31994R3056



Official Journal L 323 , 16/12/1994 P. 0010 - 0011
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 13 P. 0144
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 13 P. 0144


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3056/94

tal-14 ta' Diċembru 1994

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċertu oġġetti fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] tat-23 ta' Lulju 1987 fuq in-nomenklatura tat-tariffa u tal-istatistika u fuq it-Tariffa Komuni Doganali, kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1737/94 [2] u b'mod partikolari Artikolu 9 tiegħu,

Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ippreskriva regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda u dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija għal kollox jew f'parti bażati fuqu jew li żżidlu kull suddiviżjoni oħra u li huwa stabbilit b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, biex tkun applikata t-tariffa u miżuri rigward il-kummerċ fil-merkanzija;

Billi, bis-saħħa tar-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuż mar-Regolament preżenti jridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet provduti fil-kolonna 3;

Billi huwa aċċettat li l-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri fir-rigward tal-klassifika tal-merkanzija fin-nomenklatura maqgħuda u li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, jistgħu jissoktaw ikunu invokati, taħt id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità [3], għall-perjodu ta' tliet xhur mid-detentur;

Billi t-Taqsima tan-Nomenklatura tat-Tariffa u l-Istatistika tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana ma tax opinjoni fi żmien iffissat mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma issa kklassifikati ġewwa n-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemija.

Artikolu 2

L-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, tista' tissokta tkun invokati, taħt id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għall-perjodu ta' tliet xhur.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul f'Brussel, l-14 Diċembru 1994.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 182, tas-16.7.1994, p. 9.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni tal-merkanzija | Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) | Ir-Raġunijiet |

1 | 2 | 3 |

materja niexfa | 13,3 % |

lattożju | 5,3 % |

aċidu lattiku | 7,6 % |

proteina kruda (N x 6,38) | 0,6 % |

traċċi tax– | xaħam |

l-amtu | xejn |

żakkarożju, glukożju, fruttożju | xejn |

Il-prodott jieħu post il-ħall, l-aktar fil-preparazzjoni ta' vinaigrettes, dressings, mayonnaise, eċċ. | | 04041048 | Il-klassifikazzjoni hija determinata mid-disposizzjonijet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda, min-nota tas-subintestatura 1 fil-Kapitlu 4 u l-kliem tal-kodiċijiet NM 0404, 040410 u 04041048. |

--------------------------------------------------