31995D0294



Official Journal L 182 , 02/08/1995 P. 0027 - 0029


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

fl-4 ta’ Lulju 1995.

li jiddetermina l-kampjun taċ-ċertikfikat tas-saħħa ta’ l-annimali għall-kummerċ f’ bajd u embriji ta’ l-ispeċi ekwina

(Test b’ rilevanza għall-AEE)

(95/294/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Filwaqt li kkunsidrat it-trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropeja,

Filwaqt li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi rekwiżiti dwar is-saħħa ta’ l-annimali li jiggvernaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-komunità ta’ annimali, semen, bajd u embriji mhux soġġettati għal rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali stabbiliti f’ regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl- l-Anness A (I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/176/KE (2), u partikolarment l-Artikolu 11(3) tagħha

Billi fl-Anness D tad-Direttiva 92/65/KEE il-Kunsill stabbilixxa kundizzjonijiet sanitarji għall-ġbir, proċessar, ħażna u transport tal-bajd u l-embriji u kundizzjonijiet sanitarji applikati għal dbib donatriċi;

Billi l-kampjun taċ-ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali għall-kummerċ fil-bajd u l-embriji ta’ l-ekwini għandu jiġi definit skond dik id-Direttiva;

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/176/KE li temenda l-Annessi tad-Direttiva 92/65/KEE dwar is-semen, bajd u l-embriji ta’ l-ekwini tgħodd mill-1 ta’ Ottubru 1995; billi għalhekk iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-kummerċ fil-bajdu l-embriji ta’ l-ispeċi ewkini japplikaw fl-istess ħin;

Billi l-miżuri disposti f’ din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-bajd u embriji ta’ l-ispeċi ekwini jintbagħtu mit-territorju tagħhom lit-territorju ta’ Stat Membru ieħor li huma akkumpanjati waqt it-trasport minn ċertifikat tas-saħħa debitament mimli li jikkorrispondi għall-kampjun fl-Anness biss

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tgħodd mill-1 t’Ottubru 1995.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, fl-24 ta’ Lulju 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

--------------------------------------------------

L-ANNESS

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------