31994L0003



Official Journal L 032 , 05/02/1994 P. 0037 - 0040
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 56 P. 0025
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 56 P. 0025


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/3/KE

tal-21 ta' Jannar 1994

li tistabbilixxi proċedura għan-notifika ta' interċettazzjoni ta' kunsinna jew organiżmu jikkawżaw ħsara minn pajjiżi terzi u li jkun ta' periklu fitosanitarju imminenti

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 dwar il-miżuri ta' protezzjoni kontra d-dħul fl-Istati Membri ta' organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/110/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tagħha,

Filwaqt li fil-każ ta' kunsinni ta' pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra, jew ta' organiżmi iżolati li jikkawżaw ħsara, minn pajjiżi terzi, kemm jekk imniżżla f'Taqsima B ta' l-Anness V mad-Direttiva 77/93/KEE u kemm jekk le, li huma meqjusa li jinvolvu periklu imminenti tad-dħul jew tixrid ta' l-organiżmi li jikkawżaw ħsara, kemm jekk imniżżla fl-Annessi I u II ma' dik id-Direttiva u kemm jekk le, l-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri li jkunu ittieħdu sabiex iħarsu t-territorju tal-Komunità minn dak il-periklu;

Filwaqt li dik l-informazzjoni għandha, min-naħa waħda, tgħin lill-Kummissjoni fl-evalwazzjoni ta' l-għan ta' l-interċettazzjoni u l-perikli li jirriżultaw u, fejn ikun addattat, fil-preparazzjoni kemm jista' jkun malajr ta' kwalunkwe miżuri ta' protezzjoni jew eradikazzjoni f'ko-operazzjoni ma' l-Istat Membru konċernat u, minn naħa l-oħra, tgħin lill-Istati Membri l-oħra jiffaċċjaw dan il-periklu;

Filwaqt li għal dak il-għan il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi network għan-notifika ta' okkorrenzi ġodda ta' organiżmi jikkawżaw ħsara skond l-ewwel subinċiż ta' l-Artikolu 19(6) tad-Direttiva msemmija;

Filwaqt li huwa mportanti li l-punti relevanti kollha tad-dħul fil-Komunità, li jistgħu jkunu affettwati b'interċettazzjoni, kif ukoll il-Kummissjoni nnifisha, għandhom immedjatament jiġu nfurmati b'kull interċettazzjoni fil-punt ta' dħul fil-Komunità, b'kunsinni ta' pjanti, prodotti ta' pjanti jew oġġetti oħra li jistgħu jkunu ta' periklu imminenti li jdaħħlu jew li jxerrdu organiżmi li jikkawżaw ħsara;

Filwaqt li r-rwol ta' l-awtorità ċentrali waħdanija ta' kull Stat Membru huwa li tikkoordina l-affarijiet li jkollhom x'jaqsmu mas-saħħa tal-pjanti taħt id-Direttiva 77/93/KEE;

Filwaqt li tali ko-ordinament jinkludi l-biċċa xogħol ta' tqassim tan-notifiki ta' interċettazzjoni bejn l-Istati Membri kif ukoll lill-punti relevanti kollha ta' dħul ġewwa t-territorju ta' l-Istat Membru konċernat li jistgħu jiġu affettwati b'interċettazzjoni;

Filwaqt li jkun xieraq li tiġi stabbilita formola stampata li tintuża għall-Komunità kollha li tkun dejjem l-stess għan-notifika ta' l-interċettazzjoni, liema formola għandha tiġi wżata mid-dipartimenti relevanti ta' l-Istati Membri;

Filwaqt li t-tħaddim effettiv tas-sistema jeħtieġ l-istabbiliment ta' network ta' informazzjoni għall-użu u l-ipproċessar ta' l-informazzjoni f'dawk il-formoli;

Filwaqt li l-amministrar tas-sistema ma jipprekludix l-użu ta' parti mill-informazzjoni li jkun hemm fil-formola tan-notifika ta' interċettazzjoni għall-għanijiet tal-Konvenzjoni għat-Twaqqif ta' l-Organizazzjoni ta' Protezzjoni tal-Pjanti Ewropej u Meditterranji, iffirmata f'Pariġi nhar it-18 ta' April 1951, kif l-aħħar emendata nhar il-21 ta' Settembru 1988;

Filwaqt li l-miżuri li għalihom provduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, "interċettazzjoni" għandha tfisser kwalunkwe azzjoni meħuda jew li għandha tittieħed minn Stat Membru b'konformità ma' l-Artikolu 12(8) ta' Direttiva 77/93/KEE fir-rigward ta' kunsinna sħiħa jew parti minnha minn pajjiż terz ta' pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra, jew organiżmi li jikkawżaw ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti, li ma jissodisfawx id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każ ta' interċettazzjoni, notifika ta' interċettazzjoni tintbagħat mhux aktar tard minn jumejn utli wara d-data ta' interċettazzjoni, minbarra fejn ikun hemm ksur ta' l-Artikolu 12(1)(b) tad-Direttiva 77/93/KEE, u preferibbilment aktar malajr fil-każ ta' interċettazzjoni li tkun involviet rifjut, minbarra fil-każ fejn dan ikun biss ksur ta' l-Artikolu 12(1)(b) ta' dik id-Direttiva, għas-segwenti:

- l-awtorita ċentrali waħdanija tagħhom stess jkollha r-responsabilità,

- il-korpi uffiċjali responsabbli relevanti tagħhom,

- il-punti tad-dħul tagħhom in kwistjoni,

- l-awtoritajiet ċentrali waħdiena ta' l-Istati Membri l-oħra, mingħajr ħsara għad- dispożizzjonijiet speċifiċi ta' l-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva,

- il-Kummissjoni.

2. L-awtorità ċentrali waħdanija ta' l-Istat Membru li jkun irċieva n-notifika ta' interċettazzjoni minn Stat Membru ieħor għandha tiżgura, malli tirċivieha, li l-informazzjoni tintbagħat lejn il-pożizzjonijiet ta' dħul tagħha stess in kwistjoni.

Artikolu 3

In-Notifikazzjoni ta' interċettazzjoni għandha ssir fuq formola li tikkonforma ma' l-abbozz muri fl-Anness, mimlija kif dovut bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet fid-direttivi għal spetturi esperti u nazzjonali li jwettqu l-attivitajiet tagħhom taħt it-tieni subinċiż ta' l-Artikolu 19(a)(6) tad-Direttiva 77/93/KEE.

Artikolu 4

Mingħajr preġudizzju għar-raba' subinċiż ta' l-Artikolu 2(1), u fuq it-talba ta' l-Istat Membru konċernat, il-Kummissjoni tieħu ħsieb li tibgħat in-notifika ta' interċettazzjoni waqt li jkun għaddej it-twaqqif tan-network iddefinit taħt l-ewwel subinċiż ta' l-Artikolu 19(a)(6) ta' Direttiva 77/93/KEE, billi tibgħat lill-Istati Membri l-oħra formola li tikkonforma ma' dik preskritta fl-Anness ma'din id-Direttiva, debitament mimlija.

Artikolu 5

Sabiex jissodisfaw l-obbligi li għandhom x'jaqsmu ma' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom preferibbilment jagħmlu użu minn network imwaqqaf mill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Fuq talba ta' l-Istat Membru konċernat u fil-limiti tan-network imwaqqaf mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tgħaddi n-notifika tal-formoli ta' interċettazzjoni lill-Organizazzjoni ta' Protezzjoni tal-Pjanti Ewropej u Mediterranji, li lilha, l-Istati Membri huma meħtieġa jgħaddu kull informazzjoni dwar interċettazzjoni, f'konformità mal-Konvenzjoni għat-twaqqif ta' dik l-Organizazzjoni. Konsegwentament, il-Kummissjoni għandha tibgħat formola lil dik l-Organizazzjoni li tikkonforma ma' dik murija fl-Anness, mimlija kif dovut, iżda mingħajr il-punti 1, 2, 3, 15 (ċ) sa (g) u 17 tal-formola.

Artikolu 7

1. Stati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva tlett xhur wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandhom jinfurmaw mal-ewwel lill-Kummissjoni bihom.

Meta l-Istat Membri jadottaw dawn il-miżuri, (dawn il-miżuri) għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-riferenza mal-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet kollha tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri tagħha.

Artikolu 8

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata mill-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula Brussel, fil-21 ta' Jannar 1994.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 20.

[2] ĠU L 303, ta' l-10.12.1993, p. 19.

--------------------------------------------------

ANNESS

Formola abbozz li għaliha hemm provdut f'Artikoli 3 u 4

KOMUNITÀ EWROPEA: NOTIFIKAZZJONI TA' INTERĊETTAZZJONI TA' KUNSINNA JEW ORGANIŻMU LI JIKKAW\A ĦSARA MINN PAJJIŻ TERZ

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------