31994L0071

Id-Direttiva tal-Kunsill 94/71/KE tat-13 ta' Diċembru 1994 li temenda d-Direttiva 92/46/KEE li tistabbilixxi r-regoli dwar is-saħħa għall-produzzjoni u tqiegħed fis-suq ta' ħalib nej, ħalib ittrattat bis-sħana u prodotti bbażati fuq il-ħalib

Official Journal L 368 , 31/12/1994 P. 0033 - 0037
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 65 P. 0263
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 65 P. 0263
CS.ES Chapter 03 Volume 17 P. 115 - 119
ET.ES Chapter 03 Volume 17 P. 115 - 119
HU.ES Chapter 03 Volume 17 P. 115 - 119
LT.ES Chapter 03 Volume 17 P. 115 - 119
LV.ES Chapter 03 Volume 17 P. 115 - 119
MT.ES Chapter 03 Volume 17 P. 115 - 119
PL.ES Chapter 03 Volume 17 P. 115 - 119
SK.ES Chapter 03 Volume 17 P. 115 - 119
SL.ES Chapter 03 Volume 17 P. 115 - 119


Id-Direttiva tal-Kunsill 94/71/KE

tat-13 ta' Diċembru 1994

li temenda d-Direttiva 92/46/KEE li tistabbilixxi r-regoli dwar is-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' ħalib nej, ħalib ittrattat bis-sħana u prodotti bbażati fuq il-ħalib

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEĀ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE tas-16 ta' Ġunju 1992 li tistabbilixxi r-regoli dwar is-saħħa għall-produzzjoni u t-tqiegħed fis-suq ta' ħalib nej, ħalib ittrattat bis-sħana u prodotti bbażati fuq il-ħalib [1], u partikolarment l-Artikolu 21 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi, b'segwiment ta' studju dettaljat ta' ċerti dispożizzjonijiet fl-Annessi tad-Direttiva 92/46/KEE, instab li huwa meħtieġ li jsiru ċerti aġġustamenti tekniċi sabiex jassiguraw applikazjoni aħjar; billi emendi bħal dawn jikkonċernaw, partikolarment, it-temperaturi tal-ġbir tal-ħalib nej, ir-regoli dwar tagħmir fl-istabbilimenti tat-trattament jew ta' l-ipproċessar u l-manifattura tal-ħalib ittrattat bis-sħana u l-prodotti bbażati fuq il-ħalib,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva 92/46/KEE hija b'hekk emendata kif ġej:

1. fl-Anness A, il-Kapitolu 1(1):

(i) il-frażi segwenti għandha tkun miżjuda mal-punt (b)(i):

"apparti minn meta l-ħalib ikun intiż għall-manifattura ta' ġobon b'perijodu ta' maturità ta' mill-anqas xahrejn";

(ii) is-subparagrafu segwenti għandu jkun miżjud:

"Ħalib u prodotti bbażati fuq il-ħalib m'għandhomx jaslu minn żona ta' sorveljanza stabbilita permezz tad-Direttiva 85/511/ KEE [2](*), sakemm il-ħalib ma jkunx għadda minn, taħt is-superviżjoni ta' l-awtorità kompetenti, pasturizzazzjoni inizjali (71,7 oĊ għal 15-il sekonda) segwita bi:

(a) it-tieni trattament ta' sħana li jirriżulta f'reazzjoni negattiva tat-test tal-peroxidase; jew

(b) proċedura ta' tnixxif inklużi sħanat li jkollhom l-effett ekwivalenti għal trattament tas-sħana li hemm dispożizzjoni dwaru f'(a); jew

(ċ) it-tieni trattament li bieħ il-pH ikun imnaqqas u miżmum għal mill-anqas siegħa f'anqas minn 6."

2. fl-Anness A, il-Kapitolu III(A)(2) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"2. Immedjatament wara li ssir il-ħlieb, il-ħalib għandu jitqiegħed ġewwa post nadif hekk atrezzat li jevita effetti ħżiena fuq il-kwalità tal-ħalib. Jekk il-ħalib ma jkunx miġbur bi żmien sagħtejn mill-ħlieb, għandu jkun imkessaħ lejn temperatura ta' 8 oC jew anqas fil-każ ta' ġbir ta' kuljum jew 6 oC jekk il-ġbir ma jsirx kuljum. Jekk il-ħalib ikun qiegħed jiġi ttrasportat lejn stabbiliment tat-trattament u/jew ta' l-ipproċessar, it-temperatura tal-ħalib imkessaħ m'għanhiex teċċedi 10 oC sa kemm il-ħalib ma jkunx ġie miġbur fi żmien sagħtejn mill-ħlib.

Għal raġunijiet teknoloġiċi li jikkonċernaw il-manifattura ta' ċerti prodotti bbażati fuq il-ħalib, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw derogi mit-temperaturi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu basta li l-prodott finali jilħaq in-normi stabbiliti fil-Kapitolu II ta' l-Anness Ċ.";

3. fl-Anness A, il-Kapitolu IV:

(a) it-titolu għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Normi li għandhom ikunu milħuqa fil-waqt tal-ġbir mill-qasam tal-produzzjoni għall-aċċettazjoni ta' ħalib nej fi stabbilimenti tat-trattament jew ta' l-ipproċessar";

(b) is-sentenza introduttorja segwenti għandha tkun miżjuda qabel it-Taqsima A:

"Għal konformità mà dawn in-normi, test separat għandu jkun imwettaq fuq kampjun rappreżentattiv tal-ħalib nej miġbut minn kull qasam tal-produzzjoni.";

(ċ) fil-punti A.1 u A.2, nota (b) għandha tkun mibdula b'dan li ġej:

"(b) Medja ġeometrika matul perijodu ta' tliet xhur, mill-inqas kampjun wieħed kull xahar. Meta l-livelli tal-produzzjoni jvarjaw konsiderevolment skond l-istaġun, l-Istati Membri jistgħu jkunu awtorizzati, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31 ta' din id-Direttiva, li japplikaw metodu differenti ta' kif jikkalkolaw ir-riżultati matul il-perijodu ta' treddigħ baxxa;"

4. fl-Anness A, il-Kapitolu IV, it-Taqsima Ċ għandha tkun mibdula b'dan li ġej:

"Ċ. Ħalib nej tal-mogħoż, tan-nagħaġ u tal-buflu għandu jilħaq in-normi segwenti:

1. jekk intiż għall-manifattura ta' ħalib għax-xork ittrattat bis-sħana jew prodotti bbażati fuq ħalib ittrattat bis-sħana:

| Mill–ta' l-1.1.1995 | Mill–ta' l-1.2.1999 |

Għadd ta' plakka fi 30 °C (kull ml) | ≤ 3000000 | < 1500000 [3] |

2. jekk huwa intiż għall-manifattura ta' prodotti magħmula minn ħalib nej minn proċess li ma jinvolvix xi trattament tas-sħana:

| Mill–ta' l-1.1.1995 | Mill–ta' l-1.1.1999 |

Għadd ta' plakka fi 30 °C (kull ml) | ≤ 1000000 | < 500000" |

5. fl-Anness B, il-Kapitolu 1, il-kliem introduttorju ta' 3 għandu jkun mibdul bis-segwenti:

"3. fi kmamar fejn il-materjali nejjin u l-prodotti koperti b'din id-Direttiva huma maħżuna, l-istess kondizzjonijiet bħal dawk fi 2(a) sa (f), apparti milli:";

6. fl-Anness B, il-Kapitolu II(A)(3) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"3. L-oqsma fejn isir ix-xogħol, l-istrumenti u tat-tagħmir tax-xogħol għandhom ikunu użati biss għal xogħol fuq prodotti li dwarhom approvazzjoni tkun ġiet mogħtija.

B'dana kollu, b'segwiment ta' l-awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti, dawn jistgħu jkunu użati fl-istess waqt jew f'ħinijiet oħra għal xogħol fuq oġġetti oħra ta' l-ikel tajbin għal konsum uman jew prodotti oħra bbażati fuq ħalib għal konsum uman imma intiżi għall-użu apparti milli għal konsum uman, basta li dawn ma joħolqux kontaminazzjoni tal-prodotti li dwarhom l-approvazzjoni kienet ġiet mogħtija.";

7. fl-Anness B, it-titolu tal-Kapitolu III għandu jkun mibdul bi:

"Ħtiġiet speċjali għal ċentri approvati ta' ġbir";

8. fl-Anness B, it-titolu tal-Kapitolu IV għandu jkun mibdul bi:

"Ħtiġiet speċjali għal ċentri approvati ta' normalizzazzjoni";

9. fl-Anness B, il-Kapitolu V(a) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"(a) tagħmir għall-mili mekkaniku u s-siġillar xieraq awtomatiku ta' kontenituri li huma wżati għall-imballaġġ ta' ħalib tax-xorb ittrattat bis-sħana u prodotti bbażati fuq il-ħalib f'għamla likwida, wara l-mili, sakemm l-operazzjonijiet bħal dawn ikunu mwettqa hemmhekk. Din il-ħtieġa ma tapplikax għal żingli, tankijiet u ppakkjar fil-massa ta' aktar minn 4 litri.

B'dana kollu, fil-każ tal-produzzjoni llimitata ta' ħalib likwidu intiż għax-xorb, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw metodi alternattivi billi jużaw meżżi ta' mili u ssiġillar li ma humiex awtomatiċi, basta li l-metodi bħal dawk ikollhom assigurazzjonijiet egwali fir-rigward ta' l-iġene.";

10. fl-Anness B, il-Kapitolu V(b), ir-referenza: "f'każi li hemm provvediment dwarhom fl-Anness A, il-Kapitoli III u IV", għandha tkun mibdulha bir-referenza: "fil-każi li hemm provvediment dwarhom fil-Kapitoli II u IV.";

11. fl-Anness B, il-Kapitolu V(f) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"(f) 1. fil-każ ta' stabbilimenti tat-trattament, it-tagħmir approvat tat-trattament tas-sħana jew awtorizzat mill-awtorità kompetenti, mgħammra bi:

- kontroll awtomatiku tat-temperatura,

- termometru li jirreġistra,

- apparat awtomatiku ta' sigurtà li ma jħallix sħana insuffiċjenti,

- sistema ta' sigurtà adegwata li ma tħallix it-taħlita tal-ħalib ittrattat bis-sħana ma ħalib mhux imsaħħan biżżejjed,

- apparat awtomatiku ta' reġistrar għas-sistema ta' sigurtà li hemm referenza dwarha fl-inċiż preċedenti jew fi proċedura għal monitoraġġ ta' l-affettività tas-sistema.

B'dana kollu, meta jkunu japprovaw stabbilimenti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw tagħmir differenti b'imġiba ekwivalenti li tiggarantixxi u tassigura egwalment f'dak li jirrigwardja l-iġene.

2. fil-każ ta' l-istabbilimenti ta' l-ipproċessar, sa kemm l-operazzjonijiet bħal dawk ikunu mwettqa hemmhekk, it-tagħmir u l-metodi għas-sħana, it-termizzazzjoni jew it-trattament bis-sħana, li jilħqu l-ħtiġiet ta' l-iġene.";

12. fl-Anness B, il-Kapitolu VI(3) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"3. Tagħmir, kontenituri u installazzjonijiet li jiġu f'kuntatt mal-ħalib jew mal-prodotti bbażati fuq il-ħalib jew mal-materjali oħra nejjin li jitħassru matul il-produzzjoni għandhom ikunu mnaddfa u jekk meħtieġ iddisinfettati skond frekwenza u proċeduri konsistenti mal-prinċipji li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 14(1).";

13. fl-Anness B, il-Kapitolu VI(4) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"4. Il-bini fejn isir it-trattament għandu jkun imnaddaf skond frekwenza u proċeduri konsistenti mal-prinċipji li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 14(1).";

14. fl-Anness Ċ, fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Kapitolu I(A)(2), il-kelma "tal-baqar" għandu jkunu miżjud wara "ħalib nej";

15. fl-Anness Ċ, l-ewwel subinċiż ta' Kapitolu I(A)(3)(a) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"— ħalib nej, jekk ma jkunx ittrattat fi żmien 36 siegħa ta' l-aċċettazzjoni, ma jkunx jeċċedi immedjatament qabel it-trattament tas-sħana ta' għadd ta' plakka fi 30 °C ta' 300000 kull ml fil-każ ta' ħalib tal-baqar,";

16. fl-Anness Ċ, is-segwenti għandu jkun miżjud ma' Kaptolu I(A)(4)(d):

"Ħalib ippastorizzat jista' jkun prodott fl-istess kondizzjonijiet minn ħalib nej li jkun għadda biss minn termizzazzjoni inizjali.";

17. fl-Anness Ċ, il-Kapitolu I(B)(1) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"1. L-operatur jew l-amministratur ta' l-istabbiliment ta' l-ipproċessar għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jassigura li l-ħalib nej ikunu ttrattat bis-sħana jew utiliżżat, fil-każ ta' prodotti magħmula minn ħalib nej:

- malli jkun possibli wara l-aċċettazzjoni jekk il-ħalib ma jkunx ġie rrifriġerat,

- fi żmien 36 siegħa ta' l-aċċettazzjoni jekk il-ħalib ikun miżmum f'temperatura li ma teċċedix 6 °C,

- fi żmien 48 siegħa ta' l-aċċettazzjoni jekk il-ħalib ikun miżmum f'temperatura li ma teċċedix 4 °C,

- fi żmien 72 siegħa għal ħalib tal-bufli, tan-nagħaġ jew tal-mogħoż.

B'dana kollu, għal raġunijiet teknoloġiċi li jikkonċernaw il-manifattura ta' ċerti prodotti bbażati fuq il-ħalib, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-ħinijiet u t-temperaturi li hemm referenza dwarhom fl-inċiżi t'hawn fuq li jkunu maqbuża.

Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dawn id-derogi, u bir-raġunijiet tekniċi dwarhom.";

18. fl-Anness Ċ, il-Kapitolu I(B)(3)(a)(i) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"(i) li jkun ġie akwistat minn ħalib nej, li, jekk ma jkunx ittrattat fi żmien 36 siegħa ta' l-aċċettazzjoni mill-istabbiliment, ikollu għadd ta' plakka fi 30 °C qabel it-termizzazzjoni li ma teċċedix 300000 kull ml fil-każ ta' ħalib tal-baqar;";

19. fl-Anness Ċ, il-Kapitolu II(A):

- fit-tabella fil-paragrafu 1, faċċata ta' l-intestatura "Salmonella spp.," fil-kolonna "Normali", il-kliem "Nieqes fi 25g(ċ)" għandu jkun mibdul fiż-żewġ każi fejn iseħħu bi "Nieqes fi 1g",

- l-aħħar żewġ subparagrafi tal-punt 2 għandhom ikun mibdula b'dan li ġej:

"B'żieda, kull meta il-M normali tkun maqbuża fil-każ ta' ġobon magħmul minn ħalib nej u minn ħalin termizzat u ġobon artab, testijiet għandhom jitwettqu għal possibilità tal-preżenza ta' siltiet ta' enterotoxinogenic S. aureus jew E. coli li huma preżunti li jkunu patoġeniċi u wkoll, jekk meħtieġ, il-possibilità tal-preżenza ta' tossini staphylococcal f'dawk il-prodotti permezz tal-metodi li għandhom ikunu ddeterminati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31 ta' din id-Direttiva. Jekk is-sinjali omsemmija hawn fuq ikunu indentifikati u/jew jekk l-enterotossinistaphylococcal ikunu misjuba, il-lottijiet kollha involuti għandhom ikunu mneħħija mis-suq. F'dan il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tkun informata bis-sejbiet, permezz tal-ħames inċiż tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 14(1) ta' din id-Direttiva, u bl-azzjoni meħua biex jitneħħew il-lottijiet issuspettati u l-proċeduri korrettivi introdotti fis-sistema tal-monitoraġġ tal-produzzjoni.";

20. fl-Anness Ċ, l-ewwel sentenza tal-Kapitolu II(A)(4) għandha tkun mibdula b'dan li ġej:

"B'żieda, il-prodotti li huma bbażati fuq il-ħalib f'għamla likwida jew f'ġelatina li jkun għadda minn trattament UHT jew ta' sterilizzazzjoni li huma intiżi għall-konservazzjoni fit-temperatura tal-kamra għandu jilħaq in-normi segwenti wara inkubazzjoni għal 15-il jum fi 30 °C:";

21. fl-Anness Ċ, is-segwenti għandu jkun miżjud mal-Kapitolu III(3):

"B'dana kollu, fil-każ ta' produzzjoni limitata, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw siġillar mhux awtomatiku basta li dawn jipprovdu assigurazzjonijiet egwali f'dak li jirrigwardja l-iġene.";

22. fl-Anness Ċ, it-tieni subparagrafu tal-Kapitolu III(4) għandu jkun mibdul bis-segwenti:

"Is-siġillar għandu jkun imwettaq fl-istabbiliment li fieħ l-aħħar trattament tas-sħana tal-ħalib tax-xorb u/jew tal-prodotti bbażati fuq il-ħalib f'għamla likwida jkun ġie mwettaq, immedjatament wara l-mili, permezz ta' l-apparat tas-siġillar li jassigura li l-ħalib ikun protett minn xi effetti kuntrarji ta' oriġini esterna fuq il-karatteristiċi tiegħu. Is-sistema tas-siġillar għandha tkun hekk iddisinjata li la darba l-kontenitur ikun ġie miftuħ, l-evidenza li kien ġie miftuħ tibqa ċara u faċli li tkun ivverifikata.";

23. fl-Anness Ċ, il-Kapitolu III(5) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"5. "L-operatur jew l-amministratur ta' l-istabbiliment għandu jassigura li għal iskopijiet ta' kontroll li, b'żieda ma l-informazzjoni meħtieġa fil-Kapitolu IV, l-informazzjoni segwenti tkun viżibbli u mhurija leġibbli fuq il-pakkett tal-ħalib ittrattat bis-sħana u fuq il-prodotti bbażati fuq il-ħalib f'għamla likwida:

- in-natura tat-trattament tas-sħana li l-ħalib ikun għadda minnha,

- indikazzjoni, f'kodiċi jew le, li biha d-data ta' l-aħħar trattament tas-sħana tista' tkun stabbilita,

- fil-każ tal-ħalib pasturizzat, it-temperatura li fiha l-prodott għandu jkun maħżun.";

B'dana kollu, dawn id-dettalji mhemmx bżonn li jidhru fuq fliexken tal-ħġieġ li jistgħu jkunu użati mill-ġdid li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 11(6) tad-Direttiva 79/112/KEE.";

24. fl-Anness Ċ, l-aħħar sentenza tal-Kapitolu IV(A)(1) għandha tkun mibdula b'dan li ġej:

"B'dana kollu, meta prodotti żgħar ikunu individwalment imkebba u imbagħad imkebba flimkien jew meta porzjonijiet żgħar bħal dawn ikunu fornuti lejn il-konsumatur finali, għandu jkun suffiċjenti għall-marka tas-saħħa li tkun applikata ma' l-imballaġġ kollettiv tagħhom.";

25. fl-Anness Ċ, il-Kapitolu IV, it-Taqsima A, (3)(a):

(a) il-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud:

"(iii) jew

- hawn fuq: l-isem jew l-ittra jew l-ittri inizjali tal-pajjiż li jagħmel il-forniment f'ittri kbar, i.e. għal Komunita, l-ittri,

B – DK – D - EL – E - F – IRL – I - L – NL – P - UK,

- fiċ-ċentru: referenza ta' fejn in-numru approvat ta' l-istabbiliment ikun muri,

- taħt: wieħed mis-settijiet segwenti ta' inizjali:

CEE – EØF – EWG – EOK – EEC – EEG";

(b) is-sentenza segwenti għandha tkun miżjuda bħala t-tieni subparagrafu:

"Fil-każ ta' fliexken, imballaġġ u kontenituri li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu II(4) u (6) tad-Direttiva 79/112/KEE, il-marka tas-saħħa tista' tindika biss l-inizjali tal-pajjiż tal-forniment u n-numru approvat ta' l-istabbiliment.";

26. fl-Anness Ċ, l-aħħar sentenza tal-Kapitolu IV(A)(3)(b) għandha tkun imħassra:

27. fl-Anness Ċ, is-segwenti għandu jkun miżjud mal-Kapitolu IV(A):

"4. Biex jittieħed akkont tad-disponiment ta' l-imballaġġ eżistenti, l-applikazzjoni tal-marka tas-saħħa fuq l-imballaġġ għandha tkun obligatorja biss mill-1 ta' Jannar 1996. B'dana kollu, l-informazzjoni li għandha tingħata fil-marka tas-saħħa għandha tkun murija fuq id-dokument kummerċjali li jakkumpanjahom li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 5(8) u l-aħħar subparagrafu ta' l-Artikolu 7(A)(9) ta' din id-Direttiva";

28. fl-Anness Ċ, is-segwenti għandu jkun miżjud mal-Kapitolu V(7):

"u jawtorizza tolleranza ta' + 2 °C matul fornimenti lejn stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut".

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu b'effett il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva qabel l-1 ta' Lulju 1995. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

L-Istati Membri li jkunu ħadu x-xelta għal kontroll tal-kontenut taċ-ċellola somatika meta l-ħalib nej jidħol fl-istabbiliment tat-trattament jew ta' l-ipproċessar għandhom ikollhom perijodu addizzjonali ta' 24 xahar sabiex ikunu konformi mal-ħtiġiet introdotti bl-Artikolu 1, il-punt 3(b) ta' din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal dik fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li jagħmlu referenza bħal dik għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b'din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol b'effett fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-13 ta' Diċembru 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

T. Borchert

[1] ĠU L 268, ta' l-14.9.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni 94/330/KEE (ĠU L 146, tal-11.6.1994, p. 23).

[2] (*) Id-Direttiva tal-Kunsill 85/511/KEE tat-18 ta' Novembru 1985 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer (ĠU L 315, tas-26.11.1985, p. 11). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 92/380/KEE (ĠU L 198, tas-17.7.1992).

[3] "mingħajr preġudizju għar-riżultat ta' l-eżaminazzjoni mill-ġdid li għandha titwettaq bi qbil ma' l-Artikolu 21.

--------------------------------------------------