Official Journal L 335 , 23/12/1994 P. 0023 - 0032
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 37 P. 0200
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 37 P. 0200
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3168/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 li jistabbilixxi fil-qasam ta' l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi mhux koperti bi ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra jew b'regoli ta' importazzjoni speċifiċi tal-Komunità liċenza ta' importazzjoni tal-Kominità u li jemenda ċerti disposizzjonijiet tar-Regolament IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi li mhumiex koperti bi trattati bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra jew b'regoli oħra ta' importazzjoni speċifiċi tal-Komunità [1], kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 2798/94 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu, Billi, bħala riżultat tal-ħolqien tas-suq intern, hu xieraq li l-forom differenti, li sal-lum kienu wżati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membru fil-qasam tat-tessuti u l-ħwejjeġ sabiex jawtorizzaw l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti soġġetti għal-limiti kwantitattivi, skond ir-Regolament (KE) Nru 517/94, ikunu sostitwiti b'dokument wieħed li jista' jintuża fit-territorju doganali tal-Komunità, ikun min ikun l-Istat Membru li joħroġhom, jew in-nazzjonalità jew id-domiċilju ta' l-operatur ikkonċernat; Billi għal dan il-għan hu neċessarju li tkun ikkreata liċenza ta' importazzjoni tal-Komunità li tkun imfassla mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fuq formula komuni li tilħaq kriterji uniformi, sabiex tispeċifika liema informazzjoni dak id-dokument, u l-applikazzjoni għal dak id-dokument, għandu jkun fihom u li temenda jew ittemm ċerti disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 517/94; Billi sabiex tkun iffaċilitata l-introduzzjoni ta' dik il-liċenza ta' importazzjoni tal-Komunità fl-Istati Membri kollha, jidher xieraq li l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jkunu awtorizzati, matul perjodu ta' transizzjoni li jagħlaq mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1995, li jibqgħu joħorġu l-formoli nazzjonali li kienu fl-użu qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sabiex jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet għall-importazzjoni u dokumenti ta' sorveljanza, sakemm l-applikant, fiż-żmien ta' din l-applikazzjoni, ma jkunx talab il-ħruġ ta' liċenza ta' importazzjoni tal-Komunità; Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tessuti, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Regolament (KE) Nru 517/94 qiegħed b'dan ikun emendat kif ġej: 1. is-subparagrafu li ġej hu miżjud ma' l-Artikolu 18(1): "L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għandu jkun fiha: (a) l-isem ta' l-applikant u l-indirizz sħiħ (inklużi, jekk ikun il-każ, numri tat-telefon u fax, u numru ta' identifikazzjoni rreġistrat ma' l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali), u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-VAT, jekk tkun persuna li tħallas il-VAT; (b) l-isem u l-indirizz sħiħ tad-dikjarant; (ċ) l-isem u l-indirizz sħiħ ta' min x'aktarx se jesporta; (d) il-pajjiż ta' oriġini tal-prodotti u l-pajjiż destinat li jirċievi l-kunsinna; (e) deskrizzjoni tal-prodotti li tinkludi: - deskrizzjoni kummerċjali tagħhom, - deskrizzjoni tal-prodotti u l-kodiċi ta' nomenklatura magħquda (CN). (f) il-kategorija xierqa u l-kwantità fl-unità xierqa kif indikat fl-Annessi III B u IV għall-prodotti involuti; (g) il-valur tal-prodotti; (h) kull kodiċi intern użat għal finijiet amministrattivi, bħal kodiċi Tarik; (i) data u firma ta' l-applikant." 2. L-Artikolu 19(1) hu mibdul bit-test li ġej: "1. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol min-notifika tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni jew fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-Kummissjoni. Il-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni u estratti tagħhom għandhom isiru skond il-kondizzjonijiet u r-regoli dettaljati stabbiliti fl-Anness VIII."; 3. l-Anness għar-Regolament preżenti hu miżjud bħala l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 517/94. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 1994. Għall-Kummissjoni Leon Brittan Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 67, ta' l-10.3.1994, p. 1. [2] ĠU L 297, tat-18.11.1994, p. 6. -------------------------------------------------- ANNESS " ANNESS VIII Artikolu 1 Liċenza ta' importazzjoni tal-Komunità - formola komuni 1. Il-formoli li għandhom ikunu wżati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri elenkati fl-Appeniċi 2 għall-Anness preżenti sabiex jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet għall-importazzjoni għandhom ikunu konformi mal-kampjun tal-liċenza ta' importazzjoni murija fl-Appendiċi 1. 2. Il-formoli tal-liċenzi ta' importazzjoni u estratti tagħhom għandhom jimtlew doppji, kopja, immarkata "Kopja tal-liċenzat" u li ġġib in-numru 1 għandha tinħareġ lill-applikant, u l-oħra, immarkata "Kopja għall-awtorità li toħroġ il-liċenza" u li ġġib in-numru 2, għandha tinżamm mill-awtorità li toħroġ il-liċenza. Għal finijiet amministrattivi l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżidu kopji addizzjonali għall-formola 2. 3. Il-formoli għandhom ikunu stampati fuq karta bajda li ma jkollha l-ebda polpa mekkanika, imħejjija biex issir kitba fuqha u tiżen bejn 55 u 66 gramm kull metru kwadru. Id-daqs tagħhom għandu jkun ta' 210 × 297 mm; bi spazju bejn linja u oħra ta' 4,24 mm (wieħed minn sitta ta' pulzier); il-format tal-formoli għandu jkun segwit bi preċiżjoni. Iż-żewġ naħat ta' kopja Nru 1, li hi l-liċenza nnifisha, għandu jkollha wkoll stampat bl-aħmar disinn ta' guilloche fl-isfond sabiex tkun svelata kull falsifikazzjoni permezz ta' mezzi mekkaniċi jew kimiċi. 4. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli li jistampaw il-formoli. Il-formoli jistgħu wkoll ikunu stampati minn stampaturi li jkunu maħtura mill-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti. Fil-każ ta' l-aħħar, referenza għall-ħatra mill-Istat Membru għandha tidher fuq kull formola. Kull formola għandu jkollha indikazzjoni ta' l-isem u l-indirizz ta' l-istampatur jew marka li tagħmel possibbli l-identifikazzjoni ta' l-istampatur. 5. Meta jkunu maħruġa l-liċenzi ta' l-importazzjoni jew l-estratti għandhom jingħataw numru tal-ħarġa li jkun allokat mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat kif ġej: - żewġ ittri li jidentifikaw il-pajjiż esportatur: – Ċina | = CN | – Il-Korea ta' Fuq | = KP | – Il-Kroazja | = HR | – Il-Bożnja | = BA | – FYROM | = XJ | - żewġ ittri li jidentifikaw l-Istat Membru li lilu ssir id-dikjarazzjoni jew it-talba għall-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni: – AT | = L-Awstrija | – BL | = Benelux | – DE | = Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja | – DK | = Id-Danimarka | – EL | = Il-Greċja | – ES | = Spanja | – FI | = Il-Finlandja | – FR | = Franza | – GB | = Ir-Renju Unit | – IE | = l-Irlanda | – IT | = l-Italja | – PT | = Il-Portugall | – SE | = L-Isvezja, | - numru b' digit wieħed li jidentifika s-sena ta' kwota jew is-sena li fiha l-esportazzjonijiet kienu rrekordjati, li jikkorispondi ma' l-aħħar ċifra fis-sena involuta, eż. "5" għall-"1995", - numru b'seba' digits li jsegwi b'mod konsekuttiv minn 0000001 sa 9999999 li jkun allokat lill-Istat Membru speċifiku li lilu ssir id-dikjarazzjoni jew talba għall-awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni. Għall-Benelux hu allokat numru b'seba' digits. 6. Liċenzi u estratti għandhom jimtlew bil-lingwi uffiċjali, jew waħda mil-lingwi uffiċjali, ta' l-Istat Membru li joħroġhom. 7. Fil-kaxxa12 l-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw il-kategorija tat-tessuti li tkun xierqa. 8. Il-marki ta' l-aġenziji li jawtorizzaw u ta' l-awtoritajiet li jirċievu għandhom jintgħamlu permezz ta' bolla. Madankollu, il-bolla ta' l-awtorità li toħroġ il-permess tista' tkun sostitwita permezz ta' embossing press li jikkombina ittri jew ċifri li jsiru permezz ta' titqib, jew stampar fuq il-liċenza. L-awtoritajiet li joħorġu l-liċenzi għandhom jużaw kull metodu li ma jistax ikun imbagħbas biex jirreġistraw il-kwantità allokata b'tali mod li jagħmluha impossibbli li jkunu inseriti ċifri jew referenzi (eż. ECU 1000). 9. In-naħa ta' wara ta' kopja Nru 1 u ta' kopja Nru 2 għandu jkollha kaxxa li fiha jistgħu jkunu inseriti kwantitajiet, jew mill-awtoritajiet doganali meta jkunu konklużi l-formalitajiet ta' importazzjoni, jew mill-awtoritajiet kompetenti amministrattivi meta jinħareġ estratt. Jekk l-ispazju allokat għad-debiti fuq liċenza jew estratt tagħha ma jkunx biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jehmżu paġna addizzjonali jew iżjed li jkollhom kaxex li jaqblu ma' dawk ta' fuq in-naħa ta' wara ta' kopja Nru 1 u ta' kopja Nru 2 tal-liċenza jew estratt bl-awtorizzazzjonijiet kif speċifikati fil-paragrafu 7. 10. Il-liċenzi ta' importazzjoni u l-estratti maħruġa, u l-kitbiet u t-tehmiżiet magħmula, mill-awrtoritajiet ta' Stat Membru wieħed għandu jkollhom l-istess effett legali f'kull wieħed mill-Istati Membri l-oħra daqs dokumenti maħruġa, u kitbiet u tehmiżiet magħmula, mill-awtoritajiet ta' dawk l-Istati Membri. 11. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati jistgħu, meta jkun neċessarju jitolbu li l-kontenut tal-liċenza jew estratti jiġu tradotti fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali ta' dak l-Istat Membru. Artikolu 2 Disposizzjonijiet transitorji Minkejja d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1, għal perjodu transitorju li jagħlaq mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1995 u sakemm l-applikant, fil-ħin ta' l-applikazzjoni tiegħu ma jkunx talab li tinħareġ liċenza ta' importazzjoni tal-Komunità jikkonforma mal-kampjun li jinsab fl-Appendiċi 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jkunu awtorizzati li jużaw il-formoli nazzjonali tagħhom biex joħorġu l-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni u kull estratt minnhom. Appendiċi 1 +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ Appendiċi 2 Lista de las autoridades nacionales competentes Liste des autorités nationales compétentes List of the national competent authorities Liste der zuständigen Behörden der Mitgliedstaaten Elenco delle competenti autorità nazionali Πίνακας των αρμόδιων εθνικών αρχών Lista das autoridades nacionais competentes Lijst van bevoegde nationale instanties Liste over kompetente nationale myndigheder 1. Il-Belġju Ministère des affaires économiquesMinisterie van Economische Zaken Office central des contingents et licencesCentrale Dienst voor Contingenten en Vergunningen Rue J.A. De Motstraat 24-26 B-1040 BruxellesBrussel Tél.: (32 2) 233 61 11 Télécopieur: (32 2) 230 83 22 2. Id-Danimarka Erhvervsfremme Styrelsen Soendergade 25 DK-8600 Silkeborg Tlf.: (45 87) 20 40 60 Fax (45 87) 20 40 77 3. Il-Ġermanja Bundesamt fuer Wirtschaft Frankfurterstrasse 29-31 D-65760 Eschborn Tel.: (49 61 96) 404-0 Fax (49 61 96) 40 48 50 4. Il-Greċja Ypoyrgeio Ethnikis Oikonomias Geniki Grammateia Diethnon Oikonomikon Scheseon Geniki Diefthynsi Exoterikon Oikonomikon kai Emporikon Scheseon D/nsi Diadikasion Exoterikoy Emporioy Mitropoleos 1 GR-10557 Athina Til.: (301) 323 04 18, 322 84 93 Telefax: (301) 323 43 93 5. Spanja Ministerio de Comercio y Turismo Dirección General de Comercio Exterior Paseo de la Castellana no 162 E-28071 Madrid Tel. (34-1) 349 38 17; 349 37 48 Telefax: (34-1) 563 18 23; 349 38 31 6. Franza Ministère de l'Industrie, des Postes et Télécommunications et du Commerce Extérieur Service des Biens de Consommation (SERBCO) Mission Textile - Importations 3/5 rue Barbet de Jouy F-75353 Paris 07 SP Tél: (33-1) 43 19 36 36 Fax (33-1) 43 19 36 74 Télex: 204 472 SERBCO 7. l-Irlanda Dipartiment tat-Turiżmu u l-Kummerċ Unità Suq Wieħed (Kamra 315) Kildare Street IRL- Dublin 2 Tel. (353-1) 662 14 44 Fax (353-1) 676 61 54 8. l-Italia Ministero del Commercio con l'Estero Direzione Generale delle Importazioni e delle Esportazioni Viale America 341 I-00144 Roma Tel. (39-6) 59 931 Fax (39-6) 59 93 26 31 - 59 93 22 35 Telex 610083 - 610471 - 614478 9. Il-Lussemburgu Ministère des affaires étrangères Office des licences Boîte postale 113 L-2011 il-Lussemburgu Tél.: (352) 22 61 62 Télécopieur: (352) 46 61 38 10. l-Olanda Centrale Dienst voor In- en Uitvoer Engelse Kamp 2 Postbus 30003 NL-9700 RD Groningen Tel. (3150) 23 91 11 Fax (3150) 26 06 98 11. il-Portugall Ministério do Comércio e Turismo Direcçao-Geral do Comércio Avenida da República 79 P-1000 Lisboa Tel. (351-1) 793 03 93; 793 30 02 Telecópia: (351-1) 793 22 10; 796 37 23 Telex 13418 12. Ir-Renju Unit Department of Trade and Industry Import Licencing Branch Queensway House West Precinct Billingham UK-Cleveland TS23 2NF Tel. (44 642) 36 43 33; 36 43 34 Fax (44 642) 53 35 57 Telex 58608 13. l-Awstrija Bundesministerium fuer wirtschaftliche Angelegenheiten Grupe II A Landstrasser Hauptstr. 55/57 A-1030 Wien Tel. (43-1) 771 02 362; 771 02 361 Tel. (43-1) 715 83 47 14. l-Isvezja Swedish National Board of Trade (Kommerskollegium) BOX 1209 S-1182 Stockholm Tel. (46.8) 791 05 00 Fax (46.8) 20 03 24 15. is-Suomi Tullihallitus PL 512 FIN-00101 Helsinki is-Suomi Tel: (358-0) 61 41/61 42 648 Fax: (358-0) 61 42 764 " --------------------------------------------------