Official Journal L 100 , 19/04/1994 P. 0042 - 0052
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 26 P. 0044
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 26 P. 0044
Id-Direttiva 94/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 1994 marbuta ma’ miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja mill-gassijiet li joħorġu mill-vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttiva 70/220/KEE IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EWROPEA, Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a ta’ dan; Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Filwaqt li jaġixxu in konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189b tat-Trattat, Billi huwa importanti li jiġu adottati miżuri fil-kuntest tas-suq intern; billi s-suq intern għandu jkollu fih żona fejn ma jkun hemm l-ebda fruntieri interni, u li fih jkun garantit il-moviment liberu tal-merkanzija, persuni, servizzi u kapital; Billi l-ewwel programm ta’ azzjoni tal-Komunità Ewropea dwar il-protezzjoni ta’ l-ambjent [3], approvat mill-Kunsill fit-22 ta’ Novembru 1973, sejjaħ għal kunsiderazzjoni ta’ l-aktar avvanzi xjentifiċi reċenti biex jiġi miġġieled it-tniġġis ta’ l-arja kkawżat minn gassijiet li joħorġu minn vetturi bil-mutur u għal direttivi li kienu adottati qabel biex jiġu emendati kif xieraq; billi il-ħames programm ta’ azzjoni, li fil-qafas ġenerali tiegħu kien approvat mill-Kunsill fir-risoluzzjoni tiegħu nhar l-1 ta’ Frar 1983 [4], jipprovdi għal sforz akbar biex jitnaqqas b’mod sostanzjali l-livell preżenti ta’ ħruġ ta’ tniġġis minn vetturi bil-mutur; Billi l-għanijiet biex jitnaqqas il-livell ta’ ħruġ ta’ tniġġis minn vetturi bil-mutur, kif ukoll it-twaqqif u t-tħaddim tas-suq intern għal vetturi ma jistax jinkiseb biżżejjed minn Stati Membri individwali, u li għalhekk ikun jista’ jinkiseb aħjar bl-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jittrattaw il-miżuri li għandhom jittieħdu għal kontra t-tniġġis ta’ l-arja kkawżat minn vetturi bil-mutur; Billi huwa magħruf illi l-iżvilupp tat-trasport fil-Komunità wassal għal pressjoni akbar fuq l-ambjent; billi ċertu numru ta’ estimi uffiċjali taż-żieda fid-densità tat-traffiku kien inqas mill-figuri uffiċjali; billi għal din ir-raġuni għandhom jiġu stabbiliti standards ta’ kwalità aktar stretti għal vetturi kollha bil-mutur; Billi l-Kummissjoni adottat il-programm Ewropew dwar l-emissjonijiet, karburanti u teknoloġiji tal-magni (EPEFE); billi dak il-programm twaqqaf biex jiżgura li dawk il-proposti għal direttivi li jsiru fil-futur li jittrattaw il-ħruġ ta’ tniġġis isibu l-aħjar soluzzjonijiet kemm għal konsumatur kif ukoll għall-ekonomija; billi dak il-programm jifforma parti mill-kontribuzzjonijiet li jistgħu jsiru kemm minn vetturi kif ukoll mill-karburanti li jmexxuhom; Billi d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE [5], li tittratta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja kkawżat minn emissjonijiet minn vetturi bil-mutur, hija waħda mid-Direttivi separati li taqa’ taħt il-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip, stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [6]; Billi d-Direttiva 70/220/KEE tistabbilixxi l-valuri ta’ limitu għal ħruġ ta’ carbon monoxide u hydrocarbon mhux maħruq minn magni ta’ vetturi bħal dawn; billi dawn il-valuri ta’ limitu kienu tnaqqsu l-ewwel bid-Direttiva 74/290/KEE [7] u miżjuda, f’konformità mad-Direttiva tal-Kummissjoni 77/102/KEE [8], b’valuri ta’ limitu għal ħruġ awtorizzat ta’ nitrogen oxides; billi l-valuri ta’ limitu għal dawn it-tliet tipi ta’ tniġġis kienu mnaqqsa aktar tard bid-Direttivi tal-Kummissjoni 78/665/KEE [9], 83/351/KEE [10] u 88/76/KEE [11]; billi l-valuri ta’ limitu għal ħruġ ta’ tniġġis particulate minn magni li jaħdmu bid-diesel kienu ġew introdotti bid-Direttiva 88/436/KEE [12]; billi standards ta’ kwalità Ewropej aktar stretti għal ħruġ ta’ tniġġis fil-forma ta’ gassijiet minn vetturi bil-mutur ta’ taħt l-1400 cm3 kienu ġew introdotti bid-Direttiva 89/458/KEE [13]; billi dawn il-standards ta’ kwalità kienu ġew estiżi għat-tipi kollha ta’ vetturi tal-passiġġieri, indipendentement mill-kapaċità tal-magna tagħhom fuq il-bażi ta’ proċedura ta’ test Ewropew aktar avvanzata li tinkludi sewqan f’ambjent estra-urban u, billi l-kriterji dwar il-ħruġ ta’ evaporazzjoni u r-reżistenza ta’ komponenti tal-vettura marbuta ma’ ħruġ ta’ tniġġis, kif ukoll standards ta’ kwalità aktar stretti għal ħruġ ta’ tniġġis particulate minn vetturi bil-mutur li jaħdmu b’magna diesel kienu ġew introdotti bid-Direttiva 91/441/KEE [14]; billi karozzi tal-passiġġieri ddisinjati biex iġorru aktar minn sitt passiġġieri jew li jkollhom massa massima ta’ mhux aktar min 2500 kg, vetturi kummerċjali ħfief, u vetturi għal off-road, kienu koperti mill-iskop tad-Direttiva 70/220/KEE, li s’issa kienet ikkaratterizzata minn standards ta’ kwalità anqas stretti, u issa, bid-Direttiva 93/59/KEE, hija suġġetta għal standards ta’ kwalità stretti bħal dawk ta’ karozzi tal-passiġġieri, waqt li jiġu kkunsidrati l-kondizzjonijiet speċifiċi ta’ dawn il-vetturi; Billi x-xogħol mwettaq mill-Kummissjoni f’dan il-qasam wera li l-aħjar teknoloġija li hija disponibbli bħalissa għall-industrija tal-Komunità tista’ tkun mtejba biex karozzi tal-passiġġieri jkunu jistgħu jikkonformaw mal-limiti ta’ emissjonijiet mnaqqsa b’mod konsiderevoli; billi l-standards ta’ kwalità proposti japplikaw kemm għall-approvazzjoni ta’ tipi ta’ vetturi ġodda u għall-verifika fuq il-konformità ta’ produzzjoni, peress li l-metodu emendat dwar kif jittieħdu l-kampjuni u kif tiġi valutata l-istatistika ineħħi t-tolleranzi awtorizzati għal valuri ta’ limitu stabbiliti fl-istadji ta’ qabel tad-Direttiva 70/220/KEE; Billi, fid-dawl tat-tħassib dwar il-livell ta’ tniġġis kkawżat minn emissjonijiet minn vetturi u l-parti tagħhom fil-formazzjoni ta’ gassijiet responsabbli għall-effett tas-serra, huwa neċessarju li jitnaqqsu dawn l-emissjonijiet, b’mod partikolari l-ħruġ ta’ CO2, f’konformità mal-ftehim milħuq fil-Konvenzjoni dwar il-Bidla fil-Klima ffirmat f’Rio f’Ġunju 1992; billi l-CO2 jirriżulta direttament mill-ħruq ta’ karburanti li fihom il-karbonju; billi l-ħruġ ta’ CO2 jista’ jitnaqqas primarjament billi jitnaqqas il-konsum tal-karburant; billi dan jeħtieġ progress fit-tfassil ta’ magni u vetturi kif ukoll fil-kwalità ta’ karburant; billi dawn l-elementi kollha għandhom jiġu kkunsidrati f’proposta sussegwenti mill-Kummissjoni; Billi l-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa, permezz ta’ inċentiv ta’ taxxi, biex jintroduċu vetturi li jilħqu l-kriterji adotatti fuq livell ta’ Komunità; billi dawn l-inċentivi ta’ taxxa jridu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u jridu jilħqu ċertu kondizzjonijiet maħsuba biex jevitaw abbuż tas-suq intern; billi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma jaffettwawx id-dritt ta’ l-Istati Membri biex jinkludu ħruġ ta’ tniġġis u sustanzi oħra, li permezz tagħhom jiġu kkalkulati t-taxxi tat-toroq fuq vetturi bil-mutur; Billi l-kriterju ta’ avviż minn qabel ta’ din id-Direttiva huwa mingħajr preġudizzju għal kriterji ta’ avviż taħt disposizzjoniet oħra tal-liġi tal-Komunità, partikolarment l-Artikolu 93(3) tat-Trattat; Billi l-Kunsill għandu, sat-30 ta’ Ġunju 1996, jadotta l-kriterji għall-istadju mis-sena 2000 fuq il-bażi ta’ proposta li għandha tingħata mill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 1994, u billi dik il-proposta għandha jkollha l-għan li tnaqqas b’mod sostanzjali l-emissjonijiet minn vetturi bil-mutur; Billi l-Kummissjoni kellha konsultazzjonijiet wesgħin mal-partijiet ikkonċernati, li laħqu l-qofol tagħhom fis-Simposju ‘Emissjonijiet minn Vetturi 2000’ tal-21 u t-22 ta’ Settembru 1992, li wera kemm il-metodu preżenti, li jiffoka fuq ħruġ ta’ exhaust, għandu jkun element wieħed fl-istadju li jmur lil hinn mill-implimentazzjoni tal-kriterji ta’ din id-Direttiva, bħala parti minn approċċ li jieħu kont ta’ diversi oqsma li jinkludi l-miżuri kollha biex jitnaqqas it-tniġġis ta’ l-arja kkawżat mit-traffiku fit-toroq; billi l-parametri kollha li ġew identifikati bħala li għandhom impatt fuq dan it-tniġġis attwalment jista’ jiġi ppreżentat biss fil-forma ta’ lista; billi l-Kummissjoni se tivvaluta l-analiżi neċessarja tal-effettività ta’ aspetti marbuta ma’ l-ambjent, it-teknoloġija u n-nefqa biex tipprovdi qabel l-aħħar ta’ Diċembru 1994 għanijiet kwantifikati għall-miżuri tal-Komunità għas-sena 2000; Billi l-għanijiet biex jitnaqqas il-livell ta’ ħruġ ta’ tniġġis minn vetturi bil-mutur jippresupponi li, meta l-Kummissjoni tagħmel il-proposti tagħha għal miżuri biex ikunu japplikaw wara s-sena 2000 u fid-dawl, fost oħrajn, ta’ preparazzjoni ta’ miżuri tekniċi kumplimentari kif hemm provdut fl-Artikolu 4, tressaq ’l quddiem, jekk hemm bżonn, valuri li biex jintlaħqu jkunu jinvolvu tnaqqis sostanzjali ieħor ta’ l-emissjonijiet, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Anness I tad-Direttiva 70/220/KEE huwa emendat f’konformità ma’ l-Anness ta’ din id-Direttiva. Artikolu 2 1. B’seħħ mill-1 ta’ Lulju 1994 jew, jekk din id-Direttiva tonqos milli tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1993, sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tagħha, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw li jikkonformaw mal-kriterji tad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 4(1) u 7 (1) tad-Direttiva 70/156/KEE. 2. B’seħħ mill-1 ta’ Jannar 1996, l-Istati Membri ma jistgħux jagħtu aktar: - l-approvazzjoni tal-KE dwar it-tip skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, jew - l-approvazzjoni nazzjonali tat-tip, kemm-il darba d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 70/156/KEE ikunu invokati, għal tip ta’ vettura minħabba raġunijiet ta’ tniġġis ta’ l-arja kkawżat minn emissjonijiet, jekk din tkun tonqos milli tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva. 3. B’seħħ mill-1 ta’ Jannar 1997, l-Istati Membri għandhom: - jikkunsidraw ċertifikati ta’ konformità biex jakkumpanjaw vetturi ġodda skond kif stabbilit fid-Direttiva 70/156/KEE bħala mhux aktar validi għal finijiet ta’ l-Artikolu 7(1) ta’ dik id-Direttiva, u - jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda li ma jkunux akkumpanjati b’attestat ta’ konformità skond id-Direttiva 70/156/KEE, kemm-il darba id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 70/156/KEE ikunu infurzati, minħabba raġunijiet ta’ tniġġis ta’ l-arja kkawżat minn emissjonijiet, jekk il-vetturi jonqsu milli jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva. Artikolu 3 L-Istati Membriu jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet għal inċentivi ta’ taxxa fejn jidħlu biss vetturi bil-mutur li jikkonformaw mad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva. Dawn l-inċentivi jridu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u, barra minn hekk, għandhom jħarsu l-kondizzjonijiet li ġejjien: - huma għandhom ikunu japplikaw għal vetturi ġodda kollha li jkunu għall-bejgħ fis-suq ta’ xi Stat Membru li jikkonformaw bil-quddiem mal-kriterji tad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, - huma għandhom jintemmu b’effett mill-applikazzjoni mandatorja tal-valuri ta’ emissjoni stabbiliti fl-Artikolu 2(3) għal vetturi ġodda bil-magna. - għal kull tip ta’ vettura bil-magna, huma għandhom ikunu ta’ ammont inqas min-nefqa addizzjonali tas-soluzzjonijiet tekniċi li jkunu ġew introdotti biex jiżguraw konformità mal-valuri stabbiliti u ta’ l-istallazzjoni tagħhom fuq il-vettura. Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata fi żmien tajjeb dwar kull pjan li jkollu l-ħsieb jintroduċi jew jemenda l-inċentivi tat-taxxa msemmija fl-ewwel paragrafu, biex din tkun tista’ tagħti l-kummenti tagħha. Artikolu 4 Il-Kunsill, waqt li jaġixxi taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, għandu jiddeċiedi qabel it-30 ta’ Ġunju 1996, dwar proposti għal stadju ieħor ta’ miżuri tal-Komunità li għandhom jittieħdu għal kontra t-tniġġis ta’ l-arja kkawżat minn emissjonijiet minn vetturi, li l-Kummissjoni għandha tagħti sal-31 ta’ Diċembru 1994. Il-miżuri għandhom japplikaw mis-sena 2000 ’il quddiem. F’dawn il-proposti il-Kummissjoni għandha ssegwi dan il-metodu: - il-miżuri għandhom ikunu mfassla biex jipproduċu effetti biex jilħqu l-kriterji tal-Komunità dwar il-kwalità ta’ l-arja u għanijiet oħra relatati, - għandha tingħata stima ta’ l-effettività tan-nefqa fit-teħid ta’ kull miżura; f’din l-istima globali għandha tittieħed kunsiderazzjoni sħiħa, fost oħrajn, tal-kontribuzzjonijiet li: - l-immaniġġjar tat-traffiku, per eżempju billi tferrex in-nefqiet ambjentali b’mod xieraq, - trasport pubbliku urban imtejjeb, - tekonoloġiji ġodda ta’ propulsjoni (per eżempju, trasmissjoni elettrika), - l-użu ta’ karburanti alternattivi (per eżempju biokarburanti), jkunu jistgħu jagħmlu biex itejbu l-kwalità ta’ l-arja, - il-miżuri għandhom ikunu proporzjonali u raġonevoli fid-dawl tal-għanijiet maħsuba. Il-proposti, waqt li jikkunsidraw il-metodoloġija mfissra fuq u li għandhom l-għan li jnaqqsu b’mod sostanzjali il-ħruġ ta’ tniġġis minn vetturi koperti minn din id-Direttiva, għandhom jinkludu b’mod partikolari dawn l-elementi li ġejjen: 1. Titjib aktar fil-kriterji ta’ din id-Direttiva: ibbażat fuq l-istima - tal-potenzjal tal-magna tradizzjonali u t-tekonoġija magħrufa bħala post-combustion, - titjib possibbli fil-proċedura tat-test, per eżempju waqt startjar kiesaħ, fi startjar f’temperaturi baxxi u xitwin, ir-reżistenza (per eżempju, fit-testijiet ta’ konformità), ħruġ ta’ evaporazzjoni, - miżuri fuq livell ta’ approvazzjoni tat-tip li jappoġġjaw kriterji msaħħa ta’ spezzjonar u manteniment, li jinkludu, per eżempju, sistemi diagnostiċi on-board, - il-possibbilità li tiġi verifikata l-konformità tal-vetturi fiċ-ċirkulazzjoni, - il-bżonn proporzjonali għal: (i) limiti speċifiċi għal HC u NOx biex jiżdiedu ma’ valur ta’ limitu kumulattiv, u (ii) miżuri li jkopru tniġġis li s’issa għadu mhux ikkontrollat. 2. Miżuri tekniċi kumplimentari fil-qafas ta’ Direttivi speċifiċi, li jinkludu: - titjib fil-kwalità ta’ karburanti sa fejn il-ħruġ ta’ sustanżi perikolużi minn vetturi (speċjalment benzene) huma kkonċernati, - tisħiħ tal-kriterji tal-programm ta’ spezzjoni u manteniment. Il-valuri ta’ limitu mnaqqsa, li għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-Direttiva l-ġdida, m’għandhomx ikunu japplikaw qabel l-1 ta’ Jannar 2000 għal approvazzjonijiet ġodda tat-tip. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-kondizzjonijiet li jwasslu għal inċentivi tat-taxxa fuq il-bażi ta’ dawn il-valuri ta’ limitu. Artikolu 5 L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regoli u d-disposizzjoniet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju 1994 jew, jekk din id-Direttiva tonqos milli tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea sal-31 ta’ Diċembru 1993, sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tagħha. Huma għandhom jinfurmaw mill-ewwel lill-Kummissjoni dwar dan. Meta l-Istati Membri japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew inkella jkunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir referenza bħal din għandha tkun stabbilita mill-Istati Membri. Artikolu 6 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-23 ta’ Marzu 2001. Għall-Parlament Ewropew Il-President E. Klepsch Għall-Kunsill Il-President TH. Pangalos [1] ĠU Ċ 56, 26.2.1993, p. 34. [2] ĠU Ċ 201, 26.7.1993, p. 9. [3] ĠU Ċ 112, 20.12.1973, p. 1. [4] ĠU Ċ 138, 17.5.1993, p. 1. [5] ĠU L 76, 6.4.1970, p. 1.Direttiva kif emendata bid-Direttiva 93/59/KEE (ĠU L 186. 28.7.1993, p. 21). [6] ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/81/KEE (ĠU Ċ 264, 23.10.1993, p. 49). [7] ĠU L 159, 15.6.1974, p. 61. [8] ĠU L 32, 3.2.1977, p. 32. [9] ĠU L 223, 14.8.1978, p. 48. [10] ĠU L 197, 20.7.1983, p. 1. [11] ĠU L 36, 9.2.1988, p. 1. [12] ĠU L 214, 6.8.1988, p. 1. [13] ĠU L 226, 3.8.1989, p. 1. [14] ĠU L 242, 30.8.1991, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS EMENDI GĦALL-ANNESS GĦAD-DIRETTIVA 70/220/KEE KIF EMENDATA BID-DIRETTIVA 93/59/KEE ANNESS I 1.Is-Sezzjoni 3.1 tinqara kif ġej: "3.1. Skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 70/156/KEE, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura, partikolarment fejn tidħol informazzjoni dwar emissjonijiet mit-tailpipe tagħha, emissjonijiet ta’ evaporazzjoni u r-resistenza ta’ tagħmir għal kontra t-tniġġis, għandu tingħata mill-fabbrikant tal-vettura." 2.Is-Sezzjoni 4 tinqara kif ġej: "4. L-GĦOTI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE 4.1. Jekk il-kriterji relevanti jkunu ntlaħqu, l-approvazzjoni tal-KE dwar it-tip għandha tingħata skond l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 70/156/KEE. 4.2. Mudell ta’ l-approvazzjoni tal-KE dwar it-tip li jrid ikun attestat jidher fl-Anness IX." 3.Sezzjoni 5.3.1.4. It-titolu tal-kolonna u l-ewwel linja tat-tabella li tikkonċerna l-vetturi tal-kategorija M jinbidlu b’dan li ġej: "Kategorija tal-vettura | Massa tar-referenza RM (kg) | Valuri ta’ limitu | Massa ta’ carbon monoxide L1 (g/km) | Massa magħquda ta’ hydrocarbons u nitrogen oxides L2 (g/km) | Massa ta’ partikuli L3 (g/km) | Petrol | Diesel | Petrol | Diesel | Diesel | M | Kollha | 2,2 | 1,0 | 0,5 | 0,7 | 0,08 | +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- Appendiċi 1 1. Dan l-Appendiċi jiddeskrivi l-proċedura li għandha tintuża biex tivverifika l-konfomità tal-produzzjoni għat-test tat-tip I, meta l-grad ta’ kwalità ta’ devjazzjoni tal-produzzjoni tal-fabbrikant ikun sodisfaċenti. 2. B’kampjun b’qies minimu ta’ 3, il-proċedura ta’ kif jittieħdu l-kampjuni għandha titlesta biex il-probabilità ta’ lott li jgħaddi minn test b’40 % ta’ produzzjoni difettuża tkun ta’ 0,95 (ir-riskju tal-produttur = 5 %), waqt li l-probabilità ta’ lott li jkun aċċettat b’65 % tal-produzzjoni difettuża tkun ta’ 0,1 (ir-riskju tal-konsumatur = 10 %). 3. Għal kull wieħed mill-tniġġis msemmija fis-Sezzjoni 5.3.1.4 ta’ l-Anness I, għandha tintuża l-proċedura li ġejja (ara l-Figura I.7). Tieħu: L = il-logaritmu naturali tal-valur ta’ limitu għat-tniġġis, xi = il-logaritmu naturali tal-kejl għall-vettura i-th tal-kampjun, s = estimu tal-grad ta’ kwalità ta’ devjazzjoni tal-produzzjoni (wara li jkun ittieħed il-logaritmu naturali tal-qisien), n = in-numru kurrenti tal-kampjun. 4. Għall-kampjun aħdem l-istatistika tat-test li tikkwantifika s-somma tal-grad ta’ kwalità ta’ devjazzjoni mil-limitu u definiti hekk: ∑ 5. Imbagħad: - jekk l-istatistika tat-test tkun akbar min-numru tad-deċiżjoni posittiva għall-qies tal-kampjun mogħti fit-Tabella (I.1.5), it-tniġġis ikun għadda, - jekk l-istatistika tat-test tkun inqas min-numru tad-deċiżjoni posittiva għall-qies tal-kampjun mogħti fit-Tabella (I.1.5), it-tniġġis ikun weħel; alternattivament, tiġi ttestjata vettura addizzjonali skond is-Sezzjoni 7.1.1.1 ta’ l-Anness I, u l-kalkolu jkun applikat mill-ġdid għall-kampjun b’qies ta’ kampjun li jkun akbar b’unità wieħed. TABELLA I.1.5 Numru kumulattiv ta’ vetturi ttestjati (il-qies kurrenti tal-kampjun) | Limitu għal deċiżjoni posittiva | Limitu għal deċiżjoni negattiva | 3 | 3,327 | -4,724 | 4 | 3,261 | -4,790 | 5 | 3,195 | -4,856 | 6 | 3,129 | -4,922 | 7 | 3,063 | -4,988 | 8 | 2,997 | -5,054 | 9 | 2,931 | -5,120 | 10 | 2,865 | -5,185 | 11 | 2,799 | -5,251 | 12 | 2,733 | -5,317 | 13 | 2,667 | -5,383 | 14 | 2,601 | -5,449 | 15 | 2,535 | -5,515 | 16 | 2,469 | -5,581 | 17 | 2,403 | -5,647 | 18 | 2,337 | -5,713 | 19 | 2,271 | -5,779 | 20 | 2,205 | -5,845 | 21 | 2,139 | -5,911 | 22 | 2,073 | -5,977 | 23 | 2,007 | -6,043 | 24 | 1,941 | -6,109 | 25 | 1,875 | -6,175 | 26 | 1,809 | -6,241 | 27 | 1,743 | -6,307 | 28 | 1,677 | -6,373 | 29 | 1,611 | -6,439 | 30 | 1,545 | -6,505 | 31 | 1,479 | -6,571 | 32 | -2,112 | -2,112 | -------------------------------------------------- Appendiċi 2 1. Dan l-Appendiċi jiddeskrivi l-proċedura li għandha tintuża biex tivverifika l-kriterji tal-konfomità tal-produzzjoni għat-test tat-tip I, meta l-grad ta’ kwalità ta’ devjazzjoni tal-produzzjoni tal-fabbrikant tkun jew mhux sodisfaċenti jew mhux disponibbli. 2. B’kampjun b’qies minimu ta’ 3, il-proċedura ta’ kif jittieħdu l-kampjuni għandha titlesta biex il-probabilità ta’ lott li jgħaddi minn test b’40 % ta’ produzzjoni difettuża tkun ta’ 0,95 (ir-riskju tal-produttur = 5 %), waqt li l-probabilità ta’ lott li jkun aċċettat b’65 % ta’ produzzjoni difettuża tkun ta’ 0,1 (ir-riskju tal-konsumatur = 10 %). 3. Il-qisien tal-tniġġis murija fis-Sezzjoni 5.3.1.4 ta’ l-Anness I huma kkunsidrati li huma mqassma b’mod normali u l-ewwel għandhom ikunu mibdula billi jittieħdu l-logaritmi naturali tagħhom. Ħalli m0 u m juru l-qisien minimi u massimi rispettivament (m0 = 3 u m = 32) u ħalli n turi n-numru tal-kampjun kurrenti. 4. Jekk il-logaritmi naturali tal-qisien fis-serje jkunu x1, x2,…, xi u L ikun il-logaritmu naturali tal-valur ta’ limitu għat-tniġġis, imbagħad iddefinixxi: d = x − L d = ∑ d v = ∑ 5. It-Tabella I.2.5 turi l-valuri tan-numri tad-deċiżjoni posittiva (An) u (Bn) kontra n-numru kurrenti tal-kampjun. L-istatistika tat-test ikun il-proporzjon d /vn, u dan għandu jintuża biex jistabbilixxi jekk is-serje tkunx għaddiet jew le kif ġej: Għal m0 ≤ n ≤ m: - is-serje tgħaddi jekk d /vn ≤ An - d -n/vn ≥ Bn - ħu kejl ieħor jekk An < d /vn < Bn 6. Rimarki. Il-formuli li ġejjien huma bżonnjużi biex jinħadmu valuri suċċessivi ta’ l-istatistika tat-test: d = 1 n d + d v = 1 n v + d − d n = 2, 3,…; d = d ; v = 0 TABELLA I.2.5 Kampjun ta’ qies minimu = 3 Il-qies tal-kampjun n | Limitu għal deċiżjoni posittiva An | Limitu għal deċiżjoni negattiva Bn | 3 | -0,80381 | 16,64743 | 4 | -0,76339 | 7,68627 | 5 | -0,72982 | 4,67136 | 6 | -0,69962 | 3,25573 | 7 | -0,67129 | 2,45431 | 8 | -0,64406 | 1,94369 | 9 | -0,61750 | 1,59105 | 10 | -0,59135 | 1,33295 | 11 | -0,56542 | 1,13566 | 12 | -0,53960 | 0,97970 | 13 | -0,51379 | 0,85307 | 14 | -0,48791 | 0,74801 | 15 | -0,46191 | 0,65928 | 16 | -0,43573 | 0,58321 | 17 | -0,40933 | 0,51718 | 18 | -0,38266 | 0,45922 | 19 | -0,35570 | 0,40788 | 20 | -0,32840 | 0,36203 | 21 | -0,30072 | 0,32078 | 22 | -0,27263 | 0,28343 | 23 | -0,24410 | 0,24943 | 24 | -0,21509 | 0,21831 | 25 | -0,18557 | 0,18970 | 26 | -0,15550 | 0,16328 | 27 | -0,12483 | 0,13880 | 28 | -0,09354 | 0,11603 | 29 | -0,06159 | 0,09480 | 30 | -0,02892 | 0,07493 | 31 | 0,00449 | 0,05629 | 32 | 0,03876 | 0,03876 | --------------------------------------------------