31994R0883



Official Journal L 103 , 22/04/1994 P. 0007 - 0009
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 11 P. 0113
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 11 P. 0113


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 883/94

tal-20 ta' April 1994

li jirrigwarda l-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 882/94 [2], u b'mod partikolari Artikolu 15 tiegħu,

Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifika ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali sabiex tiġi interpretata n-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija fl-intier tagħha jew f'parti minnha msejsa fuqha jew li żżid kull subdiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi Komunitarji, bil-ħsieb li jiġu applikati l-miżuri tat-tariffi u miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fl-oġġetti;

Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament preżenti jridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3;

Billi huwa aċċettat illi t-tagħrif li jorbot tat-tariffi maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri rigward il-klassifika tal-oġġetti fin-nomenklatura magħquda u li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, jistgħu jissoktaw jiġu invokati, skond id-dispożizzjonijiet f'Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarja [3], għall-perjodu taż-żmien ta' tliet xhur mill-pussessur;

Billi l-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tat-Taqsima tan-Nomenklatura tat-Tariffa u Statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma issa kklassifikati ġewwa n-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

It-tagħrif li jorbot tat-tariffi maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament jistgħu jissoktaw jiġu invokati skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2912/02 għal perjodu taż-żmien ta' tliet xhur.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' April 1994.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, ta' l-10.9.1987, p. 1.

[2] Ara paġna 5 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Id-Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Il-Kodiċi tal-Klassifika tan-NM | Ir-Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

1.Pjanċa rettangolari tal-polimetil metakrilat li fuqha jiġi applikat saff tal-metall permezz tad-depożizzjoni bil-vakwu | 39219060 | Il-Klassifika hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, u bit-testi tal-kodiċijiet tan-NM 3921, 39219000 u 39216090. Il-prodott ma jistax jiġi kklassifikat ġewwa l-intestatura 9001 bħala mera li tikkostitwixxi element ottiku għall-għanijiet ta' din l-intestatura |

2.Tape-recorder/player portatili tal-kassetti tal-ħoss li jaħdem bil-batterija f'sistemazzjoni tal-plastik ikkulurit, b'buttuni kbar tat-tħaddim u mikrofonu mwaħħal miegħu sabiex jgħin lill-utent li jxandar permezz ta' loudspeaker mibni ġo fih jew bil-funzjoni tal-kassetta tal-ħoss taħdem jew mingħajrha | 85203111 | Il-Klassifika hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, u bit-testi tal-kodiċijiet tan-NM 8520, 85203100 u 85201131. Għalkemm il-prodott jidher li huwa ddisinjat għat-tfal, wara li titqies il-funzjoni tiegħu ma jistax jiġi kklassifikat bħala ġugarell fil-Kapitolu 95 |

3.Video camera bid-dehra statika li tista' tirrekordja, turi lura u tħassar serje ta' dehriet statiċi mingħajr il-ħoss. Id-dehriet jinħażnu fuq floppy disk u jistgħu jerġgħu jintwerew permezz ta' screen tat-televiżjoni | 85253099 | Il-Klassifika hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, u bit-testi tal-kodiċijiet tan-NM 8525, 85253000 u 85259930. Il-prodott ma jistax jiġi kkunsidrat bħala apparat fotografiku fit-tifsira ta' l-intestatura 9006 |

4.Riċevitur tar-radju portatili long-wave/FM li jaħdem bil-batterija u recorder/player tal-kassetti bil-ħoss f'sistemazzjoni tal-plastik ikkulurit, buttuni kbar tat-tħaddim, aerial teleskopiku, mikrofonu mibni fih u loudspeaker | 85271190 | Il-Klassifika hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, u bit-testi tal-kodiċijiet tan-NM 8527, 85271100 u 85279011. Għalkemm il-prodott jidher li huwa ddisinjat għat-tfal, wara li titqies il-funzjoni tiegħu ma jistax jiġi kklassifikat bħala ġugarell fil-Kapitolu 95 |

5.Riċevitur tar-radju portatili long-wave/FM li jaħdem bil-batterija f'sistemazzjoni tal-plastik kulurit, b'buttuni kbar tat-tħaddim u mikrofonu mwaħħal miegħu sabiex jgħin lill-utent li jxandar permezz ta' loudspeaker mibni ġo fih jew bir-radju jaħdem jew mingħajru | 85271900 | Il-Klassifika hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, u bit-testi tal-kodiċijiet tan-NM 8527, 852719 u 85271900. Għalkemm il-prodott jidher li huwa ddisinjat għat-tfal, wara li titqies il-funzjoni tiegħu ma jistax jiġi kklassifikat bħala ġugarell fil-Kapitolu 95 |

6.Blokka b'ċirkwit stampat, maħsuba sabiex tiġi inkorporata f'kassetta recorder tal-video u li tikkonsisti, fost ħwejjeġ oħra, minn blokka li tintona u blokka ta' frekwenza intermedja li flimkien jiżolaw u jimmodulaw sinjal tal-video ikkonvertit bi proċessi addizzjonali qabel ma jkun jista' jintuża direttament mir-ras tal-video | 85281091 | Il-Klassifika hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, u bit-testi tal-kodiċijiet tan-NM 8528, 85281000 u 85289110. L-apparat huwa kkunsidrat li għandu l-karattru essenzjali ta' tonatur bil-video |

7.Vettura ġdida (għal kull xorta ta' art) b'erba' roti b'magna b'ċilindru wieħed, 4-stroke, 348ċm3, b'pistun jaqbad bil-berqa u tal-kombustjoni interna Il-vettura għandha kemm post li jakkommoda s-sewwieq u lil min jirkeb warajh u kontrolli mmuntati fuq il-ħadida tat-tmun. Hija mgħammra b'ganġ ta' l-irmonk | | Il-Klassifika hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, u bit-testi tal-kodiċijiet tan-NM 8703, 87032100 u 87031021. Minkejja li l-vetturi huma mgħammra b'ganġ ta' l-irmonk ma jwettqux il-kondizzjonijiet tan-Nota 2 fil-Kapitolu 87 |

(a)Id-daqs (tul, wisa' u għoli): 1850 × 1100 × 1150 mm. Il-piż mingħajr it-tagħbija: 1850 × 1100 × 1150 mm. Il-piż mingħajr it-tagħbija: 190 kg | 87032110 |

(b)Id-daqs (tul, wisa' u għoli): 1870 × 1070 × 1150 mm. Piż mingħajr it-tagħbija: 1870 × 1070 × 1150 mm. Il-piż mingħajr it-tagħbija: 210 kg | 87032110 |

8.Vettura ġdida bil-mutur (hekk imsejħa vettura ta' taħt it-tilar li jirfed krejn) li jikkonsisti mix-chassis ta' trakk bil-kabina, magna tal-qbid bil-kompressjoni bil-kombustjoni interna u bil-pistun, il-gerijiet, il-brejkijiet, apparat tat-tmun u tagħmir elettriku u piż gross tal-vettura li jaqbeż il-20 tunnellata metrika | 87042391 | Il-Klassifika hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1, 3 (ċ) u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, u bit-testi tal-kodiċijiet tan-NM 8704, 870423 u 87042391. Il-vettura ma tistax tiġi kklassifikata ġewwa l-kodiċi tan-NM 87051000 ġaladarba huwa nieqes minn ħolqa li ddawar id-direzzjoni tal-krejn u ma tistax tiġi identifikata bħala kull vettura oħra ta' użu speċjali |

--------------------------------------------------