31994L0027



Official Journal L 188 , 22/07/1994 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 26 P. 0128
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 26 P. 0128


Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/27/KE

tat-30 ta’ Ġunju 1994

li temenda, għat-12-il darba [1], id-Direttiva 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [2];

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura referita fl-Artikolu 189b tat-Trattat [4],

Billi l-Artikolu 8a tat-Trattat jistabbilixxi firxa mingħajr fruntieri interni li fiha huwa żgurat il-moviment liberu ta’ l-oġġetti, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital;

Billi x-xogħol fuq is-suq intern għandu jtejjeb bil-mod il-mod il-kwalità tal-ħajja, il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumatur; billi l-miżuri proposti b’din id-Direttiva huma f’linja mar-riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Novembri 1989 dwar il-prijoritajiet ġejjiena sabiex ivaraw mill-ġdid il-politika tal-protezzjoni tal-konsumatur;

Billi l-preżenza tan-nîkil f’ċerti oġġetti li jiġu f’kuntatt dirett u għal tul taż-żmien mal-ġilda jistgħu jikkawżaw is-sensitizzazzjoni tan-nies għan-nîkil u jistgħu jwasslu għal reazzjonijiet ta’ allerġija; billi għal dawn ir-raġunijiet l-użu tan- nîkil f’dawn l-oġġetti għandu jiġi llimitat;

Billi Stat Membru diġà daħħal sett ta’ miżuri tal-kontroll fit-territorju tiegħu sabiex jikkontrobatti s-sensitizzazzjoni min-nîkil u l-allerġija għan-nîkil u Stat Membru ieħor qiegħed jippjana li jdaħħal fit-territorju tiegħu sett differenti ta’ miżuri tal-kontroll; billi għalhekk hemm ir-riskju ta’ ostakoli għall-kummerċ;

Billi l-metodi ta’ l-eżami li jridu jiġu wżati sabiex tiġi murija konformità ma’ din id-Direttiva għandhom jiġu ddefiniti u ppubblikati qabel l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva; billi dawn il-metodi ta’ l-eżami għandhom ikunu s-suġġett ta’ standard Ewropew;

Billi l-limitazzjonijiet li diġà ġew adottati jew ippjanati minn ċerti Stati Membri dwar l-użu tan-nîkil jaffettwaw direttament it-tkomplija u l-funzjonament tas-suq intern; billi huwa għalhekk meħtieġ illi sseħħ approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri f’dan il-qasam u b’konsegwenza ta’ dan li jiġi emendat l-Anness I mad-Direttiva 76/769/KEE [5],

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I mad-Direttiva 76/769/KEE huwa hawnhekk issupplimentat

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tagħha mill-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, l-istandards adottati mill-Kumitat Ewropew ta’ l-Istandardizzazzjoni (CEN) dwar il-metodi kollha ta’ l-eżamjiet użati sabiex juru l-konformità tal-prodotti ma’ din id-Direttiva, jew sitt xhur wara l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva jekk din id-data hija iktar tard minn ta’ qabel, sabiex:

- sitt xhur wara t-tmiem tal-wieħed jew l-ieħor minn dawn il-perjodi taż-żmien, liema wieħed japplika, l-ebda fabbrikant jew importatur ma jistgħu jqiegħdu fis-suq il-prodotti li jonqsu milli jikkonformaw ma’ din id-Direttiva,

- 18-il xahar wara t-tmiem tal-wieħed jew l-ieħor minn dawn il-perjodi taż-żmien, liema wieħed japplika, il-prodotti li jonqsu milli jikkonformaw ma’ din id-Direttiva ma jistgħux jinbigħu jew jiġu magħmula disponibbli lill-aħħar konsumatur, għajr jekk ikunu tqiegħdu fis-suq qabel it-tmiem tal-perjodu taż-żmien fil-kwistjoni.

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

2. Meta Stat Membru jadotta dawn il-miżuri referiti fil-paragrafu 1, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, it-30 ta’ Ġunju 1994.

Għall-Parlament Ewropew

E. Klepsch

Il-President

Għall-Kunsill

A. Baltas

Il-President

[1] Il-proposta tal-Kummissjoni kienet ippreżentata fl-14-il emenda tad-Direttiva 76/769/KEE (ĠU C 116, tas-27.4.1993, p. 18).

[2] ĠU C 116, 27.4.1993, p. 18.

[3] ĠU C 304, 10.11.1993, p.2.

[4] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ Diċembru 1993 (ĠU C 342, 20.12.1992, p. 15, pożizzjoni komuni tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Marzu 1994 (ĠU C 137, 19.5.1994, p. 60) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Mejju 1994 (għadha mhix ippubblikata).

[5] ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/339/KEE (ĠU L 186, 12.7.1991, p. 64).

--------------------------------------------------

ANNESS

"28.In-nîkilNru tal-CAS 7440-0-20Nru ta’ l-EINECS 2311114 u l-komposti tiegħu | Ma jistax jintuża 1.fit-tagħqid li jiġi wara li jiddaħħal fil-widnejn imtaqqba u partijiet oħra mtaqqba tal-ġisem tal-bniedem matul l-epiteljazzjoni tal-ferita kkawżata mit-titqib, sewwa jekk jitnneħħew wara u sewwa jekk le, għajr jekk dan it-tagħqid li jiġi wara jkun omoġenju u l-konċentrazzjoni tan-nîkil - espressa bħala l-massa tan-nîkil fil-massa totali - tkun inqas minn 0,05 %;2.fil-prodotti maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt dirett u għat-tul taż-żmien mal-ġilda bħal:l-imsielet,il-ġiżirani, il-brazzuletti u l-ktajjen, il-katini tas-sieq, iċ-ċrieket tas-swaba’,il-kaxex ta’ l-arloġġi ta’ l-idejn, iċ-ċineg ta’ l-arloġġi ta’ l-idejn u l-għaffasa,il-buttuni tar-rivets, il-għaffasa, ir-rivets, iż-żippijiet u l-marki tal-metall, meta dawn jintużaw fl-ilbiesjekk ir-rata tar-rilaxx tan-nîkil mill-partijiet ta’ dawn il-prodotti li jiġu f’kuntatt dirett u għat-tul taż-żmien mal-ġilda hija ta’ iktar minn 0,5 μg/cm²/kull ġimgħa;3.fil-prodotti bħal dawk elenkati fil-punt 2 fejn dawn ikollhom kisja mingħajr nîkil għajr jekk din il-kisja tkun biżżejjed sabiex tiżgura li r-rata tar-rilaxx tan-nîkil minn dawn il-partijiet ta’ dawn il-prodotti li jiġu f’kuntatt dirett u għat-tul taż-żmien mal-ġilda ma taqbiżx iż-0,5 μg/cm²/kull ġimgħa għal perjodu taż-żmien ta’ mill-inqas sentejn fl-użu normali tal-prodott.Barra minn hekk, il-prodotti li huma s-suġġett tal-punti 1, 2 u 3, ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq għajr jekk jikkonformaw mal-ħtiġiet iddikjarati f’dawn il-punti." |

--------------------------------------------------