31994R3094



Official Journal L 328 , 20/12/1994 P. 0001 - 0004
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 64 P. 0050
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 64 P. 0050


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3094/94

tat-12 ta' Diċembru 1994

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 4045/89 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri ta' transazzjonijiet li jifformaw parti mis-sistema ta' finanzjament mill-Fond ta' l-Agrikoltura Ewropea ta' Gwida u Garanzija (FAEGG)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89 [3] jipprovdi għall-iskrutinju minn Stati Membri ta' transazzjonijiet li jifformaw parti mis-sistema ta' finanzjament mit-Taqsima tal-Garanziji mill-Fond ta' l-Agrikoltura Ewropea ta' Gwida u Garanzija (FAEGG)

Billi r-regoli għall-għazla ta' l-impriżi biex jiġu skrutinizzati stabbilixxa fl-Artikolu 2 tal-imsemmi Regolament għandha tkun modifikata sabiex jittieħed akkont ta' l-iżviluppi fl-użu ta' teknika ta' l-analiżi tar-riskju f'miżuri oħra ta' kontroll, u sabiex l-Istati Membri jingħataw flessibilità akbar fl-għażla ta' l-impriżi;

Billi huwa meħtieġ li jiġi ċarat li d-dokumenti kummerċjali soġġetti għall-iskrutinju jinkludu rekords tal-produzzjoni u tan-natura tal-prodotti u rekords miżmuma f'sistemi ta' ħażna ta' dettalji elettroniċi;

Billi ċerti miżuri li jinvolvu ħlasijiet diretti lill-produtturi, inklużi dawk koperti mis-sistema integrata ta' l-amministrazzjoni u l-kontroll stabbilita bir-Regolament (KEE) Nru 3508/92 [4] għandhom ikunu esklużi mill-iskop tar-Regolament (KEE) Nru 4045/89;

Billi huwa xieraq li tkun assigurata korrispondenza bejn il-poteri u d-dmirijiet ta' l-uffiċjali skond ir-Regolament (KEE) Nru 4045/89 u skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 595/91 ta' l-4 Marzu 1991 dwar l-irregolaritajiet u l-irkupru ta' ammonti mħallsa ħażin b'konnessjoni mal-finanzjament tal-istrateġija agrikola komuni u l-organizzazzjoni ta' sistema ta' informazzjoni f'dan il-qasam [5];

Billi l-poteri tal-Istati Membri li jaġixxu fir-rigward ta' dokumenti kummerċjali inadekwati li jkunu jinsabu ’l barra mit-territorju tal-Komunità għandhom jiġu speċifikati;

Billi l-proċeduri għal assistenza reċiproka li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 4045/89 għandhom jiġu msaħħa;

Billi, għall-ħames sena ta' l-applikazzjoni tal-imsemmi Regolament, hemm il-bżonn ta' flessibilità akbar fl-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni mill-Komunità lill-ispiża addizzjonali li hemm provvediment dwarha taħt l-Artikoli 13, 14 u15, għandu jsir provvediment għall-aggregazzjoni ta' l-ammonti disponibbli taħt l-Artikoli 13 u 14 u l-allokazzjoni tagħhom lit-tipi differenti ta' spiża mingħajr distinzjoni;

Billi, jekk uffiċjali li jkunu qed iwettqu skrutinji jkunu akkumpanjati minn uffiċjali tal-Kummissjoni jew ta' Stati Membri oħra, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat l-istatus ta' dawn tal-aħħar,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 4045/89 qiegħed b'dan jiġi emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1(2) għandu jinbidel b'li ġej:

"2. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament "dokumenti kummerċjali"; għandha tfisser il-kotba, reġistri, fatturi u dokumenti li jappoġġjawhom, rekords taż-żamm tal-kotba, tal-produzzjoni u dwar il-kwalità, ukorrispondenza li għandha x'taqsam ma’ l-attività kummerċjali ta' l-impriża, kif ukoll dettalji kummerċjali, fi kwalunke forma li jistgħu ikunu fiha, inkluża l-informazzjoni maħżuna elettronikament, sakemm dawn id-dokumenti jew l-informazzjoni jkollhom x'jaqsmu direttament jew indirettament mat-transazzjonijiet li ssir riferenza għalihom fil-paragrafu 1.";

2. il-paragrafi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda ma’ l-Artikolu 1:

"3. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament "terza persuna" għandha tfisser kull persuna naturali jew legali direttament jew indirettament konnessa mat-transazzjonijiet imwettqa fis-sistema ta' finanzjament mit-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG.

4. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal miżuri koperti bis-sistema ntegrata ta' l-amministrazzjoni u l-kontroll stabbilita bir-Regolament (KEE) Nru 3508/92 [6]. Il-Kummissjonigħandha, skond l-Artikolu 19, tistabbilixxi lista ta' miżuri oħra li għalihom dan ir-Regolament ma japplikax."

3. fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 2(2), "ECU 60000" għandha tiġi mibdula bi "ECU 100000", u "sena kalendarja" bi "sena finanzjarja tal-FAEGG;"

4. it-tieni u t-tielet subparagrafi ta' l-Artikolu 2(2) għandhom jiġu mħassra;

5. fl-Artikolu 2(2) is-subparagrafi li ġejjin għandhom jidħlu wara l-ewwel subparagrafu:

"Fir-rigward ta' kull perjodu kurrenti ta' skrutinju, li jibda bil-perjodu tal-iskrutinju tal-1995/96, l-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet tagħhom kif definiti fil-paragrafu 1, jagħżlu l-impriżi li għandhom jiġu skrutinizzati skond il-bażi ta' l-analiżi tar-riskju fis-settur ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni, u għall-miżuri l-oħrajn kollha meta huwa prattikabbli li jsir hekk. L- Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni il-proposti tagħhom għall-użu tal-analiżi tar- Riskju. Il-proposti għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha rilevanti dwar it-trattament li għandu jintuża, il-metodi ta' teknika, il-kriterji u l-metodu ta' l-implimentazzjoni; għandhom jiġu preżentati mhux aktar tard mill-1 ta' Diċembru tas-sena preċedenti tal-perjodu tal-iskrutinju li għalih għandhom jiġu applikati. L-Istati Membri għandhom jieħdu akkont tal-kummenti tal-Kummissjoni dwar il- proposti, li għandhom jingħataw fi żmien tmien ġimgħat mill-wasla tagħhom.

Għall-perjodu ta' skrutinju 1995/96, il-proposti għall-analiżi tar-riskju għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-1 ta' Frar 1995.

Għal miżuri li għalihom Stat Membru iqis li l-użu ta' l-analiżi tar-riskju ma jkunx prattikabbli, għandu jkun obbligatorju għall-impriżi li s-somma tad-dħul jew tal-ħlasijiet tagħhom jew is-somma ta' dawk iż-żewġ ammonti fi ħdan is-sistema ta' finanzjament mit-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG kienet aktar minn ECU 300000 u li ma jkunux ġew skrutinizzati skond dan ir-Regolament matul xi wieħed miż-żewġ perjodi ta' skrutinju preċedenti, li jiġu skrutinizzati.";

6. fl-aħħar subparagrafu ta' l-Artikolu 2(2), "ECU 10000" għandha tiġi mibdula bi "ECU 30000";

7. fl-Artikolu 2(4), it-tieni subparagrafu għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"L-iskrutinju għandu jkopri perjodu ta' mill-inqas 12 il-xahar li jintemmu waqt il-perjodu ta' skrutinju ta' qabel; jista’ jiġi estiż għal perjodi, li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istat Membru, li jiġu qabel jew wara l-perjodu ta' 12 il-xahar";

8. fl-Artikolu 2(5), "l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 283/72" għandu jiġi mibdul "bl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 595/91 (*)", u l-postilla li ġejja għandha tiġi miżjuda: "(*) ĠU L 67, ta' l-14.3.1991, p. 11.";

9. fl-Artikolu 3(1) il-frażi li tippreċedi l-inċiżi u l-ewwel u t-tieni inċiżi għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

"1. L-eżattezza tad-dettalji primarji taħt l-iskrutinju għandha tkun verifikata b'numru ta' kontrolli bir- reqqa, inklużi, meta jkun meħtieġ, id-dokumenti kummerċjali ta' partijiet terzi, xierqa skond il-grad ta' riskju ppreżentat, inklużi, inter alia:

- paraguni mad-dokumenti kummerċjali ta' fornituri, klienti, ġarrara u partijiet terzi oħrajn,

- verifiki fiżiċi, meta xieraq, fuq il-kwantità u n-natura tal-ħażniet, u";

10. il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 3:

"3. Fl-għażla ta' transazzjonijiet biex jiġu verifikati, għandu jittieħed akkont sħiħ tal-grad tar-riskju preżentat.";

11. L-Artikolu 5(1) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"1. Il-persuni responsabbli għall-impriża, jew terzi persuni, għandhom jassiguraw li d-dokumenti kummerċjali kollha u l-informazzjoni addizzjonali jiġu provduti lill-uffiċjali responsabbli għall-iskrutinju jew lill-persuni maħtura għal dak l-iskop. Dettalji maħżuna elettronikament għandhom ikunu provduti fuq medja xieraq li tappoġġa d-dettalji";

12. il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud ma’ l-Artikolu 5:

"3. Meta, waqt l-iskrutinju mwettaq skond dan ir-Regolament, id-dokumenti kummerċjali miżmuma sabiex fil-futur iżżomm rekords bħal dawk skond kif meħtieġ mill-Istat Membru responsabbli għall- iskrutinju, mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet stipulati fir-Regolamenti l-oħrajn li għandhom x'jaqsmu mas-settur involut.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-data li minnha dawk ir-rekords għandhom jibdew jinżammu.

Meta d-dokumenti kummerċjali kollha jew parti minnhom meħtieġa sabiex jiġu skrutinizzati skond dan ir-Regolament ikunu jinsabu għand l-impriża fl-istess grupp kummerċjali, soċjetà bi sħab jewassoċjazzjoni ta' l-impriżi mmexxija fuq bażi unifikata bħall-impriża li tkun qed tiġi skrutinizza, sewjekk tkun tinsab 'il ġewwa jew il barra mit-territorju tal-Komunità, l-impriża għandha tipprovdi dawk id-dokumenti kummerċjali lill-uffiċjali responsabbli għall-iskrutinju, f'post u ħin li jiġi deċiż mill- Istati Membri responsabbli għat-twettiq ta' l-iskrutinju.";

13. L-Artikolu 7 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 7

1. L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin għall-iskopijiet tat-twettieq ta' l-iskrutinju kif hemm ipprovdut dwar dan fl-Artikoli 2 u 3:

- meta impriża jew terza persuna hija stabbilita fi Stat Membru li mhux dak li fih il-ħlas ta' l-ammont f'dan il-każ kien jew kellu jsir jew jasal,

- jew li mhux dak li fih jinsabu d-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa għall-iskrutinju.

Il-Kummissjoni tista’ tikkoordina azzjonijiet konġunti li jinvolvu assistenza reċiproka bejn żewġ StatiMembri jew aktar. Dispożizzjonijiet għal dik il-koordinazzjoni għandhom jiġu stabbiliti skond l- L-Artikolu 19.

2. Waqt l-ewwel tlett xhur wara s-sena finanzjarja ta' ħlas tal-FAEGG, l-Istati Membri għandhom jibgħatu lista ta' l-impriżi li ssir riferenza għalihom fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 lil kull Stat Membru li fih dik l-impriża hija stabbilita. Il-lista għandu jkollha fiha d-dettalji kollha meħtieġa sabiex l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun jista’ jidentifika l-impriża u jesegwixxi l-obbligazzjonijiet ta' skrutinju tiegħu. L-Istat Membru tad-destinazzjoni għandu jkun responsabbli għall-iskrutinju ta' dawk l-impriżi skond l-Artikolu 2.

Kopja ta' kull lista għandha tintbagħat lill-Kummissjoni.

L-Istat Membru li jirċevi jew jagħmel il-pagament jista’ jitlob lill-Istat Membru li fih l-impriża hija stabbilita sabiex jiskrutinizza wħud mill-impriżi fuq dik il-lista skond l-Artikolu 2, waqt li jindikagħalfejn huwa meħtieġ li jagħmel dik it-talba u partikolarment ir-riskji assoċjati magħha.

L-Istat Membru li jirċevi t-talba għandu jieħu akkont kif jixraq tar-riskji assoċjati mal-impriża, li għandhom jiġu kkomunikati mill-Istat Membru li jkun qiegħed jagħmel it-talba.

L-Istat Membru li jirċevi t-talba għandu jinforma lill-Istat Membru li jagħmel it-talba bl-azzjonimeħuda wara it-talba. Meta jsir l-iskrutinju ta' l-impriża fuq il-lista, l-Istat Membru li jkun irċeva t- talba u li jkun wettaq l-iskrutinju għandu jinforma lill-Istat Membru li jkun għamel it-talba bir- riżultati ta' dak l-iskrutinju mhux aktar tard minn tlett xhur wara t-tmiem tal-perjodu tal-iskrutinju.

Kopja ta' kull talba bħal dik għandha tintbagħat lill-Kummissjoni.

3. Matul l-ewwel tlett xhur wara s-sena finanzjarja tal-pagament tal-FAEGG, l-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni lista ta' l-impriżi stabbiliti f'pajjiż terz li għalihom il-pagament ta' l-ammont f'dak il-każ ikun sar jew suppost li kellu jsir jew li jkun wasal f'dak l-Istat Membru.

4. Jekk tkun meħtieġa nformazzjoni addizzjonali fi Stat Membru ieħor bħala parti mill-iskrutinju ta' l- impriża skond l-Artikolu 2, u partikolarment kontrolli bir-reqqa skond l-Artikolu 3, jistgħu isiru talbiet speċifiċi tal-iskrutinju li jkunu jindikaw ir-raġunijiet għat-talba. Kopja ta' kull talba speċifika bħal dik għandha tintbagħat lill-Kummissjoni.

It-talba tal-iskrutinju għandha tiġi sodisfatta mhux aktar tard minn sitt xhur wara li tasal għand l-Istat Membru li jkun irċeva t-talba; ir-riżultati tal-iskrutinju għandhom jiġu kkomunikati mingħajr dewmien lill-Istat Membru li jkun għamel it-talba u lill-Kummissjoni.

5. Skond l-Artikolu 19 il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kondizzjonijiet minimi dwar il-kontenuttat-talbiet li ssir referenza għalihom fil-paragrafi 2 u 4.";

14. fl-Artikolu 9(5), "1991" għandha tiġi mibdula bi "1996", u t-tieni sentenza għandha tkun imħassra;

15. fl-Artikolu 10(3), "sitta" għandħa tiġi mindula bi "tmienja";

16. L-Artikolu 10(6) għandu jiġi mħassar;

17. fl-Artikolu 16 il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud:

"1a. Għall-ħames sena ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-ammonti tal-kontribuzzjoni totali tal-Komunità referuti fl-Artikoli 13 u 14 għandhom ikunu aggregati. Fil-limiti ta' din l-aggregazzjoni, il-Komunità għandha tikkontribwixxi mingħajr distinzjoni, b'rata ta' 25 %, għall-ispejjeż minfuqamill-Istati Membri kif hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 13, 14 u 15.";

18. L-Artikolu 21 għandu jkun emendat kif ġej:

(a) it-test preżenti għandu jsir il-paragrafu 1 u s-sentenza li ġejja għandha tkun miżjuda:

"Dawn għandhom jiġu provduti ma talba fuq medja xierqa li tappoġġa d-dettalji";

(b) il-paragrafi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:

"2. L-iskrutinji referuti fl-Artikolu 2 għandhom jitwettqu mill-uffiċjali tal-Istati Membri.

L-uffiċjali tal-Kummissjoni jistgħu jieħdu sehem f'dawn l-iskrutinji. Huma ma jistgħux jeżercitaw il-poteri ta' skrutinju mogħti lil uffiċjali nazzjonali; b'dankollu, għandu jkollhom aċċess għall- istess fond u għall-istess dokumenti bħall-uffiċjali tal-Istati Membri.

3. Fil-każ ta' skrutinji li jsiru permezz ta' l-Artikolu 7, l-uffiċjali tal-Istat Membru li jagħmlu t-talba jistgħu jkunu preżenti, bi qbil mal-Istat Membru li jkun irċeva t-talba, għall-iskrutinju fl-Istat Membru li jkun irċieva t-talba u jkollhom aċċess għall-istess fond u l-istess dokumenti bħall- uffiċjali ta' dak l-Istat Membru.

L-uffiċjali tal-Istat Membru li jagħmel it-talba li jkunu preżenti għall-iskrutinji fl-Istat Membru li jkun irċieva t-talba għandhom f'kull ħin ikunu jistgħu jipproduċu prova tal-kapaċità uffiċjali tagħhom. L-iskrutinji għandhom f'kull ħin jitwettqu mill-uffiċjali tal-Istat Membru li jirċevi t-talba.

4. Meta dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-proċeduri kriminali jirriservaw ċerti atti għall-uffiċjali nominati speċifikament mill-liġi nazzjonali, l-uffiċjali tal-Kummissjoni, u l-uffiċjali tal-IstatMembru referuti fil-paragrafu 3, m'għandhomx jieħdu sehem f'dawn l-atti. Fi kwalunkwe każ, m'għandhomx jieħdu parti fi, partikolarment, żjajjar fid-dar jew l-interrogazzjoni formali tal- persuni fil-kuntest tal-liġi kriminali tal-Istat Membru. Għandhom, b'dankollu, jkollhom aċċess għall-informazzjoni miksuba b'dak il-mod."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika b'effett mill-perjodu tal-iskrutinju tal-1995/96.

Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Diċembru 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Borchert

[1] ĠU C 175, tat-28.6.1994, p. 7.

[2] L-Opinjoni mogħtija fit-18 Novembru 1994 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 388, tat-30.12.1989, p. 18.

[4] ĠU L 355, tal-5.12.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 165/94 (ĠU L 24, tad-29.1.1994, p. 6).

[5] ĠU L 67, ta' l-14.3.1991, p. 11.

[6] ĠU L 355, tal-5.12.1992, p. 1.

--------------------------------------------------