31994R0519



Official Journal L 067 , 10/03/1994 P. 0089 - 0103
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 29 P. 0206
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 29 P. 0206


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 519/94

tas-7 ta' Marzu 1994

dwar regoli komuni għal importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi u li jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 1765/82, 1766/82 u 3420/83

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-istrumenti li jistabbilixxu organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u l-istrumenti li għandhom x'jaqsmu ma' prodotti agrikoli pproċessati adottati b'mod konformi ma' l-Artikolu 235 tat-Trattat, partikolarment id-dispożizzjonijiet ta' dawk l-istrumenti li jħallu lok għal deroga mill-prinċipju ġenerali li r-restrizzjonijiet kwantitattivi kollha jew miżuri li jkollhom effett ekwivalenti jistgħu jiġu sostituti biss mill-miżuri kif maħsub f'dawk l-istess strumenti,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-politika kummerċjali komuni għandha tkun ibbażata fuq prinċipji uniformi; billi r-regoli komuni applikabbli għal importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1765/82 tat-30 ta' Ġunju 1982 dwar regoli komuni għal importazzjonijiet minn pajjiżi Stati-kummerċjali [1], Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/82 tat-30 ta' Ġunju 1982 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina [2] u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3420/83 ta' l-14 ta' Novembru 1983 fuq arranġamenti ta' importazzjoni għal prodotti oriġinati f'pajjiżi Stati-kummerċjali, mhux liberalizzati f'livell ta' Komunità [3] jifformaw aspett importanti mill-politika; madankollu, huma xorta jippermettu eċċezzjonijiet u derogi li bihom l-Istati Membri jkunu jistgħu jkomplu japplikaw miżuri nazzjonali għall-importazzjoni ta' prodotti originati fil-pajjiżi terzi msemmija hawn fuq, hekk li l-politika hemm bżonn li titlesta;

Billi fl-Artikolu 7a tat-Trattat, is-suq intern jikkomprendi mill-1 ta' Jannar 1993 spazju mingħajr fruntieri interni li fihom il-moviment liberu ta' l-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital huma assigurati;

Billi t-tlestija tal-politika kummerċjali komuni dwar importazzjonijiet hija kumpliment neċessarju għat-tlestija tas-suq intern u hija l-mezz waħdieni li tassigura li r-regoli li japplikaw għall-kummerċ tal-Komunità ma' pajjiżi terzi jirreflettu korrettament l-integrazzjoni tas-swieq;

Billi sabiex tinkiseb uniformità akbar fir-regoli għall-importazzjonijiet hu neċessarju li jiġu eliminati l-eċċezzjonijiet u d-derogi li jirriżultaw mill-miżuri politiċi nazzjonali li jibqa', u partikolarment ir-restrizzjonijiet kwantitattivi sostnuti mill-Istati Membri taħt ir-Regolament (KEE) Nru 3420/83; fejn din l-uniformità għandha tinkiseb billi jitniżżlu, safejn possibbli meta wieħed iqis il-fatturi partikolari tas-sistema ekonomika fil-pajjiżi terzi in kwestjoni, dispożizzjonijiet simili għal dawk applikati taħt ir-regoli komuni għal pajjiżi terzi oħra;

Billi l-liberalizzazzjoni ta' importazzjonijiet, jiġifieri l-assenza ta' kull restrizzjoni kwantitattiva, għandha għalhekk tifforma l-punt tat-tluq għar-regoli tal-Komunità;

Billi, madanakollu, għal numru limitat ta' prodotti li joriġinaw mir-Repubblika Federali tal-Poplu taċ-Ċina, minħabba s-sensittività ta' ċerti setturi ta' l-industrija tal-Komunità, kwoti kwantitattivi u miżuri ta' sorveljanza applikabbli fil-livell tal-Komunità għandhom ikunu inkorporati f'dan ir-Regolament; u billi għandha titniżżel proċedura għar-revizjoni u l-verifika ta' dawn il-miżuri biex jiġu adattati għal tibdiliet fis-sitwazzjoni;

Billi, fil-każ ta' prodotti oħra, il-Kummissjoni għandha teżamina l-importazzjonijiet skond il-kondizzjonijiet, ix-xejriet ta' importazzjoni, l-aspetti varji tas-sitwazzjoni ekonomika u kummerċjali, u l-miżuri, jekk hemm, li jkollhom jittieħdu;

Billi għal dawk il-prodotti, jista' jidher li għandu jkun hemm sorveljanza mill-Komunità fuq xi wħud minn dawn l-importazzjonijiet;

Billi, għandhom ikunu l-Komunità u l-Kunsill li jadottaw il-miżuri ta' salvagwardja skond l-interessi tal-Komunità b'ħarsien xieraq ta' l-obbligi internazzjonali eżistenti;

Billi s-sorveljanza jew miżuri ta' salvagwardja għal reġjun jew aktar tal-Komunità jistgħu b'danakollu jirriżultaw aktar adattati minn miżuri li japplikaw għall-Komunità kollha; billi, madanakollu, miżuri bħal dawn għandhom ikunu awtorizzati biss eċċezzjonalment u meta m'hemmx alternattiva; billi hu neċessarju li jkun żgurat li miżuri bħal dawn huma temporanji u jikkawżaw l-inqas taħwid fl-operat tas-suq intern;

Billi jekk tiġi applikata s-sorveljanza tal-Komunità, ir-rilaxx ta'ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti konċernati għandha ssir bla ħsara għal preżentazzjoni ta' dokument ta' importazzjoni li jaqbel ma' kriterji uniformi, billi dak id-dokument għandu, wara applikazzjoni sempliċi mill-importatur, ikun endorsjat mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri f'ċertu perjodu ta' żmien iżda mingħajr ma b'hekk l-importatur jikseb id-dritt li jimporta; billi d-dokument għandu għalhekk ikun validu biss matul perjodu tali billi r-regoli ta' l-importazzjoni jibqgħu bla mibdula;

Billi huwa fl-interessi tal-Komunità li l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu użui kemm hu possibbli ta' tibdil ta' informazzjoni li tirriżulta minn sorveljanza tal-Komunità;

Billi l-esperjenza wriet li hu neċessarju li jkun adotti kriterji aktar preċiżi biex issir stima ta' xi ħsara possibbli u li tintroduċi investigazzjoni waqt li tħalli lill-Kummissjoni tintroduċi miżuri xierqa f'każijiet urgenti;

Billi, għal dan il-għan, għandhom ikunu introdotti aktar dispożizzjonijiet dettaljati fil-ftuħ ta' investigazzjonijiet, dwar l-iċċekkjar u l-ispezzjonijiet meħtieġa, għas-smigħ ta' dawk konċernati, it-trattament ta' informazzjoni miksuba u l-kriterji biex issir stima tal-ħsara;

Billi id-dispożizzjonijiet dwar l-investigazzjonijiet introdotti b'dan ir-Regolament ma jippreġudikawx regoli tal-Komunità jew nazzjonali li jirrigwardaw segretezza professjonali;

Billi huwa meħtieġ ukoll li jsiru limiti ta' żmien għall-bidu ta' investigazzjonijiet u għad-determinazzjonijiet dwar jekk xi miżuri humiex xierqa jew le, bil-għan li jiġi żgurat li dawn id-determinazzjonijiet isiru malajr, ħalli tiżdied iċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi konċernati;

Billi fl-interessi ta' l-uniformità fir-regoli dwar l-importazzjonijiet, il-formalitajiet li għandhom jitwettqu mill-importaturi għandhom ikunu speċifikati u għandhom ikunu identiċi minkejja l-post fejn il-merkanzija tgħaddi mid-dwana; billi għalhekk huwa mixtieq iżda li kull formalità għandha tiġi mwettqa bl-użu ta' formoli li jikkorrispondu mal-kampjun anness mar-Regolament;

Billi dokumenti ta' importazzjoni maħruġa dwar miżuri ta' sorveljenza mill-Komunità għandhom ikunu validi fil-Komunità kollha irrispettivament mill-Istati Membri mnejn ikunu nħarġu;

Billi l-ġabra ta' regoli ta' importazzjoni kif provduti, m'għadhiex tiġġustifika li jinżammu żewġ ġabriet separati ta' regoli tal-Komunità għall-pajjiżi li huma Stati-kummerċjali u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina;

Billi l-konsultazzjonijiet ipprovduti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2616/85 ta' 16 ta' Settembru 1985 li jikkonċerna l-konklużjonijiet ta' Ftehim dwar Ko-operazzjoni Kummerċjali u Ekonomika bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina [4] issa saru;

Billi l-prodotti tat-tessuti li jaqgħu taħt ir-Regolament (KE) Nru 517/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tat-tessuti minn ċerti pajjiżi terzi li m'humiex koperti bi ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli ta' importazzjoni speċifiċi oħra tal-Komunità [5] huma bla ħsara għat-trattament speċifiku f'livell ta' Komunità u internazzjonali; billi huma għandhom għalhekk ikunu għal kollox esklużi mill-iskop ta' dan ir-Regolament;

Billi d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma applikabbli mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 77, 81, 244, 249 u 280 ta' l-Att ta'Adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 1765/82, 1766/82 u 3420/83 għandu konsegwentement jkun imħassar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

Prinċipji ġenerali

Artikolu 1

1. Dan ir-Regolament japplika għall-importazzjonijiet ta' prodotti koperti mit-Trattat u oriġinati fil-pajjiżi terzi li saret referenza għalihom fl-Anness I, bl-eċċezzjoni ta' prodotti tat-tessuti koperti mir-Regolament (KE) Nru 517/94.

2. Importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodotti li saret referenza għalihom fil-paragrafu l-għandha sseħħ bla xkiel u b'hekk bla ħsara għal kull restrizzjoni kwantitattiva, mingħajr preġudizzju għal:

- miżuri li għandhom jittieħdu taħt it-Titolu V;

- kwoti kwantitattivi li saret referenza għalihom fl-Anness II.

3. Importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodotti li saret referenza għalihom fl-Aness III għandhom ikunu suġġetti għal sorveljanza mill-Komunità skond ir-regoli dettaljati mniżżla fl-Artikolu 10.

4. Għat-talba ta' xi Stat Membru jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, l-Annessi II u III jistgħu jkunu s-suġġett ta' konsultazzjoni fil-Kumitat kif provdut fl-Artikolu 4.

Fi tmiem dawn il-konsultazzjonijiet, il-Kummissjoni tista' tissuġġerixxi lill-Kunsill, skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 16, il-miżuri meħtieġa biex jiġu adattati l-Annessi II u III, kif imniżżel fit-Titolu III u, fejn xieraq, fit-Titoli IV u V ta' dan ir-Regolament.

TITOLU II

Proċedura tal-Komunità ta' l-informazzjoni u l-konsultazzjoni

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tkun informata mill-Istati Membri jekk xejriet fl-importazzjonijiet jidhru li jitolbu għas-sorveljanza ta' miżuri ta' protezzjoni. Din l-informazzjoni għandha tingħata minn xiehda disponibbli fuq il-bażi ta' kriterji mniżżlin fl-Artikolu 8. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni lill-Istati Membri kollha mingħajr telf ta' żmien.

Artikolu 3

Jistgħu jsiru konsultazzjonijiet, kemm fuq it-talba ta' xi Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Dawn għandhom isiru fi żmien tmint ijiem tax-xogħol wara li l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni iżda kif mitlub fl-Artikolu 2 u, f'kull eventwalità, qabel l-introduzzjoni ta' kull sorveljanza jew miżuri ta' salvagwardja tal-Komunità.

Artikolu 4

1. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi ħdan kumitat konsultattiv, minn issa "l quddiem imsejjaħ" il-Kumitat', magħmul minn rappreżentanti minn kull Stat Membru b'rappreżentant tal-Kummissjoni bħala President.

2. Il-Kumitat għandu jiltaqa' meta msejjaħ mill-President tiegħu. Huwa għandu jforni lill-Istati Membri, malajr kemm jista' jkun, bl-informazzjoni kollha rilevanti.

3. Il-konsultazzjonijiet għandhom ikopru partikolarment:

(a) materji u kondizzjonjiet ta' importazzjonijietjiet, xejriet ta' importazzjonijiet, u l-aspetti varji tas-sitwazzjoni ekonomika u kummerċjali f'dak li jirrigwarda l-prodott in kwestjoni, partikolarment fil-kuntest ta' l-eżami ta'l-Anessi II u III;

(b) materji li jirrigwardaw l-amministrazzjoni tal-ftehim kummerċjali bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi li saret referenza għalihom fl-Anness I;

(ċ) il-miżuri, jekk meħtieġa, li għandhom jittieħdu.

Il- konsultazzjonijiet jistgħu jsiru bil-miktub jekk neċessarju. Il-Kummissjoni għandha f'dan il-każ tinforma lill-Istati Membri, li jkunu jistgħu jesprimu l-opinjoni tagħhom jew jagħmlu talba orali għal konsultazzjoni fi żmien ta' minn ħames sa tmint ijiem tax-xogħol biex tittieħed deċiżjoni mill-Kummissjoni.

TITOLU III

Proċedura ta' investigazzjoni tal-Komunità

Artikolu 5

1. Billi, wara konsultazzjoni, ikun jidher lill-Kummissjoni li hemm xhieda suffiċjenti li tiġġustifika investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha:

(a) tibda investigazzjoni fi żmien xahar minn meta tirċievi l-informazzjoni mill-Istat Membru u tippubblika notifika fil-Ġurnal Uffiċjali tal Komunitajiet Ewropej; din in-notifika għandha tagħti rijassunt ta' l-informazzjoni riċevuta, u tipprovdi li l-informazzjoni relevanti jkollha għandha tkun ikkomunikata lill-Kummissjoni; din għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-perjodu li fih il-partijiet interessati jkunu jistgħu jgħarrfu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jissottomettu informazzjoni; jekk dawn il-fehmiet u informazzjoni għandhom jitqiesu matul l-investigazzjoni; hija għandha tiddikjara ukoll il-perjodu li fih il-partijiet interessati jkunu jistgħu japplikaw biex jiġu mismugħin oralment mill-Kummissjoni skond il-paragrafu 4;

(b) tibda l-investigazzjoni, waqt li tagixxi f'ko-operazzjoni ma' l-Istati Membri.

2. Il-Kummissjoni għandha tfittex l-informazzjoni kollha li tħoss li hi neċessarja u, fejn hi tikkonsidra xieraq, wara li tikkonsulta lill-Kumitat, tħabrek biex tivverifika din l-informazzjoni ma' importaturi, kummerċjanti, aġenti, produtturi, assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet ta' kummerċ.

Il-Kummissjoni għandha tkun assistita f'din il-ħidma minn persunal ta' l-Istati Membri li fuq it-territorju tagħhom dan l-iċċekkjar ikun qed jitwettaq, jekk dan l-Istat Membru jkun jixtieq hekk.

Partijiet interessati li jkunu għamlu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom skond il-paragrafu (1) (a), kif ukoll ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur, jistgħu jispezzjonaw l-informazzjoni kollha magħmula disponibbli lill-Kummissjoni fil-qafas ta' l-investigazzjoni, kif distinta minn dokumenti interni ppreparati mill-awtoritajiet tal-Komunità jew l-Istati Membri tagħha iżda li hi rilevanti għad-difiża ta' l-interessi tagħhom u mhux kunfidenzali fit-tifsira ta' l-Artikolu 7 u li hi użata mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni. Għal dan il-għan, huma għandhom jindirizzaw talba lill-Kummissjoni li tindika l-informazzjoni meħtieġa.

3. L-Istati Membri għandhom jissupplixxu lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha u wara proċeduri preskritti minnha, bl-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom dwar żviluppi fis-suq tal-prodott li jkun qed jiġi investigat.

4. Il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati. Partijiet bħal dawn għandhom ikunu mismugħin fejn ikunu applikaw bil-miktub fil-perjodu imniżżel fin-notifika ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, juru li huma attwalment x'aktarx se jkunu affettwati minn dak li se joħroġ mill-investigazzjonijiet u li hemm raġunijiet speċjali għalihom li jiġu mismugħin oralment.

5. Meta informazzjoni ma tkunx ipprovduta fil-limitu ta' żmien imniżżel minn dan ir-Regolament jew mill-Kummissjoni taħt dan ir-Regolament, jew l-investigazzjoni hija sinifikament mtellfa, li jinstab mill-istħarriġ jista' jsir fuq il-bażi tal-fatti disponibbli. Meta il-Kummissjoni ssib li kull parti interessata jew terza parti tkun fornietha b'informazzjoni falza jew qarrieqa, hija għandha tinjora l-informazzjoni u tista' tagħmel użu minn fatti disponibbli.

6. Meta jidher lill-Kummissjoni, wara l-konsultazzjoni li saret referenza għaliha fil-paragrafu 1, li hemm xiehda insuffiċjenti biex tiġġustifika l-investigazzjoni, hija għandha tinforma lill-Istati Membri bid-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar minn meta tkun irċeviet l-informazzjoni mill-Istati Membri.

Artikolu 6

1. Fi tmiem l-investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport dwar ir-riżultat lill-Kumitat.

2. Meta, fi żmien disa' xhur mill-bidu ta' l-investigazzjoni, il-Kummissjoni tikkonsidra li m'hemmx ħtieġa ta' miżuri ta' sorveljanza jew ta' salvagwarda tal-Komunità, l-investigazzjonijiet għandhom jintemmui, fi żmien xahar, wara li tikkonsulta lill-Kumitat. Id-deċiżjoni li ttemm l-investigazzjoni, waqt li jissemmew il-konklużjonijiet ewlenin ta' l-investigazzjoni u rijassunt tar-raġunijiet għala, għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal Komunitajiet Ewropej.

3. Jekk il-Kummissjoni tikkonsidra li miżuri ta' sorveljanza jew ta' salvagwardja tal-Komunità huma neċessarji, hija għandha tieħu d-deċiżjonijiet neċessarji skond it-Titoli IV u V, mhux aktar tard minn disa' xhur mill-bidu ta' l-investigazzjoni. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, dan il-limitu ta' żmien jista' jiġi mtawwal b'perjodu massimu ieħor ta' xahrejn; il-Kummissjoni għandha mbagħad tippubblika avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej li tipprovdi fiha t-tul ta' żmien ta' l-estensjoni u rijassunt tar-raġunitajiet għaliha.

4. Id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu m'għandhomx jipprekludu, f'kull żmien, it-teħid ta' miżuri ta' sorveljanza skond l-Artikolu 9 sa 14 jew, meta s-sitwazzjoni hi kritika, li fiha kull dwemien jista' jikkawża dannu li jkun diffiċli biex jiġi rimedjat, xogħol għal intervent immedjat, miżuri ta' salvagwardja skond l-Artikolu 15 sa 17.

Il-Kummissjoni għandha minnufih tieħu l-miżuri ta' investigazzjoni li tikkonsidra li għadhom meħtieġa. Ir-riżultati ta' l-investigazzjoni għandhom ikunu użati biex jerġa jsir eżami tal-miżuri li għandhom jittieħdu.

Artikolu 7

1. Informazzjoni riċevuta bis-saħħa ta' dan ir-Regolament għandha tkun użata biss għall-għan li għalih tkun saret it-talba.

2. (a) La l-Kunsill, lanqas il-Kummissjoni, la l-Istati Membri, lanqas uffiċjali minn kull wieħed minn dawn, ma għandhom jiżvelaw xi informazzjoni ta' natura kunfidenzali riċevuta b'mod konformi ma' dan ir-Regolament, jew kull informazzjoni pprovduta fuq bażi kunfidenzali, mingħajr permess speċifiku mill-fornitur ta' informazzjoni bħal din.

(b) Kull talba għall-kunfidenzalità għandha tiddikjara r-raġunijiet għala l-informazzjoni hi kunfidenzali.

Iżda, jekk jidher li talba għal kunfidenzalità m'hijiex ġustifikata u jekk il-fornitur ta' l-informazzjoni jixtieq la li jagħmilha pubblika lanqas li jawtorizza l-iżvelar b'mod ġenerali skond jew fil-forma ta' rijassunt, l-informazzjoni kkonċernata tista' titwarrab.

3. L-informazzjoni tkun f'kull każ ikkunsidrata li hi kunfidenzali jekk l-iżvelar tagħha jista' jkollu effett ħażin sinifikanti fuq il-fornitur jew fuq is-sors ta' informazzjoni simili.

4. Il-paragrafi preċedenti m'għandhomx jipprekludu referenza mill-awtoritajiet tal-Komunità għal informazzjoni ġenerali u partikolarment għal raġunijiet li dwarhom deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu b'mod konformi ma' dan ir-Regolament huma ibbażati. Dawn l-awtoritajiet għandhom, iżda, jqisu l-interessi leġittimi tal-persuni legali u naturali konċernati li sigrieti kummerċjali tagħhom m'għandhomx ikunu żvelati.

Artikolu 8

1. L-eżami tax-xejra ta' importazzjonijiet, tal-kondizzjonijiet li fihom iseħħu u tal-ħsara serja jew theddida ta' ħsara serja lill-produtturi tal-Komunità li jirriżultaw minn importazzjonijiet bħal dawn, għandu jkopri partikolarment il-fatturi li ġejjin. -

(a) il-volum tal-importazzjonijiet, partikolarment fejn kien hemm żieda sinjifikanti, skond termini assoluti jew relatati ma' produzzjoni jew konsum fil-Komunità;

(b) il-prezz tal-importazzjonijiet, partikolarment fejn kien hemm tnaqqis sinifikanti fil-prezz kif paragunat mal-prezz ta' prodott simili fil-Komunità;

(ċ) l-impatt konsegwenti fuq il-produtturi tal-Komunità ta' prodotti simili jew direttament kompetittivi kif indikat mix-xejriet f'ċerti fatturi ekonomiċi bħal:

- produzzjoni,

- utilizzazzjoni tal-kapaċità,

- ħażniet,

- bejgħ,

- sehem fis-suq,

- prezzijiet (jiġifieri waqgħa fil-prezzijiet jew prevenzjoni ta' żidiet fil-prezzijiet li setgħu normalment seħħew),

- profitti,

- prospett fuq kapital użat,

- ċirkolazzjoni ta' flus kontanti,

- xogħol.

2. Waqt li qed tmexxi l-investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis is-sistema ekonomika partikolarment tal-pajjiżi li saret referenza għalihom fl-Anness I.

3. Meta theddida ta' ħsara serja hija allegata l-Kummissjoni għandha ukoll teżamina jekk hux ta' min jara ċar minn qabel li sitwazzjoni partikolari x'aktarx ser tiżviluppa fi ħsara attwali. F'dan ir-rigward għandhom jitqiesu fatturi bħal:

(a) ir-rata ta' żieda tal-merkanzija esportata lejn il-Komunità;

(b) il-kapaċità ta' esportazzjoni fil-pajjiż ta' origini jew esportazzjoni, li hi ġa eżistenti jew li se tkun taħdem fil futur qrib u l-probabbiltà li l-esportazzjoni riżultanti tkun lejn il-Komunità.

TITOLU IV

Sorveljanza

Artikolu 9

1. Billi l-interessi tal-Komunità hekk jeħtieġu, il-Kummissjoni tista' fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha:

(a) tiddeċiedi li tintroduċi sorveljanza retrospettiva tal-Komunità dwar ċerti importazzjonijiet, skond il-proċedura preskritta mill-Kummissjoni;

(b) tiddeċiedi, għall-għanijiet ta' monitoraġġ tax-xejra ta' din l-importazzjonijiet, biex tagħmel ċerti importazzjonijiet suġġett għal sorveljanza minn qabel mill-Komunità, skond l-Artikolu 10.

2. Il-miżuri ta' sorveljanza għandhom ikollhom perjodu limitat ta' validità. Jekk mhux stipulat mod ieħor dawn għandhom jieqfu li jkunu validi fit-tmiem tat-tieni perjodu ta' sitt xhur wara s-sitt xhur li fihom il-miżuri ġew introdotti.

Artikolu 10

1. Prodotti taħt sorveljanza preċedenti tal-Komunità jistgħu jitqiegħdu f'ċirkolazzjoni ħielsa biss fuq preżentazzjoni ta' dokument ta' importazzjonijiet. Dokument bħal dawn għandu jkun awtorizzati mill-awtorità kompetenti nominata mill-Istati Membri, ħielsa mir-responsabbiltajiet, għal kull talba ta' kwantità u fi żmien massimu ta' ħamest ijiem tax-xogħol wara riċevuta minn awtorità nazzjonali kompetenti ta' dikjarazzjoni minn kull importatur mill Komunità, immaterjalment fejn hu l-post tiegħu tal-kummerċ fil-Komunità. Din id-dikjarazzjoni għandha titqies bħala li ġiet irċevuta mill-awtorità kompetenti nazzjonali mhux aktar tard minn tlitt ijiem tax-xogħol wara s-sottomissjoni, sakemm ma jiġix ipprovat mod ieħor.

2. Formola li tikkorrespondi mal-mudell mogħti fl-Anness IV għandha tkun użata għad-dokument ta' importazzjoni u d-dikjarazzjoni mill-importatur.

Informazzjoni addizzjonali ma' dik imsemmija fil-formola hawn fuq imsemmija tista' tkun meħtieġa. Informazzjoni bħal din għandha titniżżel fid-deċiżjoni biex tiġi imposta sorveljanza.

3. Id-dokument ta' importazzjonijiet għandu jkun validu għall-Komunità kollha, irrespettivament mil-liema Stat Membru ikun ħareġ.

4. Jekk jinstab li l-prezz ta' l-unità li bih transazzjoni tkun effettwata jeċċedi dak indikat fid-dokument ta' importazzjonijiet b'inqas minn 5 % jew li l-valur totali jew il-kwantità tal-prodotti preżenti għall-importazzjonijiet jeċċedu l-valur jew kwantità mogħtija fid-dokument ta' importazzjonijiet b'inqas minn 5 % dan m'għandux jipprekludi ir-rilaxx ta' ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodott partikolari. Il-Kummissjoni, wara li tkun semgħet l-opinjoni espressa fil-Kumitat u tkun qieset in-natura tal-prodotti u fatturi speċjali oħra tat-transazzjonijiet konċernati, tista' tiffissa persentaġġ differenti, li, madanakollu, m'għandux normalment jeċċedi l-10 %.

5. Dokumenti ta' importazzjonijiet jistgħu jintużaw biss għaż-żmien tali li fih arranġamenti għal-liberalizzazzjoni ta' importazzjonijiet jibqgħu fis-seħħ fir-rispett tat-transazzjonijiet konċernati. Id-dokumenti ta' importazzjonijiet imsemmija ma jistgħu fl-ebda okkażjoni jkunu użati lil hinn minn meta jagħlaq iż-żmien tal-perjodu li għandu jitniżżel fl-istess żmien u permezz ta' l-istess proċedura ta' l-importazzjonijiet ta' sorveljanza, u li għandu jqis in-natura tal-prodotti u fatturi speċjali oħra tat-transazzjonijiet.

6. Meta d-deċiżjoni għandha tittieħed skond kif jeħtieġ skond l-Artikolu 9, l-oriġini ta' prodotti taħt sorveljanza tal-Komunità għandu jiġi pprovat b'ċertifikat ta' oriġini. Dan il-paragrafu m'għandux jippreġudika dispożizzjonijiet oħrajn li jirrigwardaw il-produzzjoni ta' xi ċertifikat bħal dan.

7. Meta l-prodott taħt sorveljanza preċedenti tal-Komunità hu suġġett għall-miżuri ta' salvagwardja reġjonali f'xi Stat Membru, l-awtorizzazzjoni ta' importazzjonijiet mogħtija minn dak l-Istat Membru tista' tieħu post id-dokument ta' importazzjonijiet.

Artikolu 11

Meta l-interessi tal-Komunità hekk jeħtieġu, il-Kummissjoni tista', fuq it-talba ta' xi Stat Membru jew fuq l-inizattiva tagħha, jekk is-sitwazzjoni li saret referenza għaliha fl-Artikolu 15(1) x'aktarx tinħoloq:

- tillimita l-perjodu ta' validità ta' kull dokument ta' importazzjonijiet meħtieġ;

- toħroġ dan id-dokument soġġett għal ċerti kondizzjonijiet u, bħala miżura eċċezzjonali, soġġett għall-inseriment ta' klawsola ta' revoka, jew, bil-frekwenza u għal-tul ta' żmien indikat mill-Kummissjoni, għall-informazzjoni preċedenti u l-proċedura ta' konsultazzjoni li saret referenza għaliha fl-Artikolu 3.

Artikolu 12

Meta l-importazzjonijiet ta' prodott ma kinitx magħmula soġġett għal sorveljanza preċedenti tal-Komunità f'perjodu ta' tmint ijiem tax-xogħol wara t-tmiem tal-konsultazzjoni, il-Kummissjoni tista' tintroduċi, skond l-Artikolu 17, sorveljanza ristretta għal importazzjonijiet minn xi reġjun jew aktar tal-Komunità.

Artikolu 13

1. Prodotti taħt sorveljanza reġjonali jistgħu jitqiegħdu f'ċirkolazzjoni ħielsa fir-reġjun konċernat biss fuq preżentazzjoni ta' dokument ta' importazzjonijiet. Dokument bħal dan għandu jkun awtorizzat mill-awtorità kompetenti nominata mill-Istati Membri konċernati, ħieles mir-responsabbiltà, għal kull talba kwantitattiva u fiż-żmien massimu ta' ħamest ijiem tax-xogħol wara riċevuta mill-awtorità nazzjonali kompetenti ta' dikjarazzjoni minn kull importatur mill-Komunità, immaterjalment fejn hu l-post tiegħu tal-kummerċ fil-Komunità. Din id-dikjarazzjoni għandha titqies bħala li ġiet riċevuta mill-awtorità kompetenti nazzjonali mhux aktar tard minn tlitt ijiem tax-xogħol wara s-sottomissjoni, sakemm ma jiġix ipprovat mod ieħor. Dokumenti ta' importazzjonijiet jistgħu jintużaw biss għal żmien tali li fih arranġamenti għal-liberizzazzjoni ta' importazzjonijiet jibqgħu fis-seħħ meta jidħlu fis-seħħ in-negozji konċernati.

2. Formola li tikkorrispondi mal-mudell mogħti fl-Anness IV għandha tkun użata għad-dokument ta' importazzjonijiet u d-dikjarazzjoni mill-importatur.

Informazzjoni addizzjonali ma' dik imsemmija hawn fuq tista' tkun meħtieġa. Informazzjoni bħal din għandha tiġi mniżżla fid-deċiżjoni biex tiġi imposta sorveljanza.

Artikolu 14

1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fi żmien l-ewwel għaxart ijiem ta' kull xahar fil-każ ta' sorveljanza tal-Komunità jew reġjonali:

(a) fil-każ ta' sorveljanza preċedenti, dettalji tas-somom ta' flus (kalkulati fuq il-bażi ta' prezzijiet cif) u kwantitajiet ta' merkanzija li dwarhom nħarġu dokumenti ta' importazzjonijiet jew awtorizzati matul il-perjodu preċedenti;

(b) f'kull każ, dettalji ta' importazzjonijiet matul il-perjodu qabel il-perjodu li saret referenza għalih fis-sub-paragrafu (a).

L-informazzjoni fornuta mill-Istati Membri għandha tiġi analizzata skond il-prodott u l-pajjiż.

Dispożizzjonijiet differenti jistgħu jitniżżlu fl-istess żmien u bl-istess proċedura bħal ta' l-arranġamenti ta' sorveljanza.

2. Meta n-natura tal-prodott jew ċirkostanzi speċjali hekk jirrikjedu, il-Kummisjoni tista', fuq talba ta' xi Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha temenda l-iskedi biex tingħata din l-informazzjoni.

3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri.

TITOLU V

Miżuri ta' salvagwardja

Artikolu 15

1. Meta prodott huwa importat fil-Komunità fi kwantitajiet kbar hekk miżjuda jew skond kondizzjonijiet tali hekk li jikkawżaw, jew jhedded li jikkawża, dannu serju lill-produtturi tal-Komunità ta' prodotti simili jew li jistgħu jikkompetu direttament, il-Kummissjoni, sabiex tħares l-interessi tal-Komunità, tista', taġixxi għat-talba ta' xi Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha, tibdel ir-regolamenti ta' importazzjonijiet għal dak il-prodott iżda li dan ikun jista' jitqiegħed f'ċirkolazzjoni ħielsa biss fuq preżentazzjoni ta' awtorizzazzjoni ta' importazzjonijiet, li l-għoti tagħha għandu jkun irregolat b'dawk id-dispożizzjonijiet u bla ħsara għal limiti tali kif il-Kummissjoni għandha tniżżel.

2. Il-miżuri adottati għandhom ikunu kkomunikati bla telf ta' żmien lill-Kunsill u lill-Istati Membri, u jiġu effettwati minnufih.

3. (a) Il-miżuri li saret referenza għalihom f'dan l-Artikolu għandhom japplikaw għal kull prodott li jiġi mqiegħed f'ċirkolazzjoni ħielsa wara d-dħul tagħhom fis-seħħ. Skond l-Artikolu 17 huma għandhom jgħoddu għal reġjun jew aktar tal-Komunità.

(b) Madankollu, miżuri bħal dawn m'għandhomx jipprevjenu r-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa ta' prodotti li jkunu ġa fi triqthom lejn il-Komunità iżda li d-destinazzjoni ta' prodotti tali m'għandhiex tkun mibdula u li dawk il-prodotti li, taħt l-Artikolu 10 u 13, jistgħu jitqiegħdu f'ċirkolazzjoni ħielsa biss fuq preżentazzjoni ta' dokument ta' importazzjonijiet huma fil-fatt akkumpanjati minn dokument bħal dan.

4. Meta l-intervent mill-Kummissjoni ikun sar wara talba minn xi Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni f'massimu ta' ħamest ijiem tax-xogħol wara li tkun irċeviet din it-talba.

5. Kull deċiżjoni li tittieħed mill-Kummissjoni taħt dan l-Artikolu għandha tkun ikkomunikata lill-Kunsill u lill-Istati Membri. Kull Stat Membru jista', fi żmien xahar wara l-jum tal-komunikazzjoni, jirreferi deċiżjoni tali lill-Kunsill.

6. Jekk xi Stat Membru jirreferi d-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Kunsill jista', jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jikkonferma, jemenda jew jirrevoka id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Jekk fi żmien tliet xhur wara r-referenza tal-kwistjoni lill-Kunsill dan ta' l-aħħar ma jkunx għadu ħa deċiżjoni, il-miżuri meħuda mill-Kummissjoni għandha titqies bħala li ġiet revokata.

Artikolu 16

1. Il-Kunsill jista', partikolarment fis-sitwazzjoni li saret referenza għaliha fl-Artikolu 15(1), jadotta miżuri xierqa. Hu għandu jagixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni.

2. L-Artikolu 15(3) għandu japplika.

Artikolu 17

Meta, fuq bażi, partikolarment, tal-fatturi li saret referenza għalihom fl-Artikolu 8, joħroġ li l-kondizzjonijiet preskritti għal adozzjoni ta' miżuri taħt it-Titolu IV u l-Artikolu 15 jaqblu għal xi reġjun jew aktar tal-Komunità, il-Kummissjoni, wara li tkun eżaminat soluzzjonijiet alternattivi, tista' eċċezzjonalment tawtorizza l-applikazzjoni ta'miżuri ta'sorveljanza jew ta' salvagwardja limitati għar-reġjun (i) konċernat (i) jekk hi tikkunsidra li miżuri bħal dawk applikati f'dak il-livell huma aktar xierqa minn miżuri applikati mal-Komunità kollha.

Dawn il-miżuri għandhom ikunu temporanji u għandhom itellfu l-operazzjoni tas-suq intern mill-inqas possibbli.

Dawn il-miżuri għandhom ikunu adottati skond il-proċeduri imniżżla fl-Artikolu 9 u 15 rispettivament.

Artikolu 18

1. Waqt li kull sorveljanza jew miżura ta' salvagwardja applikati skond Titolu it-IV u V tkun qed tiġi mħaddma, konsultazzjonijiet fil-Kumitat kif ipprovduti fl-Artikolu 4 għandha ssir, jew fuq talba ta' xi Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. L-għan ta' dawn il-konsultazzjoni għandu jkun:

(a) li jkunu eżaminati l-effetti tal-miżuri;

(b) li jkun assigurat jekk l-applikazzjoni tagħha għadhiex neċessarja.

2. Meta, bħala riżultat tal-konsultazzjoni li saret referenza għaliha fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tikkonsidra li kull sorveljanza jew miżura ta' salvagwardja li saret referenza għalihom fit-Titoli IV u V għandhom jiġu revokati jew emendati, hija għandha tipproċedi kif ġej:

(a) Meta l-Kunsill ma jkunx ħa deċiżjoni fuq xi miżura u din tittieħed mill-Kummissjoni, din ta' l-aħħar għandha temenda jew tirrevoka miżura tali bla telf ta' żmien u għandha immedjatament tibgħat rapport lill-Kunsill;

(b) fil-każi l-oħra kollha, il-Kummissjoni għandha tipproponi lill-Kunsill li l-miżuri adottati mill-Kunsill ikunu revokati jew emendati. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.

Meta din id-deċiżjoni tikkonċerna miżura ta' sorveljanza reġjonali, hi għandha tapplika mis-sitt jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjalital-Komunitajiet Ewropej.

TITOLU VI

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 19

1. Dan ir-Regolament m'għandux jipprekludi t-twettiq ta'obbligazzjonijiet li jqumu minn regoli speċjali li jkunu jinsabu fi ftehim konklużi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi.

2. (a) Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità, dan ir-Regolament m'għandux jipprekludi l-adozzjoni jew l-applikazzjoni mill-Istati Membri:

(i) ta' projbizzjonijiet, restrizzjonijiet kwantitattivi jew miżuri ta' sorveljanza fuq sisien ta' moralità pubblika, sistema pubblika jew sigurtà pubblika; il-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja ta' bnedmin, annimali jew pjanti, il-protezzjoni ta' teżori nazzjonali li għandhom valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku, jew il-protezzjoni ta' propjeta industrijali u kummerċjali;

(ii) ta' formalitajiet speċjali li jirrigwardaw il-kambju barrani;

(iii) ta' formalitajiet introdotti bis-saħħa ta' ftehim internazzjonali skond it-Trattat.

(b) L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-miżuri jew formalitajiet li ser ikunu introdotti kif emendati skond dan il-paragrafu. Fil-każ ta' urġenza estrema, il-miżuri jew formalitajiet nazzjonali partikolari għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni immedjatament kif isseħħ l-adozzjoni tagħhom..

Artikolu 20

1. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-operazzjonijiet ta' l-istrumenti li twaqqaf l-organizazzjoni komuni ta' swieq agrikoli jew tal-Komunità jew ta' dispozizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jkunu ġejjin minnhom jew ta' l-istrumenti speċifiċi adottati taħt l-Artikolu 235 tat-Trattat applikabbli għal merkanzija li tirriżulta mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli; dan għandu jitħaddem permezz ta' kumplament għal dawk l-istrumenti.

2. Madankollu, fil-każ ta' prodotti koperti mill-istrumenti li saret referenza għalihom fil-paragrafu 1, l-Artikolu 9 sa 14 u 18 m'għandhom japplikaw għal dawk li dwarhom ir-regoli tal-Komunità dwar kummerċ ma' pajjiżi terzi jeħtieġu l-produzzjoni ta' liċenza jew dokument ta' importazzjonijiet.

L-Artikoli 15, 17 u 18 m'għandhomx japplikaw għal dawk il-prodotti li dwarhom regoli bħal dawn jagħmlu d-dispozizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' restrizzjonijiet ta' importazzjonijiet kwantitattivi.

Artikolu 21

Sal-31 ta' Diċembru 1995, l-Ispanja u l-Portugall jistgħu jżommu r-restrizzjonijiet kwantitattivi fuq prodotti agrikoli li saret referenza għalihom fl-Artikoli 77, 81, 244, 249 u 280 ta'l-Att ta' l-Adeżjoni.

Artikolu 22

Għal 1994, il-livell tal-kwoti li saret referenza għalihom fl-Artikolu 1(2) għandhom ikunu ridotti fi proporzjon għall-perjodu ta' applikazzjoni, kif indikat fl-Anness II.

Il-prodotti li ġejjin m'għandhomx ikunu soġġetti għal dawk il-kwoti u jistgħu jitqiegħdu f'ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità:

- prodotti ġa fi triqthom lejn il-Komunità fid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, iżda li d-destinazzjoni ta' prodotti bħal dawn ma tistax tinbidel;

- prodotti li għalihom tinħareġ liċenza ta' importazzjoni minn persuni ta' nazzjonalità ta' awtoritajiet kompetenti skond id-dispozizzjonijiet tat-Titolu IV tar-Regolament (KEE) Nru 3420/83, u li fil-fatt huma akkumpanjati minn liċenza bħal din.

Id-dispozizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/94 tas-7 Marzu 1994 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità biex tamministra kwoti kwantittativi [6] huma applikabbli għall-kwoti li saret referenza għalihom fl-Anness II.

Artikolu 23

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 1765/82, (KEE) Nru 1766/82 u (KEE) No 3420/83 huma b'dan imħassra. Referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jinftiehmu bħala li qed jirreferu għal dan ir-Regolament.

Artikolu 24

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-15 ta'Marzu 1994.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu direttament applikabbli għall-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Marzu 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

Th. Pangalos

[1] ĠU L 195, tal-5.7.1982, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1013/93 (ĠU L 105, tat-30.4.1993, p. 1).

[2] ĠU L 195, tal-5.7.1982, p. 21. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1409/86 (ĠU L 128, ta' l-14.5.1986, p. 25).

[3] ĠU L 346, tat-8.12.1983, p. 6. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 848/92 (ĠU L 89, ta' l-4.4.1992, p. 1.)

[4] ĠU L 250, tad-19.9.1985, p. 2.

[5] Ara paġna 1 ta' din il-Gazzetta Uffiċjali.

[6] ĠU L 66, ta' l-10.3.1994, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Lista ta' pajjiżi terzi l-Albanija

L-Armenja

L-Ażerbajġan

Il-Belarus

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

L-Estonja

Il-Ġorġja

Il-Każakastan

Il-Korea ta' Fuq

Il-Kirgistan

Il-Latvja

Il-Litwanja

Il-Moldova

Il-Mongolja

Ir-Russja

It-Taġikistan

It-Turkmenistan

L-Ukrajna

L-Użbekistan

Il-Vjetnam

--------------------------------------------------

ANNESS II

Lista ta'kwoti għal ċerti prodotti mibdija fiċ-Ċina

Deskrizzjoni tal-prodott | Kodiċi SA/NM | Kwoti (bażi annwali) | Kwoti (15 ta' Marzu sa 31 ta' Diċembru 1994) |

Ingwanti | 420329 | EKU 95865000 | EKU 75893125 |

Żraben fi ħdan il-Kodiċijiet SA/NM | ex640219ex640299 | 35000000 pari | 27708333 pari |

ex640319 | 2750000 pari | 2177083 pari |

640351640359 | 2500000 pari | 1979167 pari |

ex640391ex640399 | 9926000 pari | 7858083 pari |

ex640411 | 16850000 pari | 13339583 pari |

64041910 | 29052000 pari | 22999500 pari |

Reċipjenti ta' fuq il-mejda, oġġetti tal-kċina tal-porċellana jew taċ-ċajna | 691110 | 39000 tunellata | 30875 tunellata |

Oġġetti tal-mejda taċ-Ċeramika, Oġġetti tal-kċina differenti minn porċellana jew ċajna | 691200 | 29700 tunellata | 23513 tunellata |

Oġġetti tal-ħġieġ għall-użu tal-mejda, kċina, tojlet, eċċ. | 7013 | 11000 tunellata | 8708 tunellata |

Riċevituri tax-xandir bir-radju li jaqgħu taħt il-SA/NM kodiċijiet | 852721 | 2100000 biċċa | 1662500 biċċa |

| 852729 | 170000 biċċa | 134583 biċċa |

Ġugarelli li jaqgħu taħt il-SA/NM kodiċijiet | 950341 | EKU 200798000 | EKU 158965083 |

| 950349 | EKU 83851000 | EKU 66382042 |

| 950390 | EKU 508016000 | EKU 402179333 |

--------------------------------------------------

ANNESS III

Lista ta' prodotti li nbdew fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, soġġetta għal Sorveljanza tal-Komunità

Deskrizzjoni tal-prodott | Kodiċi SA/NM |

Tħejjija ta' ikel li jaqa' taħt il-kodiċi SA/NM | 19019090 |

Ċikwejra nkaljata | 21013011 |

Sostituti oħra ta' kafe inkaljat | 21013019 |

Kronju triossidu | 28191000 |

Ammonja kloridu | 28271000 |

Alkoħol polidroniku ieħor | 29054990 |

Aċidu citriku | 29181400 |

Monotjoli | 29349060 |

Tetraċilin u dawk mnissla minnu | 29413000 |

Kloramfenikol | 29414000 |

Kuluranti bażiċi bi tħejjijjiet ibbażati fuq dan | 32041300 |

likwidi b'żebgħa mdewba fihom u tħejjijiet bbażata fuq dan | 32041500 |

Kuluranti reattivi u tħejjijiet bbażati fuq dan | 32041600 |

Oġġetti oħra ta' kulur, inkluż taħlit | 32041900 |

Pirotekniku Artikolu | 3604 |

Alokoħol bi kloridu ta' vinil | 39052000 |

Xedd tas-saqajn li jaqgħu taħt il-kodiċijiet SA/NM | ex640219ex640299ex640319ex640391ex640399ex640411 |

Pajpijiet taċ-ċeramika, ġifien, pajpijiet li jitqegħdu f'kanali | 69060000 |

Ċangatura u ċangar taċ-ċeramika żmaltati | 69071000 |

Affarijiet taċ-ċeramika ornamentali jew porċellana jew kina | 691310 |

Xogħol ieħor tal-ħġieġ taħt il-SA/NM kodiċi | 700490 |

Damiġġjani, fliexken u reċipjenti oħra tal-ħġieġ ta' għamla għall konvenjenza jew ippakkjar ta' oġġetti | 7010 |

Żingu, mhux illigat, li għandu piż mhux anqas minn 99,99 % ta' żingu | 790112 |

Roti | 871200 |

Ġugarelli li jaqgħu taħt il-Kodiċijiet SA/NM | 950330950360 |

Karti tal-logħob | 950440 |

Xkupi u xkupilji li jaqgħu taħt il-kodiċijiet SA/NM | 960321960329960330960340960390 |

--------------------------------------------------

ANNESS IV

Lista ta' partikolarijiet li għandhom jingħataw fil-kaxxi tad-

DOKUMENT TA' SORVELJANZA

1. Applikant

(isem, indirizz sħiħ, pajjiż)

2. Nru ta' reġistrazzjoni

3. Min jikkonsenja (isem, indirizz, pajjiż)

4. Awtoritajiet kompetenti ta' ħruġ

(isem u indirizz)

5. Min jagħmel id-dikjarazzjoni (isem u indirizz)

6. L-aħħar jum ta' validità

7. Oriġini tal-pajjiż

8. Pajjiż ta' konsenja

9. Lok propost u data ta' importazzjonijiet

10. Referenza għar-Regolament (KE) li impona sorveljanza

11. Deskrizzjoni tal-merkanzija, marki u numri, numru u għamla ta' pakketti

12. Il-kodiċi tal-merkanzija (NM)

13. Massa sħiħa (kg)

14. Massa ta' dak li jibqa' (kg)

15. Biċċiet miżjuda

16. valur tas-cif KE fruntiera f'ekus

17. Aktar partikolarijiet

18. Ċertifikazzjoni mill-applikant:

Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika illi t-tagħrif ipprovdut f'din l-applikazzjoni hija vera u ġenwina.

Data u post | |

(firma) | (timbru) |

19. Timbru ta' l-awtoritajiet kompetenti

Data | |

(firma) | (timbru) |

Oriġinal għall-applikant

Kopja għall-awtoritajiet kompetenti

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------