31994R3117



Official Journal L 330 , 21/12/1994 P. 0004 - 0005
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 64 P. 0084
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 64 P. 0084


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3117/94

tat-12 Diċembru 1994

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1907/90 dwar ċerti standards tal-marketing tal-bajd

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd [1], u b'mod partikolari Artikolu 2(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi r-Regolament (KEE) Nru 1907/90 [2] jistabbilixi ċerti standards tal-marketing tal-bajd;

Billi d-definizzjoni tal-lott għandha tinġieb fl-istess linja mal-modifika riċenti dwar l-indikazzjoni obbligatorja tad-data tat-tul minimu taż-żmien li jibqa' tajjeb il-bajd tal-Grad A;

Billi r-Regolment (KEE) Nru 1907/90 jeskludi l-bejgħ dirett tal-bajd mill-produtturi lill-konsumaturi mill-iskop tiegħu ta' applikazzjoni; billi, sabiex jitqiesu l-kondizzjonijiet speċifiċi tal-marketing tal-bajd f'ċerti reġjuni tal-Finlandja, il-bejgħ mill-produtturi lill-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut f'dawn ir-reġjuni għandu wkoll jiġi eskluż mill-iskop tiegħu ta' applikazzjoni;

Billi t-tul tal-perjodu taż-żmien li matulu l-bajd tal-Grad A jista’ jinbigħ bħala "extra" jew "extra frisk" għandu jiġi ddefinit fejn għandha x'taqsam id-data tal-pakkjar jew id-data meta tbied

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (EEC) Nru 1907/90 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. Fil-punt 1 ta' Artikolu 10, l-espressjoni "id-data tal-pakkjar jew tal-gradazjoni" għandha tiġi mibdula bl-espressjoni "id-data tat-tul minimu taż-żmien li jibqa’ tajjeb jew id-data tal-pakkjar."

2. Artikolu 2(3) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"3. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:

- il-bajd mibjugħ direttament lill-konsumatur għall-użu tiegħu nnifsu, mill-produttur minn fuq ir-razzett tiegħu, f'suq lokali pubbliku bl-eċċezzjoni tas-swieq ta' l-irkant jew bil-bejgħ bieb bieb,

- il-bajd, minbarra l-bajd imxaqqaq, mibjugħ lill-bejjiegħ bl-imnut lokali mill-produttur fir-reġjuni speċifiċi tal-Finlandja riferiti f'Anness II,

sakemm il-bajd jiġi mill-produzzjoni tal-produttur innifsu u ma jkunux ippakkjat skond Artikoli 10, 11 u 12 u ma jsir użu minn l-ebda gradazzjoni tal-kwalità u tal-piż stabbilita f’dan ir-Regolament".

3. Artikolu 12 għandu jiġi mibdul b'li ġej:

"Artikolu 12

Il-kliem "extra" jew "extra frisk" jistgħu jintużaw fuq il-pakketti ż-żgħar li jkun fihom il-bajd tal-klassi A u pprovvduti bi strixxa jew b'tikketta. Dan il-kliem għandu jiġi stampati fuq l-istrixxa jew it-tikketta, u li għandhom jitneħħew u jiġu meqruda mhux aktar tard mis-seba’ jum wara l-ippakkjar jew fid-disa’ jum wara li jkun tbied."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 Jannar 1995

Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 Diċembru 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Borchert

[1] ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 49. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1574/93 (ĠU L 152, ta' l-24.6.1993, p. 1).

[2] ĠU L 173, tas-6.7.1990, p. 5. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 2617/93 (ĠU L 240, tal-25.9.1993, p. 1).

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS II

Ir-Reġjuni tal-Finlandja riferiti f'Artikolu 2(3)

Il-Provinċji ta':

- Lappi

- Oulu

- Pohjois-Karjala

- Kuopio

- Keski-Suomi

- Mikkeli

- Kymi

- Ahvenanmaa

Il-komuni ta' Alajaervi, Lehtimaeki, Lestijaervi, Perho, Soini, Toeysae, Vimpeli u AEhtaeri fil-Provinċja ta' Vaasa.

"

--------------------------------------------------