31995D0322



Official Journal L 190 , 11/08/1995 P. 0009 - 0010


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-25 ta' Lulju 1995

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/260/KEE, 93/195/KEE u 93/196/KEE u 93/197/KEE rigward il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertfikazzjoni veterinarja għad-dħul temporanju u għad-dħul mill-ġdid taż-żwiemel irreġistrati u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' l-ekwidi għall-qatla, l-ekwidi rreġistrati u l-ekwidi għar-razza u għall-produzzjoni mill-Marokk

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(95/322/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-moviment u l-importazzjonijiet ta' l-ekwidi minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Fillandja u l-Isvezja, b'mod partikolari l-Artikoli 12, 13, 14, 15, 16,18 u 19 tagħha,

Billi, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/452/KEE [2], kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Fillandja u l-Isvezja, ġiet stabbilita lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet tal-bhejjem ta' l-ifrat, il-ħnieżer, l-ekwidi, in-ngħaġ u l-mogħoż, il-laħam frisk u l-prodotti mil-laħam;

Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul temporanju taż-żwiemel irreġistrati, għall-importazzjoni ta' l-ekwidi għall-qatla u għall-importazzjonijiet ta' l-ekwidi rreġistrati u l-ekwidi għar-razza u għall-produzzjoni huma stabbiliti rispettivament fid-Deċiżjonijiet 92/260/KEE [3],93/196/KEE [4] u 93/197/KEE [5], kollha kif l-aħħar emendati bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Fillandja u l-Isvezja, u għad-dħul mill-ġdid taż-żwiemel irreġistrati wara l-esportazzjoni temporanja fid-Deċiżjoni 93/195/KEE [6], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/99/KE [7];

Billi wara missjoni ta' spezzjon veterinarju Komunitarju għall-Marokk u wara li ġie rċevut rapport komprensiv dwar il-miżuri tal-kontroll meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Marokk, is-sitwazzjoni tas-saħħa ta' l-ekwini tidher li hija taħt il-kontroll sodisfaċenti tas-servizzi veterinarji strutturati u organizzati tajjeb;

Billi l-Marokk ilu issa ħieles mill-marda Afrikana taż-żwiemel għal aktar minn sentejn u t-tilqim kontra din il-marda ma' twettaqx matul l-aħħar tnax-il xahar;

Billi l-awtoritajiet veterinarji tal-Marokk iggarantew illi jinnotifikaw fi żmien 24 siegħa bit-telefax, bit-telegramm jew bit-telex lill-Kummissjoni u lill-Istati membri l-konferma ta' kull marda ta' infezzjoni jew li tittieħed fl-ekwidi msemmija fl-Anness A mad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE u kull bidla fit-tilqim jew fil-politika ta' l-importazzjoni rigward l-ekwidi;

Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-bhejjem u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja jridu jiġu adottati skond is-sitwazzjoni tal-pajjiż terz interessat; billi l-każ preżenti għandu x'jaqsam biss maż-żwiemel irreġistrati;

Billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/260/KEE, 93/195/KEE, 93/196/KEE u 93/197/KEE jridu jiġu emendati kif jixraq;

Billi l-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-Parti 1 ta' l-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE l-vers li jirreferi għall-Marokk huwa hawnhekk emendat kif ġej:

Ir-referenza għan-nota fil-qiegħ tal-paġna '(6)' tiġi mħassra fis-sub-intestatura "il-bhejjem ħajjin" fil-kolona "Rimarki Speċjali".

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE hija emendata kif ġej:

1. "Il-Marokk" jiġi miżjud skond l-ordni alfabetiku fil-lista tal-pajjiżi terzi fil-Grupp E ta' l-Anness I.

2. "Il-Marokk" jiġi miżjud skond l-ordni alfabetiku mal-lista tal-pajjiżi terzi fit-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa ddikjarat fl-Anness II (E).

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE hija emendata kif ġej:

1. "Il-Marokk" jiġi miżjud skond l-ordni alfabetiku mal-lista tal-pajjiżi terzi fil-Grupp E ta' l-Anness I.

2. "Il-Marokk" jiġi miżjud skond l-ordni alfabetiku mal-lista tal-pajjiżi terzi fit-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa ddikjarat fl-Anness II.

Artikolu 4

"Il-Marokk" jiġi miżjud skond l-ordni alfabetiku mal-lista tal-pajjiżi terzi fin-nota fil-qiegħ tal-paġna (3), fil-Grupp E ta' l-Anness II mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/196/KEE.

Artikolu 5

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE hija emendata kif ġej:

1. "Il-Marokk" jiġi miżjud skond l-ordni alfabetiku mal-lista tal-pajjiżi terzi fil-Grupp E ta' Anness I.

2. "Il-Marokk" jiġi miżjud skond l-ordni alfabetiku mal-lista tal-pajjiżi terzi fit-tieni parti tas-sentenza tat-titolu li għandu x'jaqsam ma' l-ekwidi rreġistrati u l-ekwidi għar-razza u għall-produzzjoni taċ-ċertifikat tas-saħħa ddikjarati fl-Anness II E.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Lulju 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Nru L 224, tat-18. 8. 1990, pġ. 42.

[2] ĠU Nru L 146, ta’ l-14. 6. 1979, pġ. 15.

[3] ĠU Nru L 130, tal-15. 5. 1992, pġ. 67.

[4] ĠU Nru L 86, tas-6. 4. 1993, pġ. 7.

[5] ĠU Nru L 86, tas-6. 4. 1993, pġ. 16.

[6] ĠU Nru L 86, tas-6. 4. 1993, pġ. 1.

[7] ĠU Nru L 76, tal-5. 4. 1995, pġ. 16.

--------------------------------------------------