31995D0099



Official Journal L 076 , 05/04/1995 P. 0016 - 0018


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-27 ta’ Marzu 1995

li temenda d-Deċiżjoni Nru 93/195/KEE dwar il-kundizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul mill-ġdid taż-żwiemel reġistrati għat-tlielaq, kompetizzjoni w avvenimenti kulturali wara esportazzjoni temporanja

(95/99/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat id- Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kundizzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae [1] kif emendata l-aħħar bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja w l-Iżvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 (ii) tiegħu,

Billi, skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE [2], kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 95/561/KE [3], id-dħul mill-ġdid taż-żwiemel irreġistrati għat-tlielaq, kompetizzjoni u avvenimenti kulturali wara l-esportazzjoni temporanja hija ristretta għaż-żwiemel miżmuma għal anqas minn 30 jum f’xi pajjiż terz;

Billi biex tiffaċilita li żwiemel li joriġinaw fil-Komunità jieħdu sehem fil-Logħob Olimpiku ta’ l-Atlanta fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika fl-1996 u fl-avvenimenti ta’ tħejjija, dak il-perijodu irid jitwal għal anqas minn 90 jum;

Billi l-miżuri provduti d’din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI:

Artikolu 1

ID-DECIŻJONI Nru 93/195/KEE hija emendata skond dan li ġej:

1. L-inċiż li ġej jiżdied ma’ l-Artikolu 1:

"— ħadu sehem fil-Logħob Olimpiku ta’ l-Atlanta fl-1996 jew fl-avvenimenti ta’ tħejjija programmati għal Awissu tal-1995 u jissodisfaw il-kundizzjonijiet mitluba stabbiliti għaċ- ċertifikat ta’ saħħa skond il-mudell imfassal fl-Anness III ma’ din id-Deċiżjoni."

"

2. L-ANNESS III

+++++ TIFF +++++

"

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Marzu 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, ta' l-18.8.1990, p. 42

[2] ĠU L 86, ta' l-6.4.1993, p. 1

[3] ĠU L 214, ta' l-19.8.1994, p. 17

--------------------------------------------------