Official Journal L 293 , 12/11/1994 P. 0001 - 0004
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 3 P. 0184
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 3 P. 0184
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE EUROTOM) Nru 2728/94 tal-31 t'Ottubru 1994 li jistabbilixxi Fond ta' garanzija għall-azzjonijiet esterni. IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li ikkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Kounità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 235 tiegħu, Wara li ikkunsidra t-Trattat li jistabilixxi il-Komunità ta' l-Enerġija Atomika u partikolarment l-Artikolu 203 ta' dan, Wara li ikkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1]; Wara li ikkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [2]; Wara li ikkunsidra l-Opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri [3] Billi l-estimi ġenerali tal-Kommunitajiet Ewropej huma esposti għal żieda ta' riskju finanzjarju bħala riżultat tal-garanżiji li jkopru s-self lill-pajjiżi terzi; Billi l-Kunsill Ewropew fil-11 u t-12 ta' Diċembru ikkonkluda illi l-konsiderazzjonijiet ta' l-immaniġjar prudenti fir-rigward ta' l-estimi u d-dixxiplina finanzjarja jitolbu l-istabbiliment tal-mekkaniżmu finanzjarju ġdid u li skond il-Fond tal-Garanzija għandu jkun imwaqqaf biex ikopri r-riskji relatati għal self u l-garanziji li jkopru s-self mogħti lill-pajjiżi terżi jew għall-proġetti eżegwiti fil-pajjiżi terzi; Billi huwa possibli li jilqgħu din il-ħtieġa bit-twaqqif tal-Fond ta' Garanzija li jista' jkun użat biex iħallas direttament il-kredituri tal-Kommunità; Billi l-istituzzjonijiet qablu skond il-ftehim Interistituzzjonali tad-29 ta' Ottubru 1993, biex idaħħlu fl-estimi riserva relatata mas-self u l-operazzjonijiet ta' garanzija għall-benefiċċju tagħhom u fil-pajjiżi terzi; Billi l-mekkanizmi li jeżistu bħalissa għall-garanziji aċċettati meta huma jkunu attivati, partikolarment bl-użu provviżorju dwar ir-riżorsi ta' flus kontanti, kif għalihom huwa ipprovdut fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euroton) Nru 1552/89 tad-29 ta Mejju 1989 tad-Deċizjoni implimentata 88/376/KEE Euratom dwar is-sistema ta' riżorsi tal-Kommunitajiet [4]; Billi l-Fond ta' Garanzija għandu jkun kostitwit bil-ħlas gradwali tar-riżorsi; Billi l-Fond għandu sussegwentement jirċievi wkoll interess fuq ir-riżorsi investiti u ammonti irkuprati minn debituri falluti fejn il-fond ikun diġà onora l-garanzija; Billi b'referenza għall-prattika ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, proporzjon ta' 10 % bejn ir-riżorsi tal-Fond ta' Garanzija u l-obbligi prinċipali garantiti, miżjuda b'interess dovut mhux imħallas ikun jidher adekwat; Billi l-ħlasijiet għall-Fond ta' Garanzija ugwali għal 14 % ta' l-ammonti ta' kull operazzjoni ikun jidher assenjat biex jottjeni dan l-ammont maħsub; Billi l-arranġamenti biex jitwettqu l-ħlasijiet bħal dawn għandhom ikunu definiti; Billi ladarba il-għan ta' l-ammont tkun ġiet miksuba, ir-rata li taħtha jsiru l-proviżjonijiet għandha tiġi riveduta, billi l-Fond ta' Garanzija jeċċedi l-mira ta' l-ammont dak li jibqa' għandu jiġi mħallas lura lill-estimi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej; Billi l-maniġment finanzjarju tal-Fond ta' Garanzija għandu jkun fdat lill-Bank ta' Investiment Ewropew (EIBI); billi l-immaniġjar finanzjarju tal-Fond għandu jkun suġġett għall-verifika mill-Qorti ta' l-Awdituri bi qbil mal-proċeduri li jridu jiġu miftiehma mill-Qorti ta' l-Awdituri, il-Kummissjoni u l-Bank ta' l-Investiment Ewropew; billi t-Trattat ma jipprovdix ebda setgħa barra minn dawk konformi ma' l-Artikolu 235 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 203 tat-Trattat ta' l-EAEL għall-addozjoni ta' dan ir-Regolament; ĠIE ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Għandu jiġi stabbilit il-Fond ta' Garanzija, aktar ‘il quddiem msejjaħ bħala l-Fond, li r-riżorsi tiegħu jirrifondi lill-kredituri tal-Komunità f'każ ta' nuqqas mill-benfiċċji tas-self mogħti jew garantit mill-Kommunità. L-operazzjonijiet ta' self u garanzija li għalihom hemm referenza fl-ewwel paragrafu, aktar ‘il quddiem imsejjaħ bħala "operazzjonijiet" għandhom ikunu dawk magħmula għall-benefiċċju ta' pajjiż terz jew għall-iskop ta' finanzjament ta' proġetti f'pajjizi terzi. Artikolu 2 Il-Fond għandu jkollu: - ħlasijiet mill-estimi ġenerali tal-Kommunitajiet Ewropej skond l-Artikolu 4, - interess fuq ir-riżorsi tal-Fond investit, - l-ammonti rkuprati minn debituri falluti fejn il-Fond ikun diġà onora l-garanzija. Artikolu 3 Il-Fond għandu jitla' għal-livell xieraq aktar 'il-quddiem msejjaħ bħala l-"ammont ippjanat". L-ammont ippjanat għandu jkun ta' 10 % tat-total tal-kapital passiv li jkun ġej minn kull operazzjoni, miżjud minn interess dovut mhux imħallas. Jekk, fl-aħħar tas-sena l-ammont ippjanat jinqabeż, dak li jibqa' għandu jiġi mħallas lura għat-titolu speċjali fl-estratt tad-dħul fl-estimi ġenerali tal-Kommuniajiet Ewropej. Artikolu 4 1. Il-ħlasijiet li hemm ipprovduti fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 2 għandhom ikunu ekwivalenti għall-14 % tal-valur kapitali ta' l-operazzjonijiet sakemm il-fond jilħaq l-ammont maħsub. Ir-rata proviżorja għandha tiġi riveduta meta l-fond jilħaq il-mira maħsuba u f'kull każ mhux aktar tard mill-aħħar tas-sena 1999. 2. Il-ħlasijiet fil-Fond għandhom isiru skond l-arranġamenti indikati fl-Anness. Artikolu 5 Jekk bħala riżultat ta' l-attivazzjoni tal-garanziji li jiġu wara nuqqas, ir-riżorsi fil-Fond ikunu taħt 75 % tal-ammont maħsub, ir-rata proviżorja fuq operazzjonijiet ġodda għandha titla għall-15 % sakemm l-ammont maħsub ikun għal darb oħra milħuq jew, jekk in-nuqqas isir qabel ma' l-ammont maħsub ikun milħuq, sakemm l-ammont magħamul taħt l-attivazzjoni tal-garanzija jkun ġie aġġustat kollu kemm hu. Jekk bħala riżultat ta' l-attivazzjoni tal-garanzija fuq wieħed jew aktar min-nuqqasijiet kbar, ir-riżorsi fil-Fondi jaqgħu taħt 50 % ta' l-ammont maħsub il-kummissjoni għandha tissottometti rapport dwar il-miżuri eċċezzjonali li jistgħu jkunu meħtieġa biex ifornu l-Fond. Artikolu 6 Il-Kummissjoni għandha tinkariga lill-amministrazzjoni finanzjarja tal-Fond lill-BIE bil-fatti konċiżi f'isem il-Komunità. Artikolu 7 Il-Kummissjoni għandha mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u l-Qorti ta' l-Awdituri rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tal-Fond u l-Amministrazzjoni tiegħu li jkopri s-sena ta' qabel. Artikolu 8 Il-kont tad-dħul u ta' l-infiq u d-dokument tal-bilanċi li jirrigwardaw il-fond għandhom ikunu annessi mal-kont tad-dħul u l-infiq tal-Komunità u l-karta ta' l-infiq. Artikolu 9 Il-Kummissjoni għandha, qabel il-31 ta' Diċembru 1998, tissottometti rapport komprensiv dwar il-funzjoni tal-Fond. Artikolu 10 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Kommunitajiet Ewropea. L-Artikolu 4 għandu japplika għall-operazzjonijiet deċiżi u kommessi sa mill-1 ta' Jannar 1993. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħamul fil-Lussemburgu, il-31 t' Ottubru 1994. Għall-Kunsill Il-President K. Kinkel [1] ĠU C 68, tal-11.3.1993, p. ta' l-10.3.1993, p. 10. [2] ĠU C 315, 22. tal-11.11.1993, p. 235. [3] ĠU C 170, 21. tas-6.6.1993, p. 25. [4] ĠU L 155, 7. tas-6.6.1989, p1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE Eurolom) Nru 2729/94 (ara paġna 5 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali). -------------------------------------------------- ANNESS L-arranġamenti għal-ħlasijiet stipulat fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 2. 1. Ħlasijiet fil-Fond għandhom isiru skond l-arranġamenti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 li jiddependu fuq jekk l-operazzjonijiet konċernati humiex: (a) Operazzjonijiet jew garanziji mill-Komunità ta' self/self għal ċertu żmien lill-korpi finanzjarji sew jekk magħmula f'porzjon wieħed jew aktar, ħlief dawk koperti b'(b) [1]; (b) Operazzjonijiet jew garanziji mill-Komunit ta' self/self għal ċertu żmien lill-korpifinanzjarji tħat faċilita ta' strutura mifruxa fuq numru ta' snin u b'għan mikro-ekonomiku u strutturali [2]. 2. Għall-operazzjonijiet li għalihom hemm referenza taħt punt 1(a) il-Kummissjoni għandha tibda proċedura sabiex tagħmel il-ħlasijiet fil-Fond malli l-Kunsill ikun adotta formalment id-deċizjoni bażika. L-ammont li għandu jitħallas fil-Fond għandu jiġi ikkalkulat fuq il-bażi ta' l-ammont totali għall-operazzjoni li ġiet deċiża mill-Kunsill. 3. Għall-operazzjonijiet li għalihom hemm referenza taħt punt 1(b) il-ħlasijiet fil-Fond għandom isiru fi proporzjonijiet ikkalkulati fuq il-bażi ta' l-ammonti annwali li huma indikati fl-istqarrija finanzjarja mehmuża mal-proposta tal-Kummissjoni, adottata fejn xieraq fid-dawl tad-deċizjoni tal-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha libda l-proċedura biex tagħmel il-ħlassijiet fil-Fond malli l-Kunsill ikun adotta formalment id-deċizjoni bażika jew fil-bidu tas-sena finanzjarja ta' wara jekk ebda operazzjoni ma tkunx programmata għas-sena finanzjarja kurrenti. Għas-snin finanzjarji sussegwenti l-Kummissjoni għandha tibda l-proċedur tal-ħlasijiet fil-bidu tas-sena finanzjarja. Sa mit-tieni sena l-ammonti li jridu jiġu mħallsa għandhom jiġu kkoreġuti bid-differenza dokumentata fil-31 ta Diċembru tas-sena ta' qabel bejn l-estimi li jienu jittieħdu bħala bażi għal-ħlas ta' qabel u l-figura attwali għas-self iffirmati mas-sena ta' qabel għandha tagħti żieda għall-ħlas fis-sena ta' wara. Kull diffeenza relatata mas-snin ta' qabel għandha taghti żieda għall-ħlas fis-sena ta' wara. 4. Meta tibda proċedura ta' ħlas il-Kummissjoni għandha tiċċekkja s-sitwazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-eżekuzzjoni ta' l-operazzjonijiet li kienu suġġetti għall-ħlasijiet ta' qabel u fejn l-impenn taż-żmien li fih b'mod oriġinali għandu jintemm ma jkunx ġie milħuq, din għandha tipproponi li din titieħed f'kunsiderazzjoni billi jiġi kkalkulat l-ewwel ħlas li għandu jsir fil-bidu tas-sena finanzjarja ta' wara għall-operazzjonijiet li jkunu għaddejjin. 5. Għall-operazzjonijier li ġew deċiżi mill-Kunsill sa mill-1 ta' Jannar 1993 il-Kummissjoni għandha tibda k-proċedura biex tagħmel il-ħlasijiet fil-Fond malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, bi qbil ma' l-arranġamenti kif imniżżel fil-paragrafi preċedenti. [1] Eżempji ta' dan it-tip ta' operazzjoni self għall-bilanċ ta' ħlasijiet ta' pajjiżi terzi jew il-garanzija mogħtija lill-kosorzju tal-banek kummerċjali biex jiffinanzjaw ix-xiri ta' prodotti ta' l-ikel jew pajjiżi terzi. [2] Eżempji ta' din it-tip ta' operazzjoni: Self taħt Euratom lil terzi pajjiżi u l-garanziji mogħtija lill-BIE għas-self li jkun ta lill-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw fl-Amerika Latina u l-Asja(DCLAA) u l-pajjiżi Ewropej ċentrali u tal-Lvant(CEEC). --------------------------------------------------