31994R3103



Official Journal L 328 , 20/12/1994 P. 0019 - 0019
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 64 P. 0069
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 64 P. 0069


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3103/94

tad-19 ta’ Diċembru 1994

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/94 dwar ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 399/94 dwar miżuri speċifiċi għal għeneb imqadded

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 399/94 tal-21 Frar 1992, dwar miżuri speċifiċi għal għeneb imqadded [1], u partikolarment l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi l-Artikolu 8(2) ta’ Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1905/94 [2] jistabbilixxi l-aħħar data għall-preżentazzjoni lill-korp kompetenti ta’ l-applikazzjonijiet għall-iffinanzjar mill-Komunità għal miżuri speċifiċi; billi issa jidher li, minħabba ż-żmien meħtieġ sabiex jitħejjew l-applikazzjonijiet, dak it-terminu ta’ żmien ma jistax jintlaħaq; billi, għalhekk, l-aħħar dati għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet u sabiex dawk l-applikazzjonijiet jintbagħtu lill-Kummissjoni għandha titreġġa’ lura b’xahrejn;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal Prodotti Proċessati mill-Frott u l-Ħxejjex,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1905/94 qiegħed b’dan jiġi emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 8(2), id-data "il-31 ta’ Diċembru 1994" qiegħda tiġi mibdula bi "it-28 ta’ Frar 1995".

2. Fl-Artikolu 9(2), id-data "il-31 ta’ Jannar 1995" qiegħda tiġi mibdula bi "il-31 ta’ Marzu 1995".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament japplika fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 1994.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 54, tal-25.2.1994, p. 3.

[2] ĠU L 194, tad-29.7.1994, p. 21.

--------------------------------------------------