31995D0323



Official Journal L 190 , 11/08/1995 P. 0011 - 0012


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-25 ta' Lulju ta' l-1995

li temenda d-Deċiżjoni tal- Kunsill 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/260/KEE, 93/195/KEE u 93/197/KEE rigward il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali għad-dħul temporanju, id-dħul mill-ġdid u l-importazzjoni fil-Komunità taż-żwiemel irreġistrati mis-Sirja

(Test b'relevenza għaż-ŻEE)

(95/323/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju ta' l-1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-bhejjem li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni ta' l-ekwidi minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Fillandja u l-Isvezja, u b'mod partikolari l-Artikoli 12, 13, 15, 16 u 19 (ii) tagħha,

Billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 79/542/KEE [2], kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Fillandja u l-Isvezja, ġiet stabbilita lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni tal-bhejjem ta' l-ifrat, il-ħnieżer, l-ekwidi, in-ngħaġ u l-mogħoż, il-laħam frisk u l-prodotti mil-laħam;

Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul temporanju u l-importazzjonijiet taż-żwiemel irreġistrati huma stabbiliti rispettivament fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/260/KEE [3] u 93/197/KEE [4], it-tnejn kif l-aħħar emendati bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Fillandja u l-Isvezja, u għad-dħul mill-ġdid taż-żwiemel irreġistrati wara l-esportazzjoni temporanja fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE [5], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni Nru 95/99/KE [6];

Billi wara missjoni ta' spezzjon veterinarju mill-Kummissjoni fis-Sirja s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-bhejjem tidher li hija taħt il-kontroll sodisfaċenti tas-servizzi veterinarji strutturati u organizzati tajjeb;

Billi s-Sirja ilha ħielsa mill-mard Afrikan taż-żwiemel għal iktar minn sentejn u t-tilqim sistematiku kontra din il-marda ma ġiex imwettaq matul l-aħħar tnax-il xahar, qatt ma faqqgħu l-marda taż-żwiemel (glanders), il-marda dourine u l-istomate vesikulari għal aktar minn sitt xhur u l-enċefalomijelite Venezuelana taż-żwiemel u l-istomatite vesikultari;

Billi l-awtoritajiet veterinarji tas-Sirja ggarantew illi jinnotifikaw fi żmien 24 siegħa bit-telefax, bit-telegramm jew bit-telex lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-konfrema ta' kull marda infettuża jew li tittieħed fl-ekwidi msemmija fl-Anness A mad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE u kull bidla fit-tilqim jew fil-politika ta' l-importazzjoni rigward l-ekwidi;

Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-bhejjem u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja jridu jiġu adottati skond is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-bhejjem fil-pajjiż terz interessat; billi l-każ preżenti għandu x'jaqsam biss maż-żwiemel irreġistrati;

Billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/260/KEE, 93/195/KEE u 93/197/KEE jridu jiġu emendati kif jixraq;

Billi l-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

| "SY | Is-Sirja | x" | | |

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE hija emendata kif ġej:

1. "Is-Sirja" tiġi miżjuda skond l-ordni alfabetiku mal-lista tal-pajjiżi terzi fil-Grupp E ta' l-Anness I.

2. "Is-Sirja" tiġi miżjuda skond l-ordni alfabetiku mal-lista tal-pajjiżi terzi fit-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa ddikjarat fl-Anness II (E).

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE hija emendata kif ġej:

1. "Is-Sirja(2)" tiġi miżjuda skond l-ordni alfabetiku mal-lista tal-pajjiżi terzi fil-Grupp E ta' l-Anness I.

2. "Is-Sirja" tiġi miżjuda skond l-ordni alfabetiku mal-lista tal-pajjiżi terzi fil-'Grupp E' fit-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa ddikjarat fl-Anness II.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE hija emendata kif ġej:

1. "Is-Sirja(2)" tiġi miżjuda skond l-ordni alfabetiku mal-lista tal-pajjiżi terzi fil-Grupp E ta' l-Anness I.

2. "Is-Sirja" tiġi miżjuda skond l-ordni alfabetiku mal-lista tal-pajjiżi terzi fl-ewwel nofs sentenza tat-titolu li għandu x'jaqsam maż-żwiemel irreġistrati taċ-ċertifikat tas-saħħa ddikjarat fl-Anness II (E).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-25 Lulju 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Nru L 224, tat-18. 8. 1990, pġ. 42.

[2] ĠU Nru L 146, ta’ l-14. 6. 1979, pġ. 15.

[3] ĠU Nru L 130, tal-15. 5. 1992, pġ. 67.

[4] ĠU Nru L 86, tas-6. 4. 1993, pġ. 16.

[5] ĠU Nru L 86, tas-6. 4. 1993, pġ. 1.

[6] ĠU Nru L 76, tal-5. 4. 1995, pġ. 16.

--------------------------------------------------