31995D0380



Official Journal L 228 , 23/09/1995 P. 0025 - 0026


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-18 ta’ Settembru 1995

li temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 94/432/KE, 94/433/KE u 94/434/KE li jniżżlu regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 93/23/KEE fuq l-istħarriġ statistiku li għandu jitwettaq fuq il-produzzjoni tal-majjali, 93/24/KEE dwar l-istħarriġ statistiku li għand jitwettaq fuq il-produzzjoni ta’ annimali bovini u 93/25/KEE l-istħarriġ statistiku li għandu jitwettaq fuq il-ħażniet tan-nagħaġ u tal-mogħoż

(Test b’rilevanza għall- Ftehim EE)

(95/380/KE)

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/23/KEE ta’ l-1 ta’ Ġunju 1993 dwar l-istħarriġ statistiku li għandu jitwettaq fuq il-produzzjoni tal-majjali [1], u b’mod partikolari l-Artikoli 1(3) u 6 (3) tagħha,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/24/KEE tal-1 ta’ Ġunju 1993 dwar l-istħarriġ statistiku li għandu jitwettaq fuq il-produzzjoni ta’ annimali bovini, [2] u b’mod partikolari l-Artikoli 1(3) u 6 (3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/25/KEE tal-1 ta’ Ġunju 1993, dwar l-istħarriġ statistiku li għandu jitwettaq fuq il-ħażniet tan-nagħaġ u tal-mogħoż, [3] u b’mod partikolari l-Artikoli 1(4) u 7 (2) tagħha,

Wara li kunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/432/KE tat-30 ta’ Mejju 1994 li tniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/23/KEE fuq imsemmija [4] fir-rigward ta’ l-istħarriġ statistiku fuq il-popolazzjoni u l-produzzjoni tal-majjali,

Wara li kunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/433/KE tat-30 ta’ Mejju 1994 li tniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/24/KEE fuq imsemmija [5] fir-rigward ta’ l-istħarriġ statistiku fuq il-popolazzjoni u l-produzzjoni tal-bhejjem, u li temenda l-imsemmija Direttiva,

Wara li kunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/434/KE tat-30 ta’ Mejju 1994 li tniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/25/KEE fuq imsemmija [6] fir-rigward ta’ l-istħarriġ statistiku fuq il-popolazzjoni u l-produzzjoni tan-nagħaġ u tal-mogħoż,

Billi minħabba l-adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja huwa meħtieġ li jsiru ċerti adattamenti tekniċi lid-Deċiżjonijiet fuq imsemmija u li jiġu estiżi ċerti derogi lill-Istati Membri l-ġodda;

Billi id-Direttivi u d-Deċiżjonijiet fuq imsemmija jipprovdu għall-possibbiltà, illi fil-każ illi l-popolazzjoni tal-ħnieżer, ta’ l-annimali bovini u tal-mogħoż ta’ xi Stati Membri tikkostitwixxi biss perċentwal żgħir tal-popolazzjonijiet totali tal-Komunità, li jingħataw derogi immirati sabiex inaqqsu n-numru ta’ stħarriġ annwali li għandu jitwettaq;

Billi l-miżuri previsti huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Istatistika Agrikola imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 72/279/KEE [7],

ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI:

L-Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 94/432/KE li tniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva 93/23/KEE għandha tkun emendata kif ġej:

1. L-Anness I għandu jkun supplementat bit-test li ġej:

"l-Awstrija: | Bundeslaender |

il-Finlandja: | Etelae-Suomi |

Sisae-Suomi |

Pohjanmaa |

Pohjois-Suomi |

l- Isvezja: | 8 Riksomraaden" |

2. L-Anness II, it-test tan-noti fl-aħħar tal-paġna (a) u (b) għandhom jkun emendat sabiex jaqra:

"a) Rendikont mhux obbligatorju għal NL, DK, S.

b) Rendikont mhux obbligatorju għal P, L, GR, S."

3. L-Anness IV (b) għandu jkun supplementat bit-test li ġej:

"il-Finlandja

l-Isvezja.".

4. L-Anness IV (e) għandu jkun supplementat bit-test li ġej taħt l-intestatura ‘x-xahar partikolari tas-sena’:

"l-Isvezja, Ġunju".

L-Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 94/433/KE li tniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva 93/24/KEE għandha tkun emendata kif ġej:

1. L-Anness II għandu jkun supplementat kif ġej:

"l-Awstrija: | Bundeslaender |

il-Finlandja: | Etelae-Suomi |

Sisae-Suomi |

Pohjanmaa |

Pohjois-Suomi |

l-Isvezja: | 8 Riksomraaden" |

2. L-Anness III, it-test tan-noti fl-aħħar tal-paġna (a), (b) u (ċ) għandu jkun emendat sabiex jaqra:

"a) Rendikont mhux obbligatorju għal NL, DK, S.

b) Rendikont mhux obbligatorju għal P, L, GR, S.

c) Rendikont mhux obbligatorju għal P, L, GR, F, S."

3. L-Anness V, it-test tan-nota fl-aħħar tal-paġna (d) għandu jkun supplimentat bit-test li ġej:

"L-Isvezja".

4. L-Anness V, it-test tan-nota fl-aħħar tal-paġna (e) għandu jkun supplementat bit-test li ġej taħt l-intestatura ‘Mejju/Ġunju’:

"L-Isvezja".

L-Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 94/434/KE li tniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva 93/25/KEE għandha tkun emendata kif ġej:

1. L-Anness II għandu jkun supplementat kif ġej:

"l-Awstrija: | Bundeslaender |

il-Finlandja: | Etelae-Suomi |

Sisae-Suomi |

Pohjanmaa |

Pohjois-Suomi |

l-Isvezja: | —għan-nagħaġ: 8 Riksomraaden |

—għall-mogħoż: -" |

2. L-Anness III, it-Tabella 1, it-test tan-noti fl-aħħar tal-paġna (a), (b) u (ċ) għandu jkun emendat sabiex jaqra:

"a) Rendikont mhux obbligatorju għal L, B, DK, S.

b) Mhux obbligatorju D, NL, S.

c) Mhux obbligatorju għal B, D, IRL, NL, A, FIN, S, UK."

3. L-Anness III, it-Tabella 2, it-test tan-noti fl-aħħar tal-paġna (a) u (ċ) għandu jkun emendat sabiex jaqra:

"a) D, L, B, UK, IRL, S.

c) D, NL, S."

L-Artikolu 4

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussel, fit-18 ta’ Settembru 1995.

Għall-Kummissjoni

Yves-Thibault De Silguy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 149, 21.6.1993, p. 1.

[2] ĠU L 149, 21.6.1993, p. 5.

[3] ĠU L 149, 21.6.1993, p. 10.

[4] ĠU L 179, 13.7.1994, p. 22.

[5] ĠU L 179, 13.7.1994, p. 27.

[6] ĠU L 179, 13.7.1994, p. 33.

[7] ĠU L 179, 7.8.1972, p. 1.

--------------------------------------------------