31994R1267



Official Journal L 138 , 02/06/1994 P. 0007 - 0008
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 57 P. 0218
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 57 P. 0218


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 1267/94

ta' l-1 ta' Ġunju 1994

li japplika diversi ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi dwar r-rikonoxximent reċiproku ta' ċertu xorb spirituż

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 tad-29 ta' Mejju 1989 li jistabbilixxi regoli ġenerali għad-definizzjoni, d-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta' xorb spirituż [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3280/92 [2], u partikolarment l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Billi l-Unjoni Ewropea ikkonkludiet ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-għarfien reċiproku u l-protezzjoni ta' ċertu xorb spirituż; billi dak il-ftehim jipprovdi għall-applikazzjoni, f'ċertu limitu ta' żmien, tar-regolamenti u l-miżuri amministrattivi meħtieġa biex jitwettqu l-obbligazzjonijiet stabbiliti fih; billi, biex il-prodotti kkonċernati jiġu pprovduti bil-garanziji stabiliti fir-rigward tal-kontroll u l-protezzjoni, lista tal-prodotti koperti bil-ftehim konklużi ma l-Unjoni Ewropea għandha tiġi stabbilita;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Implimentazzjoni għal Xorb Spirituż,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Id-deskrizzjonijiet tal-prodotti mogħtija fil-lista li tinsab fl-Anness hawn mehmus, li joriġinaw fil-pajjiżi terzi hemm imsemmija, tista tintuża biss għall-prodotti magħmulin skond il-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiżi terzi kkonċernati.

2. Il-prodotti li għalihom jirreferi l-paragrafu 1 għandhom ikunu koperti bil-miżuri ta' protezzjoni u kontroll tax-xorb spirituż li għalih jirreferi l-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 1576/89 taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim mal-pajjiżi terzi kkonċernati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum li jiġi wara il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fl-1 ta' Ġunju 1994.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tat-12.6.1989, p. 1.

[2] ĠU L 327, tat-13.11.1992, p. 3.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodott | Pajjiżi ta' l-origini |

Tennessee Whisky/Tennessee Whiskey | — Istati Uniti |

Bourbon Whisky/Bourbon Whiskey/Bourbon bħala deskrizzjoni għall-Bourbon Whiskey | — Istati Uniti |

--------------------------------------------------