Official Journal L 097 , 29/04/1995 P. 0084 - 0087
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Marżu 1995 li tiffissa l-valuri tal-limiti tat-total tan-nitroġenu volatili bażiku (TVB-N) għal ċerti kategoriji ta’ prodotti tas-sajd u li tispeċifika l-metodi ta’ l-analiżi li għandhom jintużaw (95/149/EC) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd [1], u b’mod partikolari l-Kapitolu V (II) (3) ta’ l-Anness tagħha, Billi l-verifiki li għalihom tipprovdi d-Direttiva 91/493/KEE biex tipprevjeni prodotti tas-sajd li m’humiex tajbin għall-konsum uman milli jitqegħdu fis-suq jistgħu jkunu magħmula minn ċerti verifiki kimiċi nklużi verifiki tat-total tan-nitroġenu volatili bażiku (TVB-N); Billi huwa meħtieġ li jiġu ffisati l-livelli ta’ TVB-N li m’għandhomx jinqabzu fil-każ ta’ ċerti kategoriji ta’ speċji u li jiġu speċifikati l-metodi ta’ analiżi li għandhom jintużaw; Billi l-metodi ta’ l-analiżi li huma magħrufa xjentifikament għall-ivverifikar tat-TVB-N għandhom jibqgħu jintużaw bħala kwistjoni ta’ rutina iżda huwa ta’ min jispeċifika metodu ta’ referenza li jista’ jintuża fil-każ ta’ dubju fir-rigward tar-riżultati jew fil-każ ta’ nuqqasa ta' qbil; Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊISJONI: Artikolu 1 Il-prodotti tas-sajd mhux proċessati li jagħmlu parti mill-kategoriji ta’ l-ispeċji elenkati fl-Anness I għandhom jitqiesu bħala li mhux tajbin għall-konsum uman meta, wara li l-istima orgaoleptika tkun qajmet dubji dwar kemm huma friski, verifiki kimiċi juru li l-limiti li ġejjin ta’ TVB-N jinqabżu: 1. 25 milligrama ta’ nitroġenu/100 gramma ta’ laħam għall-ispeċji riferiti fil-punt A ta’ l-Anness I; 2. 30 milligramma ta’ nitroġenu/100 gramma ta’ laħam għall-ispeċji riferiti fil-punt B ta’ l-Anness I; 3. 35 milligramma ta’ nitroġenu/100 gramma ta’ laħam għall-ispeċji riferiti fil-punt Ċ ta’ l-Anness I. Artikolu 2 1. Il-metodu ta’ referenza li għandu jintuża għall-ivverifikar tal-limitu TVB-N huwa l-metodu li jinvolvi d-distillazzjoni ta’ estratt deproteinizzat permezz ta’ aċidu perkloriku stipulat fl-Anness II. 2. Id-distillazzjoni kif riferita fil-paragrafu 1 għandha titwettaq bl-użu ta’ apparat li jikkonforma mal-prinċipji tad-disinn fl-Anness III. 3. Il-metodi ta’ rutina li jistgħu jintużaw għall-verifika tal-limitu tat-TVB-N huma kif ġej: - il-metodu tal-mikrodiffużżjoni kif deskritt minn Conway and Byrne (1933), - il-metodu tad-distillazzjoni diretta kif deskritt minn Antonacopoulos (1968), - distillazzjoni ta’ estratt deproteinizzat permezz ta’ aċidu trikloraċetiku (Kumitat Codex Alimentarius dwar il-Ħut u l-Prodotti tas-Sajd (1968)). 4. Il-kampjun għandu jkun magħmul minn madwar 100 gramma ta’ laħam, meħud ta’ l-anqas minn tlett punti differenti u mħallta flimkien permezz tat-tħin. Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom jirrakkomandaw lill-laboratorji uffiċjali l-użu, bħala kwistjoni ta’ rutina, tal-metodu ta’ referenza riferit fl-Artikolu 2 (1). Fil-każ ta’ dubju jew fil-każ ta’ nuqqas ta' qbil fir-rigward tar-riżultati ta’ l-analiżi mwettqa minn wieħed mill-metodi ta’ rutina il-metodu ta’ referenza biss jista’ jintuża għall-verifika tar-riżultati. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, it-8 ta’ Marzu 1995. Għall-Kummissjoni Franz fischler Membru tal-Kummissjoni [1] G.U. No. L 268, 24. 9. 1991 p. 15. -------------------------------------------------- ANNESS I KATEGORIJI TA’ L-ISPEĊJI LI GĦALIHOM HUWA FFISSAT LIMITU TVB-N A. Sebastes spp. Helicolenus dactylopterus Sebastichthys capensis B. L-ispeċji li jagħmlu parti mill-familja Pleuronectidae (bl-eċċezzjoni ta’ lingwat kbir: Hippoglossus spp.) C. Salmo salar L-ispeċji li jagħmlu parti mill-familja Merlucciidae L-ispeċji li jagħmlu parti mill-familja Gadidae -------------------------------------------------- ANNESS II DETERMINAZZJONI TAL-KONĊENTRAZZJONI TA’ BAŻI VOLATILI NITROĠENUŻI (TVB-N) FIL-ĦUT U FI PRODOTTI TAL-ĦUT: PROĊEDURA TA’ REFERENZA 1. L-għan u ż-żona ta’ applikazzjoni Dan il-metodu jiddeskrivi proċedura ta’ referenza għall-identifikazzjoni tal-konċentrazzjoni ta’ nitroġenu b’bażi volatili nitroġenuż (Total-Bażi-Volatili-N: TVB-N) fil-ħut u fil-prodotti tal-ħut. Din il-proċedura tapplika għall-konċentrazzjonijiet ta’ TVB-N minn 5 mg/100 g sa ta’ l-anqas 100 mg/100 g. 2. Definizzjoni Konċentrazzjoni ta’ TVB-N hawn tiftiehem li tfisser il-kontenut ta’ nitroġenu tal-bażijiet volatili nitroġenużi determinati bil-proċedura deskritta. Din il-konċentrazzjoni hija maħduma f’termini ta’ mg/100 g. 3. Deskrizzjoni fil-qosor Il-bażijiet volatili nitroġenużi huma estratti minn kampjun permezz ta’ soluzzjoni ta’ 0,6 M aċidu perkloriku. Wara li jiġ alkalinizzat l-estratt jagħddi minn distillazzjoni bl-istijm u l-komponenti tal-bażi volatili jiġu assorbiti minn riċevitur ta’ l-aċidu. Il-konċentrazzjoni TVB-N hija stabbilita bit-titrazzjoni tal-bażijiet assorbiti. 4. Kimiċi Sakemm ma jkunx indikat xort’oħra, kimiċi tal-grad reaġent għandhom jintużaw. L-ilma wżat għandu jew ikun jew distillat jew demineralizzat u ta’ l-anqas ta’ l-istess purità. Sakemm ma jkunx indikat xort’oħra, "soluzzjoni" għandha tiftiehem bħala soluzzjoni milwiema. 4.1. Soluzzjoni ta’ aċidu prkloriku = 6 g/100 ml. 4.2. Soluzzjoni ta’ l-idroġenu sodju = 20 g/100 ml. 4.3. Soluzzjoni standard ta’ aċidu idrokloriku 0,05 mol/l (0,05 N). Nota: Meta jintuża apparat awtomatiku tad-distillazzjoni, it-titrazzjoni għandha sseħħ permezz ta’ soluzzjoni standard ta’ aċidu idrokloriku 0,01 mol/l (0,01 N). 4.4. Soluzzjoni ta’ aċidu boriku = 3 g/100 ml. 4.5. Aġent tas-silikonju għal kontra r-ragħwa. 4.6. Soluzzjoni phenolphtalein = 1 g/100 ml 95 % etanol. 4.7. Soluzzjoni ndikatur (Indikatur imħallat Tashiro) 2 g Metil – aħmar u 1 g Methylene – blu jiġu maħlula f’1000 ml 95 % etanol. 5. Strumenti u aċċessorji 5.1. Makna tal-kappuljat li tipproduċi kappuljat tal-ħut omoġenju biżżejjed. 5.2. Makna li tħallat b’veloċità għolja b’dawrien ta’ bejn 8000 min -1 u 45000 min -1. 5.3. Filtru skanalat, dijametru 150 mm, li jiffiltra malajr. 5.4. Buretta, 5 ml, gradwata sa 0,01 ml. 5.5. Apparat għad-distillazzjoni ta’ l-istijm L-apparat għandu jkun kapaċi jirregola diversi ammonti ta’ stijm u jipproduċi ammont kostanti ta’ stijm matul perjodu partikolari ta’ żmien. Għandu jiżgura li matul iż-żieda ta’ sustanzi alkalizzati l-bażijiet ħielsa li jirriżultaw ma jistgħux jaħarbu. 6. Esekuzzjoni Twissija: Meta taħdem bl-aċidu perklotiku, li huwa korrużiv qawwi, għandhom jittieħdu l-miżuri ta' prekawzjoni u ta’ prevenzjoni meħtieġa.. Il-kampjuni għandhom, fejn hu possibbli, jitħejjew skond il-paragrafu 6.1 kemm jista’ jkun malajr wara li jaslu. 6.1. Preparazzjoni tal-kampjun Il-kampjun li għandu jiġi analizzat għandu jintaħan bl-attenzjoni bil-makna tal-kappuljat kif deskritt fit-taqsima 5.1. Eżattament 10 g +/– 0,1 g tal-kampjun mitħun jintiżnu f’kontenitur adatt, imħallat ma’ 90,0 ml soluzzjoni ta’ aċidu perkloriku erchloric kif imniżżel fit-taqsima 4.1, omoġenizzat għal żewġ minuti bil-makna li tħallat kif deskritt fit-taqsima 5.2, u wara ffiltrat. L-estratt hekk miksub għandu jinżamm għal ta’ l-anqas sebat ijiem f’temperatura ta’ bejn wieħed u ieħor bejn 2 °C u 6 °C. 6.2. Distallazzjoni ta’ l-istijm 50,0 ml ta’ l-estratt miksub skond it-taqsima 6.1 jitqiegħdu f’apparat għad-distillazzjoni ta’ l-istijm kif deskritt fit-taqsima 5.5. Għal verifika aktar tard fuq l-alkalinizzazzjoni ta’ l-estratt diversi qtar ta’ phenolphtalein kif speċifikat fit-taqsima 4.6 huma miżjuda. Wara li żżid ftit qtar ta’ l-aġent tas-silikonju kontra r-ragħwa, 6,5 ml ta’ soluzzjoni tas-sodju idrossidu kif speċifikat fit-taqsima 4.2 huma miżjuda ma’ l-estratt, u d-distillazzjoni ta’ l-istijm tibda minnufih. Id-distillazzjoni ta’ l-istijm hija regolata sabiex bejn wieħed u ieħor 100 ml ta’ distillat jiġu prodotti f’10 minuti. It-tubu tal-ħruġ tad-distillazzjoni jiġi mgħaddas f’riċevitur b’100 ml soluzzjoni ta’ aċidu boriku kif speċifikat fit-taqsima 4.4, li miegħu bejn tlett qatriet u ħames qatriet tas-soluzzjoni ta’ l-indikatur kif deskritta fit-taqsima 4.7 ikunu ġew miżjuda. Wara eżatt 10 minuti d-distillazzjoni tintemm. It-tubu tal-ħruġ tad-distillazzjoni jitneħħa mir-riċevitur u jinħasel bl-ilma. Il-bażijiet volatili li jkunu jinsabu fis-soluzzjoni tar-riċevitur huma stabbiliti permezz ta’ titrazzjoni b’soluzzjoni standard ta’ idrokloriku kif speċifikat fit-taqsima 4.3. Il-pH tal-punt tat-tarf għandu jkun 5,0 +/– 0,1. 6.3. Analiżi ta’ Titrazzjoni Analiżi duplikati huma meħtieġa. Il-metodu applikat huwa korrett jekk id-differenza bejn id-duplikati ma tkunx ogħla minn 2 mg/100 g. 6.4. Bjank Test in bjank imwettaq kif deskritt fil-taqsima 6.2. Minflok l-estratt, 50,0 ml soluzzjoni ta’ aċidu perkloriku kif speċifikat fit-taqsima 4.1 huma wżati. 7. Il-kalkolazzjoni tat-TVB-N V1 = Volum ta’ 0,01 M soluzzjoni ta’ aċidu idrokloriku f’ml għall-kampjun; V0 = Volum ta’ 0,01 M soluzzjoni ta’ aċidu idrokloriku f’ml għall-bjank; M = Piż tal-kampjun fi g. Remarki 1. Analiżi duplikati huma meħtieġa. Il-metodu applikat huwa korrett jekk id-differenza bejn id-duplikati ma tkunx ogħla minn 2 mg/100 g. 2. Ivverifika l-apparat permezz ta’ soluzzjonijiet tad-distillazzjoni ta’ NH4Cl ekwivalenti għal 50 mg TVB-/100 g. 3. Devjazzjoni standard ta’ riproduċibiltà Sr = 1,20 mg/100 g. Devjazzjoni standard ta’ komparabilità SR = 2,50mg/100 g. -------------------------------------------------- ANNESS III +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------