31994R1026



Official Journal L 112 , 03/05/1994 P. 0032 - 0032
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 57 P. 0055
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 57 P. 0055


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1026/94

tat-2 ta' Mejju 1994

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1538/91 li jintroduċi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1906/90 dwar ċerti standards rigward il-marketing tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1906/90 tas-26 ta' Ġunju dwar ċerti standards ta' tqegħid fis-suq għat-tjur [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3204/93 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1538/91 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2891/93 [4], jispeċifika il-laboratorju ta' referenza tal-Komunità responsabbli għall-ivverifikar tal-kontenut ta' l-ilma ta' tiġieġ iffriżat u ffriżat malajr u l-kompetenzi u x-xogħlijiet rispettivi tagħhom; billi l-laboratorju ta' referenza tal-livell sabiex iwettaq ix-xogħlijiet stabbiliti;

Billi l-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha, fil-bidu, tkun provduta għal perjodu ta' tliet snin; billi din għandha tiġi eżaminata mill-ġdid bil-għan li tingħata estensjoni qabel ma jintemm il-perjodu inizjali;

Billi għandu jiġi konkluż kuntratt bejn il-Komunità Ekonomika u l-laboratorju ta' referenza tal-Komunità li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-pagament ta' l-għajnuna finanzjarja;

Billi il-Kumitat ta' Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u l-Bajd ma tax opinjoni fil-limitu ta' żmien mogħti lilu mill-President,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Il-paragrafu 14 li ġej huwa b'dan il-mezz miżjud ma' l-Artikolu 14a tar-Regolament (KEE) Nru 1538/91:

"14. Il-Komunità għandha tagħti lil-laboratorju ta' referenza tal-Komunità "Het Spelderholt", Centre for Poultry Research and Information Services, Beekbergen, l-Olanda, għajnuna finanzjarja sa massimu ta' ECU 75000 għal perjodu ta' tliet snin mit-tmiem tax-xogħlijiet li jirreferi għalihom l-Anness IX il-paragrafu 1.

L-għajnuna finanzjarja għandha titħallas lil-laboratorju ta' referenza skond it-termini tal-kuntratt konkluż bejn il-Kummissjoni, li taġixxi f'isem il-Komunità Ewropea, u l-laboratorju.

Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura għandu jkun awtorizzat li jiffirma l-kuntratt f'isem il-Kummissjoni."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-2 ta' Mejju 1994.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 173, tas-6.7.1990, p. 1.

[2] ĠU L 289, ta' l-24.11.1993, p. 3.

[3] ĠU L 143, tas-7.6.1991, p. 11.

[4] ĠU L 263, tat-22.10.1993, p. 12.

--------------------------------------------------