Official Journal L 236 , 05/10/1995 P. 0024 - 0024
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 1995 dwar l-adeżjoni tal-Komunità mal-Ftehim għall-ħolqien tal-Kummissjoni dwar it-Tonn ta' l-Oċean Indjan (95/399/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228(2), u l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 228(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi l-Komunità iffirmat il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar li tirrikjedi li l-membri kollha tal-komunità internazzjonali jikkoperaw biex jikkonservaw u jimmaniġġjaw ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar Billi, fil-każ tas-sajd mill-baħar, il-Komunità għandha r-responsabbiltà biex tadotta miżuri ħalli tikkonserva u timmaniġġa r-riżorsi tas-sajd u tidħol f'arranġamenti kuntrattwali f'dan ir-rigward ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali; Billi l-Komunità ħadet sehem għal dan il-għan fin-negozjati internazzjonali li wasslu għall-approvazzjoni ta' Ftehim mill-Organizzazzjoni dwar l-Ikel u Biedja tan-Nazzjonijiet Uniti tinħoloq il-Kummissjoni dwar it-Tonn fl-Oċjan Indjan; Billi l-Ftehim jikkostitwixxi qafas utli għat-tisħiħ tal-koperazzjoni internazzjonali bil-għan li t-tonn ta' l-Oċjan Indjan u speċi relatati jkunu ikkonservati u li jsir użu għaqli minnhom; Billi s-sajjieda tal-Komunità jistadu għal dawn l-ispeċi fl-Oċean Indjan; billi huwa fl-interess tal-Komunità li taderixxi mal-Ftehim imsemmi, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim għall-ħolqien tal-Kummissjoni dwar it-Tonn ta' l-Oċean Indjan huwa b'dan approvat f-isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem il-Komunità, jiddepożita l-istrument ta' aċċettazzjoni skond l-Artikolu XVII (1) tal-Ftehim. Magħmul fi Brussel, fit-18 ta' Settembru 1995. Għall-Kunsill Il-President P. Solbes Mira [1] ĠU C 109, ta' l-1.5.1995, p. 277. --------------------------------------------------