Official Journal L 178 , 12/07/1994 P. 0043 - 0046
Finnish special edition: Chapter 14 Volume 1 P. 0205
Swedish special edition: Chapter 14 Volume 1 P. 0205
Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) nru 1681/94 tal-11ta’ Lulju 1994 dwar irregolaritajiet u l-ħlas lura ta’ ammonti mħallsa ħażin in konnessjoni mal-finanzjament tal-politika strutturali u l-organizzazzjoni ta’ sistema ta’ informazzjoni f’dan il-qasam IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88 tad-19 ta’ Diċembru 1988 li jipprovdi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2052/88 f’dak li jirrigwarda l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-Fondi Strutturali differenti bejnithom u ma’ l-operazzjonijiet tal-Bank Ewropew għall-Investiment u strumenti oħra eżistenti ta’ finanzjament [1] kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2082/93 [2], u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu ta’ Artikolu 23(1) tiegħu, Wara li kkonsultaw il-Kumitat Konsultattiv fuq l-Iżvilupp u Konverżjoni tar-Reġjuni stabbilit bis-saħħa ta’ Artikolu 124 tat-Trattat, Billi Artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88 jipprovdi l-prinċipji li jirregolaw, fi ħdan il-Komunità, il-kampanja kontra irregolaritajiet u ħlas lura ta’ somom mitlufa bħala riżultat ta’ xi abbuż jew negliġenza fil-qasam tal-Fondi Strutturali; Billi Artikolu 9(3) tar-Regolament (KEE) Nru 792/93 tat-30 ta’ Marzu 1993 li jistabbilixxi strument finanzjarju ta’ koeżjoni [3], emendat bir-Regolament (KE) Nru 566/94 [4], jipprovdi illi Artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88 għandu jkun applikat mutatis mutandis; billi, konsegwentement, dan ir-Regolament ikopri l-istrument finanzjarju ta’ koeżjoni; Billi r-regoli mniżżla f’dan ir-Regolament għandhom jirrelataw ma’ kull forma ta’ intervent finanzjarju li għalih jipprovdi r-Regolament (KEE) Nru 4254/88 tad-19 ta’ Diċembru 1988 li jipprovdi għar-Regolament ta’ implimentazzjoni (KEE) Nru 2052/88 f’dak li jirrigwarda l-Fond Reġjonali ta’ Żvilupp tal-Unjoni Ewropea [5], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2083/93 [6], fir-Regolament (KEE) Nru 4255/88 tad-19 ta’ Diċembru 1988 li jipprovdi għall-implimentazzjoni tar-Regolament(KEE) Nru 2052/88 f’dak li jirrigwarda l-Fond Soċjali tal-Unjoni Ewropea [7], emendat b’Regolament (KEE) No 2084/93 [8], fir-Regolament (KEE) Nru 4256/88 tad-19 ta’ Diċembru 1988 li jipprovdi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2052/88 f’dak li jirrigwarda l-FEAGG Settur ta’ Gwida [9], kif emendat bir-regolament (KEE) Nru 2085/93 [10] fir-Regolament (KEE) Nru 2080/93 tal-20 ta’ Lulju 1993 li jipprovdi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2052/88 f’dak li jirrigwarda l-istrumenti finanzjarji fil-gwida tas-sajd [11], kif ukoll fir-Regolament (KEE) Nru 792/93; Billi dan ir-Regolament jirregola biss ftit mill-aspetti tal-obbligazzjonijiet tal-Istati Membri bis-saħħa tal-ewwel u t-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 23(1) tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88 u konsegwentement m’għandux ikollu effett fuq xi obbligazzjonijiet oħra taħt dak l-Artikolu; Billi, sabiex il-Komunità tkun informata aħjar bil-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jiġġieldu kontra l-irregolaritajiet, id-dispożizzjonijiet nazzjonali li għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni għandhom jiġu speċifikati; Billi, biex tkun tista’ tiġi żgurata in-natura tal-prattika tal-irregolaritajiet u l-effetti finanzjarji tal-irregolaritajiet u biex jinġabru lura l-ammonti mħallsa ħażin, għandhom isiru dispożizzjonijiet biex irregolaritajiet magħrufa jiġu rapportati lill-Kummissjoni kull tlett xhur; billi b’żieda ma’ dawk ir-rapporti għandha tingħata wkoll informazzjoni fuq il-progress ta’ proċeduri legali jew amministrattivi; Billi il-Kummissjoni għandha tkun sistematikament informata bil-proċeduri legali jew amministrattivi kontra l-persuni li jkunu wettqu dawk l-irregolaritajiet; billi jkun ukoll jaqbel li tiġi żgurata t-trasmissjoni sistematika tal-informazzjoni dwar il-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunità; Billi jkun xieraq li tiġi stabbilita l-proċedura li għandha tkun applikata mill-Istati Membri u l-Kummissjoni f’każi fejn is-somom mitlufa minħabba irregolaritajiet jinġabru lura; Billi għandu jiġi stabbilit livell minimu, li meta jinqabeż il-każi ta’ irregolarità għandhom jiġu rapportati awtomatikament lill-Kummissjoni; Billi regoli nazzjonali dwar proċeduri kriminali jew assistenza reċiproka bejn l-Istati Membri f’livell ġudizzjarju f’oqsma kriminali ma għandhomx jintlaqtu bid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament; Billi huwa ta’ min li tipprovdi għall-possibilità li l-Komunità li qed tagħmel kontribuzzjoni lejn l-ispejjeż legali u spejjeżi li joriġinaw direttament minn proċeduri ġudizzjarji; Billi, biex ma jitħallewx isiru irregolaritajiet, kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandha tissaħħaħ, fil-waqt li għandu jsir kull sforz biex jiġi żgurat li dik l-azzjoni titmexxa bil-konsiderazzjoni tar-regola tal-kunfidenzjalità; Billi għandu jiġi provdut aktar li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu japplikaw ukoll meta xi ħlas li kellu jsir fil-kuntest tal-Fondi Strutturali jew ta’ xi strument finanzjarju li għandu għan strutturali ma jkunx sar minħabba xi irregolarità; Billi il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat tat-Tmexxija tal-Istrutturi Agrikoli u Żvilupp Rurali u l-Kumitat Permanenti għas-Sajd, ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet li joħorġu direttament minn Artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88, dan ir-Regolament għandu jkunu jirrelata għal kull forma ta’ intervent finanzjarju li għalih jipprovdi r-Regolamenti (KEE) Nru 4254/88, (KEE) Nru 4255/88, (KEE) Nru 4256/88, (KEE) Nru 792/92 u (KEE) Nru 2080/93. Meta xi miżura tkun finanzjata miż-żewġ sezzjonijiet tal-FEAGG, notifika tal-irregolaritajiet li joħorġu minn dak il-finanzjament għandha tingħata skond id-dispożizzjonijiet imsemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 595/91 [12]. Ir-referenza għalihom għandha ssir fir-rapporti mogħtija bis-saħħa ta’ dan ir-regolament. Dan ir-Regolament ma għandux ikun bi ħsara għall-applikazzjoni fl-Istati Membri tar-regoli li għandhom x’jaqsmu ma’ proċeduri kriminali jew kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri f’materji kriminali. Artikolu 2 1. L-Istati membri għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni fi żmien tlett xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament: - id-dispożizzjonijiet li għalihom tipprovdi l-liġi, ir-regolamenti jew l-azzjoni amministrattiva għall-applikazzjoni tal-miżuri skond Artikolu 23(1) tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88, - il-lista tal-awtoritajiet u l-gruppi responsabbli għall-miżuri msemmija fl-imsemmi f’Artikolu 23 (1), il-funzjonijiet prinċipali li għandhom x’jaqsmu mar-rwol u funzjoni ta’ dawk l-awtoritajiet jew gruppi u għall-miżuri li tagħhom għandhom ir-responsabbiltà li japplikaw. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni kull emenda għall-informazzjoni provduta in segwitu tal-paragrafu 1. 3. Il-Kummissjoni għandha tistudja l-komunikazzjonijiet tal-Istati Membri u għandha tinfurmahom bil-konklużjonijiet li bi ħsiebha tasal għalihom. Għandha żżomm kuntatt ma’ l-Istati Membri sa ’l-limitu meħtieġ għall-applikazzjoni tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Artikolu 3 1. Matul ix-xahrejn sħaħ li jiġu wara t-tmiem ta’ kull tlett xhur, l-Istati Membri għandhom jrrapportaw lill-Kummissjoni kull irregolarità li kienet ġiet suġġetta għal bidu ta’ investigazzjonijiet amministrattivi jew ġudizzjarji. Għal dan il-għan għandhom sa fejn ikun possibbli jagħtu dettalji dwar: - Il-Fond/Fondi Strutturali jew strument/strumenti finanzjarji involuti, l-għanijiet, il-qafas tal-appoġġ tal-Komunità in-natura tal-programm jew forma ta’ assistenza in kwistjoni, - id-dispożizzjonijiet li ġew miksura, - in-natura u l-ammont tan-nefqa; il-każi fejn ebda ħlas ma kien sar; l-ammonti li kienu jkunu tħallsu ħażin kieku ma ndunawx bl-irregolarità, ħlief meta l-iżball jew in-negliġenża tinqabad qabel il-ħlas u ma tirriżultax f’xi penali ġudizzjarju jew amministrattiv, - l-ammont totali u t-tqassim tiegħu bejn is-sorsi differenti tal-finanzjament, - il-perjodu li matulu, jew il-waqt li fih tkun saret l-irregolarità, - il-prattika wżata f’dik l-irregolarità, - il-mod li bih inqabdet l-irregolarità, - l-awtoritajiet nazzjonali jew il-korpi li ħejjew ir-rapport ufiċjali dwar l-irregolarità, - il-konsegwenzi finanzjarji, is-sospensjoni tal-ħlasijiet jekk ikun hemm u l-possibiltajiet li jinġabru lura, - id-data u s-sors tal-ewwel informazzjoni li wasslet għas-suspett li kien hemm xi rregolarità, - id-data li fiha sar ir-rapport uffiċjali tal-irregolarità, - fejn japplika, l-Istati Membri u t-tielet pajjiżi involuti, - l-identità tan-natura u l-persuni legal involuti, ħlief f’każi fejn dik l-informazzjoni ma għandhiex relevanza għall-ġlieda kontra l-irregolaritajiet minħabba l-karattru tal-irregolarità konċernata. 2. Meta xi ftit mill-informazzjoni li għaliha jirreferi l-paragrafu 1, u b’mod partikolari dik li tikkonċerna l-prattika wżata fil-kummissjoni tal-irregolarità u l-mod li bih ġiet skoperta, ma jkunx disponibbli, l-Istati Membri għandhom sa kemm ikun possibbli jipprovdu l-informazzjoni nieqsa meta jibgħatu r-rapporti sussegwenti ta’ kull tlett xhur tal-irregolaritajiet lill-Kummissjoni. 3. Jekk dispożizzjonijiet nazzjonali jkunu jipprovdi għall-kunfidenzjalità fl-investigazzjoni, il-komunika tal-informazzjoni għandha tkun suġġetta għall-awtorizazzjoni tal-qorti tat-tribunal kompetenti. Artikolu 4 Kull Stat membru għandu minnufih jirrapporta lill-Kummissjoni, u fejn meħtieġ, lill-Istati Membri l-oħra konċernati, kull irregolarità mikxufa jew li suppost li tkun ġrat, fejn ikun hemm il-biża - li jista’ malajr ikun hemm riperkussjonijiet barra t-territorju tiegħu, u/jew - juri li xi irregolarita ġdida tkun ġiet użata. Artikolu 5 1. Matul ix-xahrejn li jiġu wara l-egħluq ta’ kull tlett xhur, l-Istati membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, bir-referenza lura ta’ xi rapporti ta’ qabel magħmula skond Artikolu 3, tal-proċeduri mibdija wara l-irregolaritajiet notifikati qabel u b’xi tibdil importanti li jirriżulta minnhom, inkluż: - l-ammonti li nġabru lura, jew li hu mistenni li jinġabru lura, - il-miżuri interim meħuda mill-Istati Membri biex iħarsu l-ħlas lura tas-somom imħallsin ħażin, - il-proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi mibdija bil-għan li jinġabru lura somom imħallsin ħażin u għall-imposizzjoni ta’ sanzjonijiet, - ir-raġunijiet għaliex ġew abbandunati xi proċeduri għall-ħlas lura,; il-Kummissjoni għandha, sa fejn hu possibbli, tkun notifikata qabel tittieħed id-deċiżjoni, - kull abbandun ta’ prosekuzzjoni kriminali. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kull deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja, jew il-punti prinċipali tagħha, li jikkonċernaw it-terminazzjoni ta’ dawn il-proċeduri. 2. Meta Stat Membru jikkunsidra li xi ammont ma jkunx jista’ jiġabar kollu, jew ma jkunx mistenni li jkun jista’ jinġabar kollu, għandu javża lill-Kummissjoni, b’rapport speċjali, bl-ammont li ma nġabarx lura u bir-raġuni għaliex l-ammont għandu, skond hu, jinġarr mill-Komunità jew mill-Istat Membru. Din l-informazzjoni għandha tkun suffiċjentement dettaljata li tipper metti lill-Kummissjoni li tiddeċiedi kemm jista’ jkun malajr wara li tkun ikkonsultat ma’ l-awtoritajiet tal-Istat Membru konċernat, dwar min għandu jbati il-konsegwenzi finanzjarji skond it-tielet indent ta’ Artikolu 23(1) tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88. 3. F’każ tal-eventwalita li għaliha jirreferi il-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista’ titlob espressament lill-Istat Membru biex ikompli bil-proċeduri ta’ ħlas lura. Artikolu 6 Jekk ma jkun hemm ebda irregolarita x’tiġi rapportata fil-perjodu ta’ referenza, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan il-fatt fl-istess limitu ta’ żmien li hemm imniżżel f’Artikolu 3(1). Artikolu 7 Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jiddeċiedu, fuq talba espressa tal-Kummissjoni, li jibdew jew ikomplu proċeduri legali biex jiġbru lura xi ammonti mħallsa ħażin, il-Kummissjoni tista’ tintrabat li tirrifondi lura lill-Istat Membru l-ispejjeż legali jew parti minnhom li jkollhom x’jaqsmu direttament ma’ dawk il-proċeduri legali, wara li tkun ġiet presentata xiehda dokumentata, ukoll jekk il-proċeduri ma jwasslu mkien. Artikolu 8 1. Il-Kummissjoni għandha żżomm kuntatt xierq ma’ l-Istati Membri konċernati għall-għan li tissupplimenta l-informazzjoni provduta dwar l-irregolaritajiet li għalihom jirreferi Artikolu 3, dwar il-proċeduri li għalihom jirreferi Artikolu 5, u, b’mod partikolari, dwar il-possibiltà ta’ ħlas lura. 2. Indipendentement mill-kuntatti msemmija fil-paragrafu 1 il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri meta n-natura tal-irregolarità tkun tali li tkun tenħtieġ każijiet identiċi jew simili jistgħu jiġru fi Stati Membri oħra. 3. Il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħat ta’ tagħrif f’livell tal-Komunità għal rappresentanti tal-Istati Membri sabiex teżamina magħhom it-tagħrif miksub bis-saħħa ta’ Artikoli 3, 4 u 5, u bis-saħħa tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari fir-rigward ta’ lezzjonijiet li jistgħu jittieħdu minnhom b’rabta mal ’l-irregolaritajiet, miżuri preventivi u proċeduri legali. 4. Fuq talba ta’ xi Stat Membru jew tal-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin bil-għan li jingħalaq kull lok ta’ abbuż ta’ preġudizzju għall-interessi tal-Komunità li jistgħu jinqalgħu fil-kors tal-infurżar tad-dispożizzjonijiet fis-seħħ. Artikolu 9 Il-Kummissjoni għandha regolarment tinforma lill-Istati Membri, fil-qafas tal-Kumitat Konsultattiv għall-Koordinazzjoni fil-qasam tal-prevenzjoni tal-frodi, bil-kobor tal-ammonti tal-fondi nvoluti fl-irregolaritajiet li jkunu ġew skoperti u bil-kategoriji differenti tal-irregolaritajiet, maqsumin skond it-tip u magħdudin. Il-kumitati li għalihom jirreferu Artikoli 27, 28 u 29 tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88, għandu jiġi infurmat bl-istess mod. Artikolu 10 1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex jiżguraw li it-tagħrif li jibdlu jibqa’ kunfidenzjali. 2. L-informazzjoni li għaliha jirreferi dan ir-Regolament ma tistax, b’mod partikolari, tintbagħat lill-persuni ħlief dawk fl-Istati Membri jew fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Komunità li d-dmirijiet tagħhom jeħtieġu li jkollhom aċċess għaliha, sakemm l-Istat Membru li jipprovdiha hekk jaqbel espressament. 3. L-ismijiet ta’ persuni naturali jew legali jistgħu jingħataw lil Stat Membru ieħor jew istituzzjoni tal-Komunità biss meta din tkun meħtieġa sabiex twaqqaf jew tipprosegwixxi xi irregolarità jew biex tistabbilixxi jekk xi irregolarità allegata tkunx fil-fatt seħħet. 4. Informazzjoni komunikata, jew akkwistata f’kull forma bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament għandha tkun koperta b’kunfidenzjalità professjonali u protetta bl-istess mod li informazzjoni simili hija protetta bil-legislazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li rċeviha bid-dispożizzjonijiet applikabbli li jikkorrispondu mal-istituzzjonijiet tal-Komunità. B’żieda, dik l-informazzjoni ma tistax tintuża għal xi għanijiet oħra ħlief għal dawk li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament sakemm l-awtoritajiet li jkunu pprovdewha ikunu taw il-kunsens espress tagħhom, u sakemm id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru li fih tinsab l-awtorità li tirċeviha ma jipprojibix dik il-komunikazzjoni jew użu. 5. Il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx jimpedixxi l-użu, fi kwalunkwe azzjonijiet jew proċeduri legali sussegwentement istitwiti għal nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Komunità fl-area tal-Fondi Strutturali u strumenti finanzjarji b’għanijiet strutturali, ta’ informazzjoni miġbura bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament. L-awtorita kompetenti tal-Istat Membru li pprovdiet dik l-informazzjoni għandha tkun informata minnufih b’dak l-użu. 6. Meta Stat Membru javża lill-Kummissjoni illi xi persuna naturali jew legali li isimha jkun ġie komunikat lill-Kummissjoni bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament tirrizulta wara aktar stħarriġ li ma kienitx involuta f’xi irregolarità, il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lil dawk kollha li jkunu ngħataw dak l-isem bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament b’dan il-fatt. Din il-persuna għandha tieqaf milli tiġi ttrattata, bis-saħħa ta’ dik in-notifika ta’ qabel, bħala persuna nvoluta fl-irregolarità in kwistjoni. Artikolu 11 Fil-każ ta’ finanzjament mirfugħ flimkien bejn il-Fond Strutturali jew strument finanzjarju b’għanijiet strutturali u Stat Membru, l-ammonti miġbura lura għandhom jinqasmu bejn l-Istat Membru u l-Komunità fil-proporzjon tal-ispiża minfuqa diġà minnhom. Artikolu 12 1. Meta l-irregolaritajiet ikun jirrelataw għal somom ta’ anqas minn ECU 4000 imħallsa mill-budget tal-Komunità, l-Istati Membri ma għandhomx jibgħatu lill-Kummissjoni l-informazzjoni li għaliha jipprovdu Artikolu 3 u 5, sakemm ma tkunx intalbet espressament minn din tal-aħħar. 2. L-ammont li għalih jirreferi l-paragrafu 1 għandu jiġi mibdul fil-valuta nazzjonali billi jiġu applikati r-rati tal-kamju pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, serje Ċ, li huma validi fl-ewwel jum ta’ xogħol tas-sena li fiha l-informazzjoni dwar l-irregolaritajiet tkun ġiet komunikata. Artikolu 13 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Il-perjodu bejn il-jum tad-dħul fis-seħħ u t-tmien tat-tlett xhur kurrenti għandu jitqies li jkun perjodu ta’ tlett xhur għall-għanijiet ta’ Artikolu 3 u 5. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-11 ta’ Lulju 1994. Għall-Kummissjoni Peter Schmidhuber Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 374, tal-31.12.1988, p. 1. [2] ĠU L 193, tal-31.7.1993, p. 20. [3] ĠU L 79, tal-1.4.1993, p. 74. [4] ĠU L 72, tas-16.3.1994, p. 1. [5] ĠU L 374, tal-31.12.1988, p. 15. [6] ĠU L 193, tal-31.7.1993, p. 34. [7] ĠU L 374, tal-31.12.1988, p. 21. [8] ĠU L 193, tal-31.7.1993, p. 39. [9] ĠU L 374, tal-31.12.1988, p. 25. [10] ĠU L 193, tal-31.7.1993, p. 44. [11] ĠU L 193, tal-31.7.1993, p. 1. [12] ĠU L 67, tal-14.3.1991, p. 11. --------------------------------------------------