Official Journal L 268 , 19/10/1994 P. 0015 - 0021
Finnish special edition: Chapter 8 Volume 2 P. 0063
Swedish special edition: Chapter 8 Volume 2 P. 0063
Id-Direttiva tal-Kumissjoni 94/46/KE tat-13 ta' Ottubru 1994 li temenda d-Direttiva 88/301/KEE u d-Direttiva 90/388/KEE b'mod partikolari rigward il-komunikazzjonijiet bis-satellita IL-KUMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, b'mod partikolari l-Artikolu 90(3) tiegħu, Billi: (1) Il-Green Paper dwar il-metodu komuni fil-qasam tal-komunikazzjonijiet bis-satellita fil-Komunità Ewropea, adottat mill-Kumissjoni f'Novembru 1990, stabilixxa l-bidliet il-kbar fl-ambjent regolatorju li huma meħtieġa biex jiġi sfrruttat il-potenzaI ta' dan il-mezz ta' komunikazzjonijiet. Il-Green Paper tas-Satellita kienet titlob, inter alia, il-liberalizzazzjoni sħiħa tas-servizzi bis-satellita u fil-qasam tat-tagħmir, inkluża l-abolizzjoni tad-drittijiet esklussivi jew speċjali kollha f'dan il-qasam, suġġetti għall-proċeduri ta'l-għoti tal-liċenza, kif ukoll għall-aċċess ħieles (mhux ristrett) għall-kapaċita ta' segment ta'l-ispazju. (2) Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1991 dwar l-iżvilupp tas-suq komuni għas-servizzi u tagħmir tal-komunikazzjoni bis-satellita [1], taw appoġġ ġenerali lill-posizzjonijiet stabbiliti fil-Green Paper tas-Satellita tal-Kumissjoni, u kkunsidrat bħala għanijiet prinċipali: l-armonizzazzjoni u l-liberalizzazzjoni tas-suq għal stazzjonijiet terrestri xierqa permezz tas-satellita, inkluża fejn tkun applikabbli l-abolizzjoni tad-drittijiet esklussivi u speċjali f'dan il-qasam, suġġetta b'mod partikolari għall-kondizzjonijiet meħtieġa għall-konformita mal-ħtiġiet essenzali. (3) Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar l-Iżvilupp tas-suq komuni għal-servizzi u tagħmir bis-satellita [2] jitlob lill-Kumissjoni biex tippromulga l-legislazzjoni meħtieġa biex toħloq l-ambjent biex tagħmilha possibli li l-limitazzjonijiet eżistenti jitneħħew u li attivitajiet ġodda jiġu żviluppati fil-qasam tal-komunikazzjoni bis-satellita waqt li tiġi affermata l-ħtieġa ta'l-armonizzazzjoni u l-liberalizzazzjoni tas-swieq tat-tagħmir u s-servizzi bis-satellita. (4) Bosta Stati Membri diġa fetħu ċerti servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita għall-kompetizzjoni u ntroduċew skemi ta' għoti ta' liċenzi. Iżda, l-għoti ta' liċenzi f'xi Stati Membri s'issa għadu mhux qed iseġwi kriterji oġġettivi, proporzjonali u mhux diskriminatorji jew, fil-każ ta' operaturi li jikkompetu ma' organizzazzjonijiet tat-telekomunikazzjoni, ikunu suġġetti għaln restrizzjonijiet tekniċi bħalma hija l-projbizzjoni li jikkonnettjaw it-tagħmir tagħhom mas-sisteri elettrifikati operati minn organizzazzjonijiet tat-telekomunikazzjoni. Stati Membri oħra żammew id-drittijiet esklussivi mogħtija lil impriżi nazzjonali pubbliċi. (5) Id-Direttiva tal-Kumissjoni 88/301/KEE tas-16 ta' Mejju 1988 dwar il-Kompetizzjoni fis-swieq tat-tagħmir tat-terminali tat-telekomunikazzjoni [3], kif emendat mill-Ftehim dwar Iż-Żona Ekonomika Ewropea, tipprovdi għall-abolizzjoni tad-drittijiet speċjali esklussivi biex wieħed jimporta, ibiegħ, jikkonnettja, jdaħħal fis-servizz u jagħmel manutenzjoni fuq tagħmir tat-terminali tat-telekomunikazzjoni. Din ma tkoprix it-tipi kollha ta' tagħmir ta' stazzjonijiet bis-satellita terrestri. (6) Fis-Sentenza fil-Kawża C-202/88, Franza v. Il-Kumissjoni [4], il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej sostniet id-Direttiva tal-Kumissjoni 88/301/KEE. Iżda, sa fejn dan għandu x'jaqsam mad-drittijiet speċjali, id-Direttiva ġiet iddikjarata nulla għar-raġunijiet li la d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva u lanqas il-preambolu tagħha ma jispeċifikaw it-tip ta' drittijiet li huma attwalment involuti u kif l-eżistrenza ta' drittijiet bħal dawn hija kontrarja għad-diversi dispożizzjonijiet tat-Trattat. Safejn għandhom x'jaqsmu l-importazzjoni, l-bejgħ, il-konnessjoni, u d-dħul fis-servizz u l-manutenzjoni tat-tagħmir tat-telekomunikazzjoni, id-drittijeit speċjali huma fil-prattika drittijiet li jingħataw minn Stat Membru lil għadd limitat ta' impriżi, permezz ta' kwalunkwe strument leġislattiv, regolatorju jew amministrattiv li, f'ċerta żona ġeografika limitata, - jillimita għal tnejn jew aktar in-numru ta' dawn l-impriżi, aktar milli skond kriterji oġġettivi, proporzjonali u mhux diskrimantorji, jew - jinnomina, b'xi mod ieħor ħlief bi kriterji bħal dawn, bosta impriżi kompettivi, jew - jagħti lil xi impriża jew impriżi, b'xi mod ieħor ħlief b' dawn il-kriterji, vantaġġi legali jew regolarorji li jeffettwaw b'mod sostanzjali l-abbilta ta' kull impriża oħra biex tidħol għall-attivitajiet hawn fuq imsemmija fl-istess żona ġeografika b'kondizzjonijiet sostanzjalment ekwivalenti. Din id-definizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjonmi ta'l-Artikolu 92 tat-Trattat tal-KE. (7) L-eżistenza tad-drittijiet esklussivi għandha l-effett li tirrestrinġi l-moviment ħieles ta' dan it-tagħmir kemm rigward l-importazzjoni u l-bejgħ tat-tagħmir tat-telekomunikazzjoni (inkluż it-tagħmir bis-satellita) għaliex ċerti prodotti ma' jinbigħux, kif ukoll rigward il-konnsessjoni, d-dħul fis-servizz jew il-manutenzjoni għaliex, meta jitqiesu l-karatterisitiċi tas-suq u b'mod partikolari d-diversita u n-natura teknika tal-prodotti, il-monopolju m'għandux inċentiv biex jipprovdi servizzi relatati mal-prodotti li ma jkunx biegħ jew importa, kif lanqas biex jallinja l-prezzijiet ma'l-ispejjeż, għaliex ma jkunx hemm theddida ta' kompetizzjoni minn entitajiet li jkunu ġodda fis-suq. Meta wieħed iqis il-fatt li fil-biċa l-kbira tas-swieq tat-tagħmir hemm varjeta kbira ta' swieq ta' t-tagħmir elettroniku, hemm varjeta kbitra ta' tagħmir tat-telekomunikazzjoni, u l-potenzal għall-iżvilupp tas-swieq li fih s'issa hemm numru limitat ta'manifatturi, kwalunkwe dritt speċjali li direttament jew indirettament - per eżempju billi ma jipprovdux għal proċedura ta' awtorizzazzjoni miftuħa u mhux diskriminatorja - tillimita l-għadd ta' impriżi awtorizzati li jimpurtaw, ibiegħu, jikkonnettjaw, idaħħlu fis-servizz u jsewwu tagħmir bħal dan, jista' jkollu l-stess xorta ta' effetti bħall-għotja ta' drittijiet esklusivi. Drittijiet esklussivi u speċjali bħal dawn jikostitwixxu miżuri li jkollhom effett ekwivalenti għar-restrizzjonijeit kwalitattivi inkompatibbli ma'l-Artikolu 30 tat-Trattat tal-KE. Ebda mill-karattersitiċI speċifiċi ta'l-istazzjonijeit bis-satellita terrestri jew għas-suq tal-bejgħ jew tal-manutenzjoni tagħhom m'huma tali li jiġġustifikaw li għandhom jiġu ttrattati b'mod differenti quddiem il-liġi minn tagħmir irħor tat-terminali tat-telekomunikazzjoni. Dan huwa meħtieġ biex jiġu aboliti d-drittijiet kollha eżistenti fl-importazzjoni fil-bejgħ, fil-konnessjoni u, fid-dħul fis-servizz u fil-manutenzjoni tat-tagħmir bis-satellita terrestri, kif ukoll dawk id-drittijeit Ii għandhom effetti - jiġifieri, dawk id-drittijeit speċjali kollha minbarra dawk li jikkonsistu f'vantaġġI legali jew regolatorji konferiti fuq impriża waħda jew aktar u li jeffettwaw biss il-ħila ta' impriżi oħra biex jidħlu fl-attivitajiet fuq imsemmija fl-istess żona ġeografika taħt kondizzjonijiet sostanzjalment ekwivalenti. (8) It-tagħmir tas-satellita terrestri għandu jissodisfa r-rekwiżiti essenzali li ġew armonizzati mid-Direttiva tal-Kunsill 93/97/KEE [5] b'referenza speċjali għall-użu effiċjenti tal-frekwenzi. Għandha tkun ħaġa possibli li tiġi monitorjata l-appplikazzjoni ta' dawn il-ħtiġiet speċjali in parti permezz tal-liċenzi mogħtija għall-provvista tas-servizzi konċernati. L-allinjament tar-rekwiżiti neċessarji jintlaħaq prinċipalment permezz ta'l-adozzjoni tar-regoli tekniċi komuni u l-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet marbuta mal-liċenzi. Anke fejn dawn il-kondizzjonijiet ma ġewx armonizzati, l-Istati Membri għandhom xejn anqas jadattaw ir-regoli tagħhom. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri għandhom fil-frattemp jassiguraw li l-applikazzjoni ta'regoli bħal dawn ma toħloqx xkiel għall-kummerċ. (9) L-abolizzjoni ta' drittijiet speċjali u esklussivi relatati mal-konnessjoni ta' tagħmir tas-satellita terrestri jġib il-ħtieġa li jiġu rikonoxxuti d-drittijeit li wieħed jikkonnettja mas-sistemi elettrifikati u operati minn organizzazzjonijiet tat-telekomunikazzjonui sabiex l-operaturi liċenzati jkunu jistgħu joffru s-servizzi tagħhom lill-pubbliku. (10) Id-Direttiva tal-Kumissjoni 90/388/KEE tat-28 ta'Ġunju 1990 dwar il-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni [6], kif enmendata mill-Ftehim ta'l-EEA, tipprovdi għall-abolizzjoni ta' drittijeit speċjali u esklussivi mogħtija mill-Istati Membri rigward il-provvista ta' servizzi tat-telekomunikazzjonbi. Iżda, id-Direttiva teskludi s-servizzi bis-satellita mill-qasam ta'l-applikazzjoni tagħha. (11) F'Kawżi Konġunti C-271/90, C-281/90 u C-289/90, Spanja v. I-Kumissjoni [7], il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej sostniet id-Direttiva tal-Kumissjoni tas-17 ta'Novembru 1992. Iżda, safejn din tirrigwarda d-drittijiet speċjali, id-Direttiva ġiet dikjarata nulla mill-Qorti tal-Ġustizzja għar-raġuni li la d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva u lanqas il-preambolu tagħha ma jispeċifikaw it-tip ta' drittijeit li huma attwalmet involuti u f'liema kwalità l-eżistenza ta' drittijeit bħal dawn huma kuntrarji għad-diversi dispożizzjonijiet tat-Trattat. Minħabba f'hekk, dawn id-drittijiet għandhom jiġu spjegati f'din id-Direttiva. Safejn għandhom x'jaqsmu s-servizzi tat-telekomunikazzjoni, id-drittijeit speċjali huma fil-prattika drittijiet li jiġu mogħtija minn Stat Membru lil għadd limitat ta' impriżi, permezz ta' strument leġislattiv, regolatorju jew amminsitrattiv li, f'ċerta żona ġeografika, - jillimita għal tnejn jew aktar, b'mod ieħor milli skond kriterji oġġettivi, proporzjonati u mhux diskriminatorji, l-għadd ta'l-impriżi li huma awtorizzati biex jipprovdu kwalunkwe servizz ta' din ix-xorta, - jinnomina, mod ieħor milli skond kriterji bħal dawk, bosta impriżi li jikkompetu bħal dawk li jkunu awtorizzati biex jipprovdu kwalunkwe servizz bħal dan, jew - jikkonferixxi fuq kwalunkwe impriża jew impriżi, b'mod ieħor milli skond kriterji bħal dawn, vantaġġi legali u regolatorji li sostanżjalment jeffettwaw l-abbilta ta' kwalunkwe impriża oħra li tipprovdi l-istess servizz ta' teleokomunikazzjonicfl-istess żona ġeografika taħt kondizzjonijiet sostanzjalment ekwivalenti. Din id-definizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta'l-Artikolu 92 tat-Trattat tal-KE. Fil-qasam tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni, dawn il-vantaġġi speċjali legali u regolatorji jistgħu jikkonsistu, fost affarijiet oħra, fid-dritt li jagħmlu xiri obbligatorju fl-interess ġenerali, f'derogi mil-liġi ta'l-ippjanar tal-bliet u l-kampanja, jew fil-possibilta ta' ksir ta' awtorizzazzjoni bla ma jkollhom jghaddu mill-proċedura speċjali. (12) Meta l-għadd ta' impriżi awtorizzati biex jipprovdu servizzi tat-telekomunikazzjoni bis-satellita jiġi limitat minn Stat Membru permezz ta' drittijiet speċjali, u drittijiet esklussivi a fortiori, dawn jikkostitwixxu restrizzjonijiet li jistgħu jkunu inkompatibbli ma'l-Artikolu 59 tat-Trattat, kull meta limitazzjoni bħal din ma tkunx ġustifikata minn ħtieġa essenzali, billi dawn id-drittijeit jimpedixxu lil impriżi oħra milli jissupplixxu (jew jiksbu) is-servizzi konċernati għal (jew mingħand) Stati Membri oħra. Fil-każ ta' servizzi ta' sistema bis-satellita, dawn il-ħtiġiet essenzali jistgħu jkunu l-użu effettiv ta'l-ispektrum tal-frekwenzi u l-l-iskartar ta' interferenzi noċivi bejn is-sistemi ta' telekomunikazzjoni bis-satellita u sistemi oħra ta' teknika li tkun bbażata jew fuq l-ispazju jew terrestri. Minħabba f'hekk, ġaladarba t-tagħmir użat biex joffri servizzi jissodisfa l-ħtieġa essenzali jkun applikabbli għall-komunikazzjoni bis-satellita, it-trattament legali separat ta' din ta'l-aħħar mhux ġustifikat. Min-naħa l-oħra, dritttijiet speċjali li jikkonsistu biss f'vanataġġi speċjali legali u regolatorji, ma jipprekludux, fil-prinċipju, impriżi oħra milli jidħlu fis-suq. Il-kompatibilita ta' dawn id-drittijiet mat-Trattat tal-KE għandu għalhekk jiġi mistħarreġ każ każ, waqt li jitqies l-impatt tagħhom fuq il-liberta effettiva ta' entitajiet oħra biex jipprovdu l-istess servizzi ta'telekomunikazzjoni u l-ġustifikazzjoni possibbli tagħhom rigward l-attivita konċernata. (13) Id-drittijiet eklusssivi li bħalissa jeżistu fil-qasam tat-telekomunikazzjoni bis-satellita kienu ġeneralment jingħataw lil organizzazzjonijiet li diġa kienu jgawdu pożizzjoni dominanti biex joħolqu s-sistemi terrestri, jew lil waħda mis-suissidjarji tagħhom. Dawn id-rittijiet għandhom l-effet li jestendu l-pożizzjoni dominanti gawduta minn dawk l-organizazzjonijiet u għalhekk li jsaħħu l-pożizzjoni tagħhom. Id-drittijiet esklussivi mogħtija fil-qasam tat-telekomunikazzjoni bis-satellita huma minħabba f'hekk inkompatibbli ma'l-Artikolu 90 tat-Trattat tal-KE, moqri wkoll flimkien ma'l-Artikolu 86. (14) Dawn id-drittijiet esklussivi li jillimitaw l-aċċess għas-suq għandhom l-effett li jirrestrinġu jew jostakolaw, għad-detriment ta'l-utenti, l-użu tal-komunikazzjonijiet bis-satellita li jista' jiġi offrut, u b'hekk jinżamm lura l-progress tekniku f'dan il-qasam. Minħabba l-fatt li d-deċiżjonijiet ta'l-investiment tagħhom aktarx ikunu bbażati fuq drittijiet esklussivi, l-impriżi konċernati ta' spiss ikunu f'pożizzjoni li jiddeċiedu li jagħtu prijorita lil teknoloġiji terrestri, waqt li dawk li jidħlu tard jistgħu jesplojtaw it-teknoloġija tas-satellita. L-organizzazzjonijiet tat-telekomunikazzjoni ġeneralment kienu jagħtu preferenza lil-iżvilupp ta' komunikazzjonijiet permezz tal-fibra ottika terrestri, u l-komunikazzjonijiet bis-satellita kienu jintużaw prinċipalment bħala s-soluzzjoni teknika aħħarija f'każi fejn il-prezz ta' alternatttivi terrestri kien ikun projbittiv, jew għal skop ta' xandir tad-data u/jew għax-xandir televiżiv, aktar milli kien jiġi użat bħala teknoloġija ta' trasmissjoni kollha kemm hi komplimentari fiha nfisha.. B'hekk id-drittijiet esklussivi jimpilikaw restrizzjoni dwar l-iżvilupp tal-komunikazzjoni bis-satellita, u dan huwa inkompatibbli ma'l-Artikolu 90 tat-Trattat, moqri ma'l-Artikolu 80. (15) Iżda fejn għandha x‘taqsam il-provvista tas-servizzi bis-satellita, il-proċeduri tal-liċenzar jew il-proċeduri dikjarattivi jkunu ġustifikati biex jassiguraw konformita mal-ħtiġiet essenzali, suġġett għal-prinċipju tal-proporzjonalita. l-liċenzar ma jkunx ġustifikat meta proċedura dikjaratorja biss tkun biżżejjed biex wieħed jilħaq l-għan relevanti. Per eżempju, fil-każ tal-provvista ta' servizz bis-satellita li jinvolvi biss l-użu ta' stazzjon terrestri dependenti VSAT fi Stat Membru, dan ta'l-aħħar għandu jimponi mhux aktar minn proċedura dikjaratorja. (16) L-Artikolu 90(6) tat-Trattat jipprovdi għal eċċezzjoni għall-Artikolu 86 f'każi fej l-applikazzjoni ta' dan ta'l-aħħar tkun tfixkel l-esekuzzjoni, fil-liġi jew fil-fatt, tal-ħidmiet partikolari assenjati għall-organizzazzjonijiet tat-telekomunikazzjoni. Skond dik id-dispożizzjoni, id-Direttiva 90/388/KEE tippermetti li jinżammu drittijiet esklussivi għal perjodu tranizzjonali fil-każ tat-telefonija bil-vuċi. "Telefonija bil-vuċi" tfisser fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 90/388/KEE il-provvista kummerċjali għall-pubbliku ta' trasport dirett u skambji ta' diskors istantanju bejn żewġ stazzjonijiet pubbliċi ta' sistema elettrifikata, li tagħmilha possibli għall-utent li juża apparat konness ma' dan il-punt terminali fis-sistema biex jikkomunika ma punt ieħor terminal. Fil-każ ta' trasport dirett u skambju ta' diskors via s-sistemi tas-satellita terrestri, din il-provvista kummerċjali għall-ppubbliku in ġenerali tista' ssir biss meta l-istazzjon terrestri tas-satellita jkun konness ma sistema elettifikata pubblika. Għar-rigward tas-servizzi kollha bis-satellita li m'humiex telefonija tal-vuċi, ebda trattament speċjali taħt l-Artikolu 90(2) m'hu ġustifikat speċjalment in vista tal-kontribuzzjoni insinifikanti ta' dawn is-servizzi għall-introjtu ta'l-organizzazzjonijiet tat-telekominikazzjoni. (17) Il-provvista ta' servizzi ta' sistema tas-satellita għat-trasmissjoni ta' programmi radjofoniċi u televiżivi hija servizz ta' telekomunikazzjoni għall-finijiet ta' din id-Direttiva u għalhekk huma suġġetti għal din id-dispożizzjoni. Minkejja l-abolizzjoni ta' ċerti drittijiet speċjali u esklussivi rigward stazzjonijiet terrestri bis-satellita li jirċievu biss li ma jkunux konnessi ma sistema pubblika ta' Stat Membru u l-abolizzjoni ta' drittijiet speċjali u esklussivi rigward sistemi bis-satellita provduti għal xandara pubbliċi u privati, il-kontenut ta'servizzi ta' xandir bis-satellita lil xandara pubbliċi u privati in ġenerali, il-kontenut ta' xandir bis-satellita għall-pubbliku in ġenerali provdut permezz ta'frekwenzi spjegati fir-Regolamenti Radjofoniċi kemm għas-Servizzi tax-Xandir bis-Satellita (SXS) u Servizzi bis-Satellita Fissa (SSF) għandhom jibqgħu suġġetti għal regoli speċifiċi adottati mill-Istati Membri b'konformita mal-liġI Komunitatrja u, għalhekk, ma'għandhomx ikunu suġġetti għad-disposizzjponijiet ta' din id-Direttiva. (18) Din id-Direttiva ma timpedixxix li jiġu adottati miżuri b'konformita mal-liġI Komunitarja u ma'l-obbligazzjonijiet internazzjonali eżistenti biex tassigura li ċ-ċitadini ta'l-Istati Membri jingħataw trattament ekwivalenti fil-pajjiżi terzi. (19) L-għoti minn operaturi tas-satellita ta' kapaċita għal segmenti spazjali tas-sistemi tas-satellita nazzjonali., privati jew internazzjonali lil operaturi ta' sistemi liċenzati għas-satellita terrestri għadu f'xi Stati Membri, suġġett għal restrizzjonijiet regolatorji barra dawk kompatibbli ma' frekwenzi u arrannġamenti għall-siti ta'kordinazzjoni meħtieġa taħt l-obbligazzjonijiet internazzjonali ta'l-Istati Membri. Dawn ir-restrizzjonijiet addizzjonali huma kuntrarji għall-Artikolu 59, li jimplika li dawn l-operaturi bis-satellita għandu jkollhom liberta sħiħa biex jipprovdu s-servizzi tagħhom fil-Komunità kollha, ġaladarba dawn ikunu liċenzati f'wieħed mill-Istati Membri. (20) Testijiet biex jiġi stabbilit jekk l-istazzjonijiet terrestri tas-satellita ta'l-operaturi liċenzajati minbarra l-operaturi nazzjonali jikkonformawx ma'l-ispeċifiċi li jiggwidaw l-aċċess tekniku u operattiv għal sistemi intergovernattivi bis-satellita, isiru, fil-biċċa l-kbira ta'l-Istati Membri, mil-Firmatarju nazzjonali ta'l-Istat li fuq it-territorju tiegħu l-istazzjon ikun jopera. Dan l-istħarriġ dwar il-konformita isir għalhekk minn provvedituri tas-servizzi li jkunu kompetituri. Dan m'huwiex kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, b'mod notevoli l-Artikoli 3(g) u 90, moqrija flimkien ma'l-Artikolu 85. L-Istati Membri għalhekk jeħtieġ li jassiguraw li dan l-istħarriġ dwar il-konformita ikun jista' jsir direttament bejn is-sitema tas-satellita terrestri konċernata u l-organizzazzjoni intergovernativa nfisha, taħt is-superviżjoni ta'l-awtoritajiet regolatorji biss. (21) Il-biċċa l-kbira tal-kapaċita tas-segment spazjali disponibbli hija offruta mill-organizzazzjonijiet internazzjonali tas-satellita. Id-drittijiet għall-użu ta' din il-kapaċita għadhom għoljin f'ħafna Stati Membri għaliex il-kapaċita tista' tiġi akkwistata biss mill-firmatarju għall-Istat Membru in kwestjoni. Din l-esklussivita, permessa mill-Istati Membri, twassal għall-qasma fis-Suq Komuni għad-detriment tal-klijienti li jkunu jeħtieġu l-kapaċita. Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Diċembru 1991, il-Kunsill minħabba f'hekk talab lil-Istati Membri biex itejbu l-aċċess għas-segment spazjali ta'l-organizzazzjonijiet inter-governattivi. Rigward it-twaqqif u l-użu ta' sistemi separati, miżuri restrittivi meħuda f'konvenzjonijiet internazzzjonali ffirmati mill-Istati Membri jista' jkollhom ukoll effetti inkompatibbli mal-liġi Komunitarja, billi jillimitaw il-provvista a spejjeż tal-konsumatur fis-sens tal-Artikolu 86(b). Fi ħġan l-organizzazzjonijiet internazzjonali tas-satellita, qed isiru reviżjonijiet tad-dispożizzjonijiet ta'l-istrumenti kostitwenti relevanti, inter alia, rigward l-aċċess imtejjeb u rigward it-twaqqif u l-użu ta' sistemi separati. Biex il-Kumissjoni tkun kapaċi tmexxi l-ħidma tal-monitoraġġ assenjata lilha mit-Trattat tal-KE, għandhom jiġu provduti l-istrumenti biex jgħinu l-Istati Membri jikkonformaw mad-dover tal-koperazzjoni dikjarat fl-ewwel paragrafu ta'l-Artikolu 5, moqri flimkien ma'l-Artikolu 234(2) tat-Trattat. (22) Biex tistħarreġ il-miżuri ta' din id-Direttiva, il-Kumissjoni, fil-kuntest tal-kisba ta'l-għanijiet fundamentali tat-Trattat imsemmija fl-Artikolu 2 tiegħu, inkluż it-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali tal-Komunità imsemmi fl-Artikolu 130(a), tqis ukoll is-sitwazzjoni ta' dawk l-Istati Membri li fihom is-sistema terrestri għadha mhix suffiċjentement żviluppata u li tista'tiġġustifika d-differiment għal dawn l-Istati Membri, rigward is-servizzi bis-satellita u sal-mod meħtieġ, tad-data ta'l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva sal-1 ta' Jannar 1996, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 883/301/ke qiegħda b'hekk tiġi emendata kif ġej: 1. L-Artikolu 1 qed jiġi emendat kif ġej: (a) L-aħħar sentenza ta'l-ewwel indent qed tiġi mibdula b'dan li ġej: "Tagħmir terminali jfisser ukoll tagħmir ta'l-istazzjon terrestri bis-satellita." (b) Dawn l-indenti li ġejjin qed jiżdiedu wara t-tieni indent: - ""drittijiet speċjali" tfisser drittijiet li jingħataw minn Stat Membru lil għadd limitat ta' impriżi, permezz ta' strument leġislattiv, regolatorju jew amministrativ, li, f'ċerta żona ġeografika, - jillimita għal tnejn jew aktar l-għadd ta' impriżi bħal dawn, b'mod ieħor milli skond kriterji oġġettivi, proporzjonali u mhux diskrimanatorji, jew - jinnomina, b'mod ieħor milli skond dawn il-kriterji, bosta impriżi li jikkompetu, jew - jikkonferixxi fuq kwalunkwe impriża jew impriżi, b'mod ieħor milli skond dawn il-kriterji, il-vantaġġi legali u regolatorji kollha li sostanzjalment jeffettwaw il-ħila ta' kull impriża oħra li timporta, tbiegħ, tikkonnettja, iddaħħal fis-servizz u/jew tieħu ħsieb tagħmir terminali tat-telekomunikazzjoni fl-istess żona ġeografika taħt kondizzjonijiet sostanzjalment ekwivalenti: - "tagħmir ta'stazzjon terrestri bis-satellita" tfisser tagħmir li jkun kapaċI biex jiġi użat għat-trasmissjoni biss, jew għat-trasmissjoni u r-riċeviment ("jittrasmetti/jirċievi"), jew għar-riċeviment biss ("jirċievi biss") sinjali ta' radjokomunikazzjoni permezz tas-satelliti jew sistemi oħra bbażati fuq l-ispazju'" 2. L-ewwel paragrafu ta'l-Artikolu 2 qiegħed jinbidel b'dan it-test li ġej. "L-Istati Membri li taw drittijiet speċjali jew drittijiet esklussivi lill-impriżi għandhom jassiguraw li d-drittijiet esklussivi kollha jiġu rtirati, kif ukoll dawk id-drittijiet speċjali li (a) jillimitaw għal tnejn jew aktar l-għadd ta'l-impriżi fis-sens ta'l-Artikolu1, b'mod ieħor milli skond kriterji oġġettivi, proporzjonali u mhux diskriminatorji, (b) jinnominaw, b'mod ieħor dawk il-kriterji, bosta impriżi li jikkompetu fis-sens ta'l-Artikolu 1.'" 3. L-ewwel indent ta'l-Artikolu 3 qed jiġ mibdul b'dan it-test li ġej: - "fil-każ ta' tagħmir ta' stazzjon terrestri bis-satellita, jirrifjuta li jippermetti li dan it-tagħmir jiġi konness mas-sitema pubblika tat-telekomunikazzjonijiet u/jew jinġieb fis-servizz fejn dan ma jissodisfax ir-regolamenti tekniċi komuni relevanti adottati skond id-Direttiva tal-Kunsill 93'97/KEE [8] jew, fl-assenza tiegħu, il-ħtieġa essenzaIi stabbilita fl-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva. Fl-assenza ta' regoli tekniċi komuni dwar il-kondizzjonijiet regolatorji armonizzati, ir-regoli nazzjonali għandhom ikunu proporzjonati ma'dawk il-ħtiġiet essenzali u għandhom jiġu notifikati lill-Kumissjoni skond id-Direttiva 83/189/KEE fejn id-Direttiva hekk titlob. - fil-każ ta' tagħmir ieħor terminali, jirrifjuta li jippermetti li dan it-tagħmir jiġi konness mas-sistema tat-t-elekomunikazzjonijiet fejn din ma tissodisfax ir-regolamenti komuni relevanti adottati skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/263/KEE [9] jew, fl-assenza tiegħu, il-ħtiġiet essenzali stabbiliti fl-Artikolu 4 ta' dik di-Direttiva." Artikolu 2 Id-Direttiva 90/388/KEE qiegħda b'hekk tiġi emendata kif ġej: 1. L-Artikolu 1 qed jiġi emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 1 qiegħed jiġi emendat kif ġej: (i) it-tieni indent qiegħda tiġi mibdula kif ġej: - ""drittijiet esklussivi"; tfisser drittijiet li jingħataw minn Stat Membru lil impriża waħda permezz ta' strument leġislattiv, regolatorju jew amministrattiv, waqt li jirriservalha d-dritt li tipprovdi servizz tat-telekomunikazzjoni jew li tidħol għal attivita f'ċerta żona ġeografika."; (ii) Dan li ġej qed jiddaħħal bħala t-tielet indent: - ""drittijiet speċjali" tfisser drittijiet li jingħataw minn Stat Membru lil għadd limitat ta' impriżi permezz ta' strument leġislattiv, regolatorju, jew amministrattiv li, f'ċerta żona ġeografika, - jillimita għal tnejn jew aktar l-għadd ta' dawn l-impriżi awtorizzati biex jipprovdu servizz jew li jidħlu għal attivita, b'mod ieħor milli skond kriterji oġġettivi, proporzjonali u mhux diskrimantorji, jew - jinnomina, b'mod ieħor milli skond dawn il-kriterji, bosta impriżi li jikkompetu bħallikieku huma awtorizzati biex jipprovdu servizz jew jidħlu għal attivita, jew - jikkonferixxi fuq kwalunkwe impriża jew impriża, b'mod ieħor milli skond dawn il-kriterji vantaġġI legali jew regolatorji li sostanzjalment jeffettwaw il-kapaċita ta'kull impriża oħra li tipprovdi l-istess servizz ta' telekomunikazzjoni jew li tidħol għall-istess attivita fl-istess żona ġeografika taħt kondizzjonijiet sostanzjalment ekwivalenti." (iii) Ir-raba' indent qed jiġi mibdul b'dan li ġej: - ""is-servizzi tat-elekomunikazzjonijiet" tfisser servizzi li l-provvista tagħhom tikkonsisti interament jew parzjalment fit-trasmissjoni u t-twassil ta' sinjali fuq sisterma pubblika tat-telekomunikazzjoni permezz ta' proċessi tat-telekomunikazzjoni, bl-eċezzjoni tax-xandir radjofoniku u televiżiv lill-pubbliku, u s-servizzi bis-satellita." (iv) dawn l-indenti qed jiddaħħlu wara r-raba' indent: - ""sistema ta' stazzjonijiet terrestri bis-satellita tfisser" konfigurazzjoni ta' żewġ stazzjonijiet terresti jew aktar li jirrelataw bejniethom peremezz ta' satellita: - "is-serviazi tas-sistema bis-satellita" tfisser it-twaqqif u t-tħaddim ta'sistema ta' stazzjonijiet terrestri bis-satellita; dawn is-servizzi jikkonsistu, bħala minimu, fit-twaqqif, permezz ta' stazzjonijiet terrestri bis-satellita, ta' radjokumikazzjonijiet għal segmenti spazjali ("uplinks"), u t-twaqqif ta' radjokomunikazzjonijiet bejn is-segment spazjali u l-istazzjonijiet terrestri bis-satellita ("downlinks"); - "is-servizzi tal-komunikazzjoni bis-satellita" tfisser servizzi li l-provvista tagħhom tuża, interament jew parzjalment, is-servizzi tas-sistema tas-satellita; - "servizzi bis-satellita" tfisser il-provvista ta' servizzi tal-komunikazzjoni bis-satellita u/jew il-provvista tas-servizzi bis-sistema tas-satellita;" (v) it-tieni sentenza tas-sitt indent qed tiġi mibdula b'dan it-test li ġej: "Dawk ir-raġunijiet huma s-sigurta fl-operat tas-sistema, l-oservanza ta'l-integrita tas-sistema, u, f'każi ġustifikati, l-interoperabilita tas-servizzi, il-protezzjonit tad-data u, fil-każ tas-servizzi tas-sistema bis-satelita, l-użu effettiv ta' spektrum ta' frekwenzi u li tiġi evitata interferenza noċiva bejn is-sistemi tat-tekominkazzjoni bis-satellita u sistemi tekniċi oħra bbażati fl-ispazju jew terrestri." (b) Il-paragrfu 2 qed jiġi mibdul b'dan li ġej: "2. Din id-Direttiva m'għandhiex tgħodd għas-servizz tat-teleks jew għall-radjokumikazzjoni terrestri bit-telefon ċellulari." 2. L-Artikolu 2 qed jiġi emendat kif ġej: is amended as follows: (a) L-ewwel paragrafu qed jiġi mibdul b'dan li ġej: "Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(2), l-Istati Membri għandhom jirtiraw dawk il-miżuri kollha li jagħtu: (a) drittijiet esklussivi għall-provvista ta' servizzi ta' telekomunikazzjoni b'mod ieħor milli bit-telfonija tal-vuċi u (b) drittijiet speċjali li jilimitaw għal tnejn jew aktar l-għadd ta' impriżi awtorizzati biex ifornu dawn is-servizzi ta' telekomunikazzjoni, b'mod ieħor barra milli skond il-kriterji oġġettivi, proporzjonali u mhux diskrimantorji, jew (ċ) drittijiet speċjali li jinominaw, b'mod ieħor milli skond dawk il-kriterji, bosta impriżi li jikkompetu biex jipprovdu dawk is-servizzi ta' telekomunikazzjoni. Dawn għandhom jieħdu l-miżuri neċesarji biex jassiguraw li kwalunkwe operatur ikun intitolat li jforni serivizzi ta' telekomunikazzjoni ta' din ix-xorta, minbarra t-telefonija bil-vuċi." (b) Dawn il-paragrafi qed jiġu miżjuda: "L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-kriterji li fuqhom ikunu nħarġu l-awtorizzazzjonijiet, flimkien mal-kondizzjonijiet konnessi ma dawn l-awtorizzazzjonijiet u mal-proċeduri dikkjarattivi dwar l-operazzjoni ta' stazzjonijiet terrestri trasmittenti. L-Istati Membri għandhom ikomplu jinformaw lill-Kumissjoni dwar xi pjanijiet biex jintroduċu proċeduri ġodda ta' liċenzar jew biex jibdlu l-proċeduri eżistenti'." 3. L-Artikolu 6 iqed jiġi emednat kif ġej: (a) Dawn il-paragrafi li ġejjin qed jiġu miżjuda wara t-tieni paragrafu: "L-Istati Membri għandhom jassiguraw li d-drittijiet imposti fuq il-provvedituri tas-servizzi bħala parti mill-proċeduri ta'l-awtorizzazzjoni, għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskrimantorji. Id-drittijiet, il-kriterji li fuqhom ikunu bbażati, u kwalunkwe tibdil fihom, għandhom jiġu ppubblikati b'mod dettaljat skond kif ikun xieraq u suffiċjenti, biex jiġi provdut aċċess faċli għal dik l-informazzjon. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kumissjoni mhux aktar tard minn disa' xhur wara l-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva, u wara meta jsiru tibidliet, il-mod li bih l-informazzjoni tkun dispponibbli. Il-Kumissjoni għandha regolarment tippubblika referenzi għal dawn in-notifiki." (b) Il-paragrafu li ġej qed jiġI miżjud: The following paragraph is added: "L-Istati Membri għandhom jassiguraw li kull proibizzjoni jew restrizzjoni regolatorja li fiha tkun offruta kapaċita għal segment ta' spazju lil kwalunkwe operatur ta' sisterma ta' satellita terresti awtorizzat jiġu aboliti, u dawn għandhom jawtorizzaw fit-territorju tagħhom lil kull provveditur ta' segmenti ta' spazju biex jivverifika li s-sitema ta'l-istazzjon tas-satellita terrestri li tintuża in konnessjoni mas-segment ta'l-ispazju tal-provveditur in kwestjoni jkun konformi mal-kondizzjonijiet ippubblikati għall-aċċess għall-kapaċita tas-segment a'l-ispazju tiegħu." Artikolu 3 L-Istati Membri li jkunu parti mill-konvenzjonijiet internazzjonali li waqqfu l-organizzazzjonijiet internazzjonali Intelsat, Inmarsat u Intersputnik għall-finijiet ta'l-operazzjonijiet bis-satellita għandhom jikkomunikaw lill-Kumissjoni, meta din titlobha, l-informazzjoni li jkunu jppossedu dwar kwalunkwe miżura li tista' tippreġudika l-konformita mar-regoli tal-kompetizzjoni tat-Tarattat ta'l KE jew teffettwa l-għanijiet ta' din id-Direttiva jew tad-Direttivi tal-Kunsill dwar it-telekomunikazzjoni. Artikolu 4 L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kumissjoni, mhux aktar tard minn disa' xhur wara li din id-Direttiva tkun daħlet fis-seħħ, dik l-informazzjoni li tippermetti llil-Kumissjoni biex tikkonferma li l-Artikoli 1 u 2 ikunu ġew obduti. Artikolu 5 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 6 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-13 ta' Ottubru 1994. Għall-Kumissjoni Karel Van Miert Membru tal-Kumissjoni [1] ĠU NruC 8, ta' l-14.1.1992, p. 1. [2] ĠU Nru C 42, tal-15.2.1993, p. 30. [3] ĠU L 131, tas-27.5.1988, p. 73. [4] [1991] ECR I-1223. [5] ĠU L 290, ta' l-24.11.1993, p. 1. [6] ĠU L 192, ta' l-24.7.1990, p. 10. [7] [1992] ECRI-5833. [8] ĠU L 290, ta' l-24.11.1993, p. 1. [9] ĠU L 128, tat-23.5.1991, p. 1. --------------------------------------------------