31994R1626



Official Journal L 171 , 06/07/1994 P. 0001 - 0006
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 6 P. 0080
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 6 P. 0080


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1626/94

tas-27 ta' Ġunju 1994

li jesiġi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd fil-Mediterran

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi ma kien hemm l-ebda regolament fil-livell ta' Komunità fuq il-konservazzjoni u t-treġġija ta' riżorsi tas-sajd fil-Meditterran matul l-ewwel 10 snin tal-politika tas-sajd komuni minnħabba ċ-ċirkostanzi partikolari jaddattaw irwieħhom ferm anqas faċli għall-applikar tar-regoli analogi għal dawk li japplikaw fl-Atlantiku u l-Baħar ta' Tramuntana sa mill-1983;

Billi, madankollu, issa wasal iż-żmien sabiex jiġu rrimedjati l-problemi li preżentement jaffetwaw ir-riżorsi fil-Meditterran bl-introduzzjoni ta' sistema ta' treġġija armonizzata mfassla għal-dawn iċ-ċirkostanzi, billi jittieħed rendikont tar-regolamenti eżistenti nazzjonali u jsiru aġġustamenti għal ta' l-aħħar, kif meħtieġ sabiex jiġu mħarsa ħażniet, f'manjiera bilanċjata u, fejn xieraq b'mod progressiv;

Billi il-Komunità trid ukoll tfittex, b'kooperazzjoni ma' kull Stat kostali tal-Meditterran ikkonċernat, li tistabbilixxi politika komuni għat-treġġija u l-esplojtazzjoni ta' ħażniet ta' ħut fil-Meditteran; billi, fuq dan kollu, is-sistema ta' treġġija introdotta b'dan ir-Regolament tkopri ħidmiet relatati mas-sajd ta' ħażniet tal-Meditterran imwettqa minn dgħajjes li jtajjru bandiera ta' pajjiż terz fil-portijiet tal-Komunità;

Billi atrezzar li, jekk jintuża fil-Mediterran, jikontribwixxi eċċessivament għad-degradazzjoni ta' l-ambjent marittimu, jew għal tnaqqis ta' ċerti ħażniet għandhom jiġu projbiti; billi parti miż-żona kostali għandha tkun riservata għall-attrezzar selettiv użat minn sajjieda ta' daqs żgħir, billi, minkejja l-iskop ġeografiku tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3094/86 tas-7 ta' Ottubru 1986 li qiegħed ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd [4], id-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament rigward xbieki bl-imrejkba tal-garġi u tartarun bil-forom tal-ixkejjer huma diga applikabbli fil-Meditteran;

Billi huwa xieraq li jiġu definiti l-karatteristiċi tat-tipi ewlenien ta' attrezzar tas-sajd użat fil-Meditterran, partikolarment id-daqs minimu tal-malji, kif ukoll id-daqs minimu ta' ċerti speċi ta' ħut, krustaċi, molluski u prodotti oħra tas-sajd speċifiċi għall-Meditteran sabiex tiġi impedita l-esplojtazzjoni żejda tagħhom;

Billi, bl-istess mod, sabiex jiġu skansati s-sitwazzjonijiet li fihom ħut ta' daqs iżgħar jiġu maqbuda, huwa meħtieġ li jiġu protetti ċertu żoni, fejn jiltaqgħu l-friegħ, rendikont jittieħed tal-kondizzjonijiet bioloġiċi lokali f'dawn iż-żoni varji; billi huwa hekk xieraq li, meta żoni tas-sajd ikunu regolati fil-Meditterran, kemm leġislazzjoni tal-Komunità u anke nazzjonali għandhom jieħdu rendikont tal-bżonnijiet speċjali tal-ispeċi partikolari u l-ambjenti rikkonoxxuti li jkunu fraġli jew imperikolati;

Billi, sabiex ma jimpedixxix riċerka xjentifika, tali Regolament m'għandux japplika fuq kull ħidma meħtieġa għall-iskop ta' din ir-riċerka;

Billi miżuri nazzjonali supplimentari għal, jew li jmorru lill hinn mill-ħtiġijiet minimi ta', is-sistema stabbilita b'dan ir-Regolament jew miżuri li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn dawk involuti f'attivitajiet tas-sajd għandhom jibqgħu possibli; billi tali miżuri jistgħu jibqgħu mantenuti jew introdotti, bla ħsara għal reċensjoni mill-Kummissjoni fir-rigward tal-kompatibilità tagħhom mal-liġi tal-Komunità u l-konformità tagħhom mal-politika komuni fuq is-sajd;

Billi, għall-perjodu limitat u skond il-proċedura li tassigura l-effett minimu negattiv fuq riżorsi u l-attivitajiet tas-sajjieda tal-Komunità, miżuri nazzjonali awtorizzati mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu aċċettati;

Billi l-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3760/92 tal-20 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi sistema tal-Komunità għas-sajd u l-akwakultura [5], jobbliga Stati Membri sabiex jassiguraw li żoni ta' sajd mhux kummerċjali ma jipperikolawx il-konservazzjoni u t-treġġija tar-riżorsi koperti mill-istrateġija komuni tas-sajd; billi dan l-obbligu huwa ta' importanza partikolari fil-Meditteran minnħabba il-firxa estensiva ta' dawn l-attivitajiet f'dak il-baħar u billi huwa importanti li jiġu limitati l-effetti negattivi dwar dan fuq il-prospett tal-ħażniet;

Billi l-Komunità hija firmatarja tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, li fiha jinsabu l-prinċipji u r-regoli li jiggvernaw il-konservazzjoni u t-treġġija ta' risorsi bioloġiċi marini,

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal kull sajd u attivitajiet relatati li jsiru fi ħdan it-territorju tal-ilmijiet marittimi tal-Mediterran fuq il-lvant fil-linja 5o 36′ punent li jaqgħu taħt is-sovranità jew ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri bl-eċċezzjoni ta' għadajjar u laguni. Għandu wkoll japplika fuq dawk l-attivitajiet li jsiru fil-Mediterran barra dawk l-ilmijiet tal-dgħajjes tal-Komunità.

2. Stati Membri b'kosta fil-Meditteran jistgħu jibqgħu jilleġislaw fiż-żoni koperti mill-paragrafu 1, inklużi dawk ta' żoni tas-sajd mhux kummerċjali, billi jadottaw miżuri li jissuplimentaw lil, jew imorru lill hinn mill-ħtiġijiet minimi ta', is-sistema stabbilita b'dan ir-Regolament, kemm il-darba tali miżuri huma kompatibbli mal-liġi tal-Komunità u f'konformità mal-politika komuni tas-sajd.

Meta jiġu addottati tali miżuri, Stati Membri għandhom joqgħodu attenti għall-konservazzjoni ta' speċi pperikolati jew ambjenti fraġli, partikolarment dawk elenkati fl-Anness I.

3. Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata, fil-ħin sabiex tkun tista tippreżenta l-osservazzjonijiet b'mod konformi mal-proċedura mqegħda fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 3094/86, b'kull pjanijiet li jintroduċu jew jemendaw konservazzjoni nazzjonali u miżuri ta' treġġija ta' riżorsi.

L-Artikolu 2

1. L-użu għall-skopijiet tas-sajd u ż-żamma abbord ta' materjal ta' sustanzi tossiċi, xaħxeħin jew korrusivi, ta' ġeneraturi ta' xokkijiet elettriċi u ta' splussivi għandu jkun ipprojbit.

2. L-użu ta' slaleb ta' San Andrija u attrezar tal-irmonk simili għall-ħsad tal-qroll u l-użu ta' mrietel pnewmatiċi jew strumenti tal-perkussjoni għall-ġbir ta' molluski litofagi għandu jkun ipprojbit.

3. L-użu ta' xbieki li jdawwru u tal-irmonk mitluqa minn dgħajsa u mħaddma mill-plajja (tartaruni) għandu jkun ipprojbit mill-1 ta' Jannar 2002 kemm-il darba il-Kunsill, b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jiddeċiedi mod ieħor fid-dawl ta' informazzjoni xjentifika li tipprova li l-użu tagħhom m'għandux impatt negattiv fuq riżorsi.

L-Artikolu 3

1. L-użu ta' xbieki ta' tkarkir, tartaruni jew xbiek simili għandu jkun ipprojbit 'il ġewwa minn tliet mili nawtiċi mill-kosta jew fil-isobath ta' 50 m meta dak il-fond huwa milħuq f'distanza iqsar, irrispettivament mill-metodu tal-irmonk jew traxxinar, ħlief fejn derogazzjoni hija provduta f'leġislazzjoni nazzjonali fir-rigward ta' żona kostali ta' tliet mili li testendi lill hinn mill-ilmijiet territorjali ta' Stat Membru.

Madankollu, kull attrezar tas-sajd użat f'distanza mill-kosta ta' inqas minn dak stipilat fl-ewwel subparagrafu w użat skond il-liġi nazzjonali fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 1994 jista' jintuża sal-31 ta' Diċembru 1998, kemm-il darba il-Kunsill, b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jiddeċiedi mod ieħor fid-dawl ta' tgġarif xjentifiku li jipprova li l-użu tagħhom m'għandux impatt negattiv fuq riżorsi.

2. Bħala derogazzjoni mill-paragrafu 1, l-użu ta' gangmu sabiex jinqabdu frott il-baħar għandu jkun awtoriżżat irrispettivament mid-distanza mill-plajja u l-fond, kemm il-darba il-qabda tal-ispeċi li mhix frott il-baħar ma teċedix l-10 % tal-piż totali tal-qabda kollha.

3. Is-sajd permezz ta' xbieki ta' tkarkir tal-qiegħ, tartaruni jew xbiek ieħor il-fuq mis-saff ta' Posidonja (Posidonia Oceanica) jew fanerogam tal-baħar ieħor għandu jiġi pprojbit.

4. Għandu jkun ipprojbit li tarma kull tip ta' xibka mdawwra l-ġewwa minn 300 m tal-kosta jew il-ġewwa minn isobath ta' 30 m fejn tali fond huwa milħuq f'distanza iqsar.

L-Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom ifasslu elenku ta' żoni protettivi li fihom l-attivitajiet tas-sajd huma ristretti għal raġunijiet bioloġiċi speċifiċi għal dawk iż-żoni.

2. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati għandhom jistabbilixxu l-elenku ta' attrezzar tas-sajd f'żoni protetti, kif ukoll ir-regoli tekniċi xierqa, fuq il-bażi tal-oġġettivi ta' konservazzjoni rilevanti u b'mod konformi ma' dan ir-Regolament.

3. Il-miżuri li għalihom saret referenza fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni, li għandha tikkomunikahom lill-Istati Membri oħra.

L-Artikolu 5

1. Stati Membri għandhom jistabbilixxu restrizzjonijiet li jinvolvu l-karatteristiċi tekniċi ta' t-tipi ewlieni ta' attrezar bil-ħtiġiet minimi esiġiti fl-Anness II.

2. Ir-restrizzjonijiet li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1 għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni b'konformita ma' l-Artikolu 1(3).

Meta jeserċita s-setgħat b'mod konformi ma' l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 3094/86 il-Kunsill għandu jieħu nota tal-karatteristiċi ta' l-attivitajiet taż-żoni tas-sajd partikolari għall-ilmijiet konċernati.

L-Artikolu 6

1. L-użu u ż-żamma abbord ta' xbieki ta' tkarkir jew attrezar tal-irmonk, xbieki tal-garġi jew xbieki li jdawru għandu jkun ipprojbit, kemm-il darba d-daqs tal-malji f'dik il-parti tax-xibka li għandha l-iżgħar malji huwa ugwali għal jew aktar mill-iżgħar daqsijiet tal-malji elenkati fl-Anness III.

Kull attrezar tas-sajd li d-daqs minimu tal-malji huwa inqas mid-daqs tal-malju mqiegħed fl-Anness III, użat b'mod konformi mal-liġi nazzjonali fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 1994 jista' madankollu jintuża sal-31 ta' Diċembru 1998, kemm-il darba il-Kunsill, b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jiddeċiedi mod ieħor fid-dawl ta' tgħarif xjentifiku li jipprova li l-użu tagħhom m'għandux impatt negattiv fuq risorsi.

2. Daqsijiet tal-malju għandhom ikunu stabbiliti b'mod konformi mal-proċedura imqegħda mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2108/84 [6].

3. It-tul tal-ixbieki għandhom ikunu definiti mit-tul tal-linja li żomm fil-wiċċ. It-twaqqiegħ tal-ixbieki ikun definit bħala s-somma tal-għoli tal-malji (inkluż l-għoqod) meta mxarrba u mġebbed perpendikolari mal-linja li żżomm fil-wiċċ.

L-Artikolu 7

Stati membri jistgħu jimpedixxu nżul fil-postijiet il-barra minn dawk preparati apposta jew awtorizzati għal dak l-iskop. Meta Stati Membri jadottaw tali miżuri, għandhom jinnotifikawhom immedjatament lill-Kummissjoni, li għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra.

L-Artikolu 8

1. Ħut, krustaċej, molluski jew kull prodott ieħor tas-sajd ikun meqjusa bħala ta' daqs iżgħar jekk ikun inqas mid-daqs minimu speċifikat fl-Annes IV ta' l-ispeċi rilevanti.

Id-daqs tal-ħut, krustaċeji u molluski għandu jkun imkejjel b'mod konformi ma' l-Artikolu 5(2) tar- Regolament (KEE) Nru 3094/86 kemm-il darba ma jiġix speċifikat mod ieħor fl-Anness IV. Jekk aktar minn metodu wieħed ta' kejl huwa permissibli, il-ħut, krustaċej jew molluski għandhom ikun meqjusa tad-daqs meħtieġ jekk ta' l-anqas wieħed mid-daqsijiet stipulati huwa aktar mid-daqs minimu rilevanti.

2. Id-daqs minimu għall-qroll, rizzi, mrieżeq tal-baħar u sponoz għandhom ikunu addottati b'mod konformi mal-proċedura esiġita fl-Artikolu 43 tat-Trattat.

3. Ħut, krustaċeji, molluski u kull prodott tas-sajd ieħor ta' daqs żgħir m'għandhomx jinżammu abbord, trasbordati, imniżżla, trasferiti, maħżuna, mibjugħa, murija jew offruti għall-bejgħ.

L-Artikolu 9

Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal ħidmiet tas-sajd mwettqa biss għall-iskopijiet ta' investigazzjonijiet li huma magħmula bil-permess u taħt l-awtorita' ta' l-Istat Membru jew Stati Membri konċernati u li tagħhom il-Kummissjoni tkun ġiet infurmata.

L-Artikolu 10

Meta jeserċitaw is-setgħat taħt dan ir-Regolament, u partikolarment meta jippreparaw proposti għall-miżuri f'setturi koperti b'patti ta' ftehim konklużi bejn sajjieda, il-kummissjoni għandha tfittex l-opinjoni tal-organizzazzjonijiet li tirrapreżenthom.

L-Artikolu 11

Dan ir-Regolament jidħol fis-sehh fl-1 ta' Jannar 1995.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fis-27 ta' Ġunju 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

C. Simitis

[1] ĠU L 5, tad-9.1.1993, p. 6 uĠU L 306, tat-12.11.1993, p. 10.

[2] ĠU C 255, ta' l-20.9.1993, p. 237.

[3] ĠU C 201, tas-26.7.1993, p. 27.

[4] ĠU L 288, tal-11.10.1986, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 3919/92 (ĠU L 397, tal-31.12.1992, p. 1).

[5] ĠU L 389, tal-31.12.1992, p. 1.

[6] ĠU L 194, ta' l-24.7.1984, p. 22.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

SPEĊI U AMBJENTI FRAĠLI U PPERIKOLATI

SPEĊI:

Kull speċi marittima ta':

- mammiferi (cetaceans, pinnipeds),

- għasafar,

- rettili (chelonids),

- ħut,

preżenti fil-Meditterran u indikati fl-Anness I u II għall-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni ta' speċi migratorji ta' annimali selvaggi bid-Deċiżjoni 82/461/KEE [1] jew l-Anness II għall-konvenzjoni dwar il-konservazzjoni ta' ħajja selvaġġa Ewropea u abitat naturali approvata bid-Deċiżjoni 82/72/KEE [2].

AMBJENTI:

- artijiet mistgħadra tal-kosta,

- saffi ta' fanerogami tal-baħar.

[1] ĠU L 210, tad-19.7.1982, p. 10.

[2] ĠU L 38, ta' l-10.2.1982, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

ĦTIĠIET MINIMI RELATATI MAL-KARATTERISTIĊI TAT-TIPI EWLENIN TA' L-ATTREZAR TAS-SAJD

Tartarun (pelagiċi u demersalli)

- L-użu ta' kull strument li jkopri s-sakku, fuq in-naħa ta' ġewwa jew ta' barra, huwa ristrett għall-apparat awtorizzat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3440/84 [1].

Gangmi

- Il-wisa' massimu ta' gangmi huwa 4 m, ħlief fil-każ ta' gangmi għas-sajd ta' l-isponoż (gagava).

Xbieki li jiċċirkolaw (tartaruni u xbieki lampara)

- It-tul ta' l-ixbieki huwa ristrett sa 800 m u l-waqgħa sa 120 m, ħlief fil-każ ta' tartarun tat-tonn.

Xbieki imqegħda tal-qiegħ (xbiek tal-garġi u xbiek ta' tħabbil) u xbiek ta' xkiel

- Il-waqgħa massima ta' xbiek imqegħda tal-qiegħ huwa ta' 4 m,

- Huwa pprojbit li jkun hemm abbord u tqiegħed aktar minn 5000 m ta' xbiek imqiegħed fil-qiegħ għal kull bastiment.

Linja twila mqegħda fil-qiegħ

- Huwa pprojbit li jkun hemm abbord u tqiegħed aktar minn 7000 m ta' xlief twil għal kull bastiment.

Xlief twil imqiegħed tal-wiċċ

- Huwa pprojbit li jkun hemm abbord u tqiegħed ta' aktar minn 60 km ta' xlief twil għal kull dgħajsa.

[1] ĠU L 318, tas-7.12.1984, p. 23.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

DAQSIJIET MINIMI TA' MALJI

Xbieka mkarka (tkarkir tal-qiegħ, tkarkir tal-wiċċ, tartaruni ankrati, eċċ.): | 40 mm |

Xbieki li jdawwru: | 14 mm |

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

DAQSIJIET MINIMI

Speċi | Daqs minimu |

ĦUT

Dicentrarchus labraz | 23 cm |

Diplodus spp. | 15 cm |

Engraulis encrasicolus | 9 cm |

Epinephelus spp. | 45 cm |

Lophius spp. | 30 cm |

Merluccius merluccius | 20 cm |

Mugil spp. | 16 cm |

Mullus spp. | 11 cm |

Pagellus spp. | 12 cm |

Pagrus pagrus | 18 cm |

Polyprion americanus | 45 cm |

Scomber scombrus | 18 cm |

Solea vulgaris | 20 cm |

Sparus aurata | 20 cm |

Thunnus thynnus | 70 cm jew 6,4 kg |

Trachurus spp. | 12 cm |

Xiphias gladius | 120 cm |

KRUSTAĊEJ

Homarus gammarus | 85 mm carapace 240 mm tul totali |

Nephrops norvegicus | 20 mm carapace 70 mm tul totali |

Palinuridae | 240 mm tul totali |

MOLLUSKOLI

Pecten spp. | 100 mm |

Venerupis spp. | 25 mm |

Venus spp. | 25 mm |

--------------------------------------------------