bħala "Kumitat" mill-president tiegħu, jew fuq l-inizjattiva tiegħu jew fuq talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq dawn il-miżuri fil-limitu taż-żmien li għandu jippreskrivi l-President skond l-urġenza tal-kwistjoni. L-opinjoni għandha tingħata bil-maġġoranza preskritta fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ tad-deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri tal-Komunità għandhom jitwieżnu bil-mod provdut f’dan l-Artikolu. Il-President ma għandux jivvota.

3. (a) (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri previsti jekk ikunu bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat.

(b) Jekk il-miżuri previsti ma humiex bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill mingħajr dewmien proposta li jkollha x’taqsam mal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

Jekk, fi żmien tliet xhur mid-data tar-riferenza tal-kwistjoni lill-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri proposti, għajr fejn il-Kunsill ikun iddeċieda kontra l-miżuri msemmija b’maġġoranza sempliċi.

Artikolu 5

1. Il-Kummissjoni għandha tinforma l-Istati Membri bil-modifikazzjonijiet proposti mill-pajjiż terz dwar il-listi ta’ stabbilimenti fi żmien ħamest ijiem mill-irċevuta ta’ modifiki proposti.

2. L-Istati Membri għandhom ikollhom sebat ijiem utli, mir-riċevuta tal-modifiki għal-listi ta’ l-istabbilimenti msemmija fil-paragrafu 1, biex jibagħtu kull kumment bil-miktub lill-Kummissjoni.

3. (i) (i) Fejn isiru kummenti bil-miktub minn mill-anqas Stat Membru wieħed, il-Kummissjoni għandha tinforma l-Istati Membri fi żmien ħamest ijiem utli u tinkludi l-punt fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Veterinarju Permanenti għad-deċiżjoni skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 4.

(ii) Fejn ma jkunux riċevuti kummenti mill-Istati Membri fil-limitu taż-żmien provdut fil-paragrafu 2, il-modifiki għal-lista għandhom ikunu kunsidrati li ġew aċċettati mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol, u l-importazzjonijiet għandhom ikunu awtorizzati għal dawn l-istabbilimenti ħamest ijiem wara l-irċevuta ta’ din l-informazzjoni mill-Istati Membri.

4. Il-Kummissjoni għandha regolarment, u f’intervalli ta’ mhux anqas minn sitt xhur, tadotta d-deċiżjonijiet meħtieġa biex taġġorna l-lista ta’ stabbilimenti, u għandha tippubblikahom fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 6

Id-Deċiżjoni 94/941/KEE hija hawnhekk imħassra.

Artikolu 7

Waqt li taġixxi skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 4, il-Kummissjoni tista’ tadotta il-miżuri transitorji meħtieġa biex ikunu faċilitati l-ħolqien u l-applikazzjoni ordnata tal-listi proviżorji ta’ stabbilimenti skond din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Għall-iskop ta’ din id-Deċiżjoni, għandu japplika l-Artikolu 19 tad-Direttiva 90/675/KEE dwar il-miżuri ta’ salvagwardja. Fil-każ ta’ ksur ripetut, il-Kummissjoni għandha tirtira l-istabbilimenti konċernat mil-lista proviżorja.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 1996, kemm-il darba l-Kunsill waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni tiddeċiedi li testendi l-validità taghħa.

Artikolu 10

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula f’Brussel, fit-22 ta’ Ġunju 1995.

Għall-Kunsill

Il-President

Ph. Vasseur

[1] ĠU C 208, tat-28.7.1994, p. 9.

[2] ĠU C 276, tat-3.10.1994, p. 13.

[3] ĠU L 55, tat-8.3.1971, p. 23. Direttiva li l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/116/KEE (ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 1).

[4] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolamenti (KEE) Nru 1601/92 (ĠU No L 173, tas-27.6.1992, p. 13).

[5] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bil-Ftehim ŻEE.

[6] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15. Direttiva kif l-aħħar emendata bil-Ftehim ŻEE.

[7] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 35. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/116/KEE (ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 1).

[8] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/330/KE (ĠU L 146, tal-11.6.1994, p. 23).

[9] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/723/KE (ĠU L 288, tad-9.11.1994, p. 48).

[10] ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolamenti (KEE) Nru 1601/92 (ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 13).

[11] ĠU L 255, ta’ l-1.10.1968, p. 23.

--------------------------------------------------