31994L0002

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/2/KE tal-21 ta’ Jannar 1994 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE fir-rigward tat-tikketti li jindikaw il-konsum ta’ enerġija tar-refriġeraturi u tal-freezers ta’ l-elettriku tad-dar u ta’ apparat bit-tnejn f’daqqa

Official Journal L 045 , 17/02/1994 P. 0001 - 0022
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 25 P. 0249
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 25 P. 0249
CS.ES Chapter 13 Volume 013 P. 122 - 143
ET.ES Chapter 13 Volume 013 P. 122 - 143
HU.ES Chapter 13 Volume 013 P. 122 - 143
LT.ES Chapter 13 Volume 013 P. 122 - 143
LV.ES Chapter 13 Volume 013 P. 122 - 143
MT.ES Chapter 13 Volume 013 P. 122 - 143
PL.ES Chapter 13 Volume 013 P. 122 - 143
SK.ES Chapter 13 Volume 013 P. 122 - 143
SL.ES Chapter 13 Volume 013 P. 122 - 143


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/2/KE

tal-21 ta’ Jannar 1994

li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE fir-rigward tat-tikketti li jindikaw il-konsum ta’ enerġija tar-refriġeraturi u tal-freezers ta’ l-elettriku tad-dar u ta’ apparat bit-tnejn f’daqqa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE tat-22 ta’ Settembru 1992 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ tikketti u informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum ta’ l-enerġija u riżorsi oħra ta’ apparat domestiku [1], u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 12 tagħha,

Billi taħt id-Direttiva 92/75/KEE il-Kummissjoni għandha tadotta direttiva ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ apparat domestiku li jinkludi refriġeraturi, freezers u ta’ apparat bit-tnejn f’daqqa;

Billi l-użu ta’ l-elettriku minn refrigeraturi u freezers jammonta għal parti sinnifikanti mid-domanda totali ta’ l-elettriku tal-Komunità; billi l-għan għal tnaqqis fl-użu ta’ l-enerġija minn dawn l-istrumenti huwa sostanzjali;

Billi standard tas-CEN (Kumitat Ewropew għall-Istandardizazzjoni) EN 153 jipprovdi metodu għall-kejl tal-konsum ta’ l-enerġija ta’ refriġeraturi u freezers u ta’ apparat bit-tnejn f’daqqa;

Billi l-Komunità, waqt li tikkonferma l-interess tagħha f’sistema ta’ standardizzazzjoni li tkun kapaċi tipproduċi standards li jintużaw tabilħaqq mill-isħab kollha f’kummerċ internazzjonali u li tkun kapaċi tissodisfa l-ħtiġiet tal-politika tal-Komunità, tistieden lill-organizzazzjonijiet ta’ l-istandards Ewropej sabiex ikomplu fil-kooperazzjoni tagħhom ma’ organizzazzjonijiet ta’ standards internazzjonali;

Billi l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) huma l-korpi rikonnoxxuti bħala kompetenti sabiex jadottaw standards armonizzati skond il-linji ta’ gwida ġenerali għal kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u dawk iż-żewġ korpi iffurmati nhar it-13 ta’ Novembru 1984; billi, fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Direttiva, standard armonizzat huwa speċifikazzjoniteknika (Standard Ewropew jew dokument ta’ armonizzazzjoni) adottat mis-CEN jew mis-Cenelec fuq il-bażi ta’ eżenzjoni (mandat) mill-Kummissjoni skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE tat-28 ta’ Marzu 1983 li tistabbilixxi proċedura għall-forniment ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ standards u regolamenti tekniċi [2], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/400/KEE [3], u fuq il-bażi ta’ dawk il-linji ta’ gwida ġenerali;

Billi l-miżuri stabbiliti f’din id-Direttiva huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/75/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal refriġeraturi, armarji li fihom jiġi maħżun ikel iffriżat, freezers ta’ l-ikel u apparat bit-tnejn f’daqqa li jintużaw fid-djar u li jaħdmu bl-elettriku. Apparat li jista’ juża sorsi ta’ enerġija oħra wkoll, bħalma huma l-batteriji, huwa eskluż.

2. L-informazzjoni meħtieġa b’din id-Direttiva għandha tiġi evalwata skond l-EN 153 ta’ Mejju 1990 jew bi qbil ma’ standards armonizzati, in-numri ta’ referenza tagħhom li kienu ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u li għalihom l-Istati Membri ppubblikaw in-numri ta’ referenza ta’ l-istandards nazzjonali li jieħdu post dawk l-istandards armonizzati. Din l-informazzjoni li għandha x’taqsam mal-ħoss, fejn ikun applikabbli, għandha tiġi evalwata skond id-Direttiva tal-Kunsill 86/594/KEE [4].

3. L-istandards armonizzati imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu stabbiliti taħt mandat mill-Kummissjoni bi qbil mad-Direttiva 83/189/KEE.

4. "Negozjant", "fornitur", "folja ta’ informazzjoni", u "informazzjoni addizzjonali" għandhom ikollhom it-tifsiriet stabbiliti fl-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 92/75/KEE.

Artikolu 2

1. Id-dokumentazzjoni teknika li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 92/75/KEE għandha tinkludi:

- l-isem u l-indirizz tal-fornitur,

- deskrizzjoni ġenerali ta’ l-apparat, li tkun biżżejjed sabiex l-apparat jiġi identifikat,

- informazzjoni, li tinkludi disinni relevanti, dwar l-karatteristiċi tad-disinn prinċipali tal-mudell u f’punti partikolari li jaffettwaw mhux ħażin il-konsum ta’ l-enerġija,

- rapporti ta’ testijiet ta’ teħid ta’ kejl relevanti mwettqa taħt l-istandards imsemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ din id-Direttiva,

- struzzjonijiet ta’ tħaddim, jekk addattat.

2. L-apparati koperti b’din id-Direttiva għandhom jiġu diviżi fil-‘kategoriji’ stabbiliti fl-Anness IV.

3. It-tikketta msemmija fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 92/75/KEE għandha tkun kif speċifikata fl-Anness I għal din id-Direttiva. Għandha titpoġġa fuq barra jew ta’ l-apparat jew fuqu, b’tali mod li tkun tidher b’mod ċar, u ma tkunx mgħottija

4. Il-kontenut u l-format tal-fiche imsemmija fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 2(1) ta’ Direttiva 92/75/KEE għandu jkun kif speċifikat fl-Anness II għal din id-Direttiva.

5. Fiċ-ċirkostanzi koperti bl-Artikolu 5 tad-Direttiva 92/75/KEE, u fejn l-offerta għal bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs, tkun ipprovduta permezz ta’ komunikazzjoni stampata, bħal katalogu ta’ bejgħ bil-korrispondenza, allura dik il-komunikazzjoni stampata għandha tinkludi l-informazzjoni kollha speċifikata fl-Anness III għal din id-Direttiva.

6. Il-klassi ta’ effiċjenza ta’ enerġija ta’ l-apparat għandha tkun kif speċifikata fl-Anness V.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-fornituri u negozjanti kollha stabbiliti fit-territorju tagħhom jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 1994. Għandhom jinfurmaw mill-ewwel lill-Kummissjoni bihom. Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 1995.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’riferenza bħal din mal-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-riferenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw it-test tal-miżuri prinċipali ta’ liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva lill-Kummissjoni.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum mill-pubblikazzjoni tagħha fl-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Jannar 1994.

Għall-Kummissjoni

Abel Matutes

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, tat-13.10.1992, p. 16.

[2] ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 8.

[3] ĠU L 221, tas-6.8.1992, p. 55.

[4] ĠU L 344, tas-6.12.1986, p. 24.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

IT-TIKKETTA

Disinn tat-tikketta

1. It-tikketta għandha tkun bi qbil ma’ l-illustrazzjonijiet li ġejjin:

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Noti dwar it-tikketta

2. In-noti li ġejjin jiddefinixxu l-informazzjoni li għandha tkun inkluża:

Nota:

I. Isem tal-fornitur jew marka tan-negozju.

II. Mezz ta’ identifikazzjoni tal-mudell tal-fornitur.

III. Il-klassi ta’ effiċjenza ta’ enerġija ta’ l-apparat għandha tiġi stabbilita bi qbil ma’ l-Anness V. L-ittra l-addattata għandha titpoġġa fl-istess livell tal-vleġġa relevanti.

IV. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ħtiġiet taħt l-iskema ta’ l-Eko-tikketta tal-Komunità, fejn apparat ikun ingħata ‘premju ta’ l-Eko-tikketta tal-Komunità’ bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 880/92 [1], tista’ titwaħħal ukoll kopja tal-marka ta’ l-Eko-tikketta (il-fjura). Il-‘gwida dwar id-disinn tat-tikketta tar-refrigerator/freezer’ li hemm referenza għaliha taħt, tfisser kif il-marka ta’ premju-Eko, tista’ tkun inkluża fit-tikketta.

V. Konsum ta’ enerġija bi qbil ma’ standards imsemmija fl-Artikolu 1(2) iżda mfissra f’kWh fis-sena (i.e għal 24 siegħa × 365).

VI. Total tal-volum nett ta’ ħżin tal-kompartimenti kollha li ma jistħoqilhomx li jiġu stmati bi stilla (i.e. temperatura ta’ tħaddim > - 6 °Ċ).

VII. Total tal-volum nett ta’ ħżin tal-kompartimenti kollha ta’ ħżin ta’ ikel iffriżat li jistħoqilhom li jiġu stmati bi stilla (i.e. temperatura ta’ tħaddim = - 6 °Ċ).

VIII. Stima bi stilla ta’ kompartimenti ta’ ħżin ta’ ikel iffriżat, bi qbil ma’ standards imsemmija fl-Artikolu 1(2). Fejn dan il-kompartiment ma jkunx jistħoqlu stilla, din il-pożizzjoni għanda titħalla vojta.

IX. Fejn ikun applikabbli, il-ħoss imkejjel skond id-Direttiva 86/594/KEE.

NB:

It-termini ekwivalenti f’lingwi oħra għal dawk deskritti fuq huma mogħtija fl-Anness VI.

Stampar

3. Dan li ġej jiddefinixxi ċerti karatteristiċi tat-tikketta:

+++++ TIFF +++++

Kuluri wżati:

CMYK: cyan, maġenta, isfar, iswed.

Eżempju: 07X0: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.

Vleġeġ:

- A: X0X0,

- B: 70X0,

- C: 30X0,

- D: 00X0,

- E: 03X0,

- F: 07X0,

- G: 0XX0.

Kulur tal-profil X070.

Il-kliem kollu huwa miktub bl-iswed. L-isfond huwa abjad.

L-informazzjoni kollha dwar l-istampar tinsab fil-‘Gwida tad-disinn tat-tikketta ta’ refriġeratur/freezer’ li tista’ tinkiseb mingħand:

The Secretary of the Committee on Energy Labelling and Standard Product Information for Household Appliances

Directorate-General for Energy DG XVII,

Commission of the European Communities,

200 Rue de la Loi,

B-1049 Brussels.

[1] ĠU L 99, tal-11.4.1992, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

IL-FICHE

Il-fiche għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja. L-informazzjoni tista’ tingħata fil-forma ta’ tabella li tkopri numru ta’ apparati fornuti mill-istess fornitur, f’liema każ għandha tingħata fl-ordni speċifikata, jew mogħtija fid-deskrizzjoni ta’ l-apparat:

1. Isem tal-fornitur jew marka tan-negozju.

2. Mezz ta’ identifikazzjoni tal-mudell tal-fornitur.

3. Tip ta’ apparat kif ġej:

Kategorija | Deskrizzjoni fil-fiche |

1 | Larder fridge |

2 | Refriġeratur/chiller |

3 | Refriġeratur |

4 | Refriġeratur |

5 | Refriġeratur |

6 | Refriġeratur |

7 | Frigg/freezer |

8 | Freezer wieqfa |

9 | Freezer orizzontali (chest) |

| Għal apparati tal-kategorija 10, il-fornitur jista’ jagħżel id-deskrizzjoni tiegħu tat-tip ta’ apparat. |

4. Il-klassi ta’ effiċjenza ta’ enerġija tal-mudell kif iddefinit fl-Anness V, imfissra bħala "Klassi ta’ effiċjenza ta’ l-enerġija… fuq skala minn A (l-aktar effiċjenti) sa G (l-inqas effiċjenti)". Fejn din l-informazzjoni tkun ipprovduta f’forma ta’ tabella din tista’ tiġi mfissra permezz ta’ mezzi oħra sakemm ikun ċar li l-iskala tkun minn A (l-aktar effiċjenti) sa G (l-inqas effiċjenti).

5. Fejn l-informazzjoni tingħata fil-forma ta’ tabella, u fejn uħud mill-apparats elenkati fit-tabella jkunu ingħataw "Premju ta’ Eko-tikketta tal-Komunità" skond ir-Regolament (KEE) Nru 880/92, din l-informazzjoni tista’ tiġi inkluża hawnhekk. F’dan il-każ l-intestatura tar-ringiela għandha tgħid "Premju ta’ Eko-tikketta tal-Komunità", u d-daħla għandha tkun magħmula minn kopja tal-marka tat-Eko-tikketta (il-fjura). Din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ħtieġa taħt l-iskema premju ta’ Eko-tikketta tal-Komunità.

6. Konsum ta’ enerġija bi qbil ma’ standards imsemmija fl-Artikolu 1(2) iżda mfissra f’kWh fis-sena (i.e għal 24 siegħa × 365), deskritt bħala: "konsum ta’ enerġija XYZ kWh fis-sena, ibbażat fuq riżultati ta’ test standard għal 24 siegħa. Konsum propju ta’ enerġija jiddependi fuq kif jiġi wżat l-apparat u fuq il-post ta’ tqegħid tiegħu."

7. Volum nett ta’ ħżin ta’ kompartiment ta’ ħżin ta’ ikel frisk (5 °Ċ) bi qbil ma’ standards imsemmija fl-Artikolu 1(2) – għajr għal klassijiet 8 u 9.

8. Volum nett ta’ ħżin ta’ kompartiment ta’ ħżin ta’ ikel iffriżat, bi qbil ma’ standards imsemmija fl-Artikolu 1(2) – għajr ta’ klassijiet 1, 2 u 3. Għal apparat ta’ klassi 3 il-volum nett tal-kaxxa tas-silġ’.

7 u 8. Għal klassijiet 2 u 10 il-volum nett ta’ kull kompartiment għandu jiġi elenkat, skond l-istandards imsemmija fl-Artikolu 1(2).

9. Stima bi stilla ta’ kompartimenti ta’ ħżin ta’ ikel iffriżat, jekk addattat, bi qbil ma’ standards imsemmija fl-Artikolu 1(2).

10. It-tismija "no frost" ("bla ġlata") tista’ tiġi nkluża hawnhekk meta tkun bi qbil mad-definizzjonijiet mogħtija fl-istandards imsemmija fl-Artikolu 1(2).

11. "Power cut safe Z hours" iddefinita bħala "ħin li fih togħla t-temperatura" bi qbil ma’ standards imsemmija fl-Artikolu 1(2).

12. "Kapaċità ta’ friża" f’kg/24 s bi qbil ma’ l-istandards imsemmija fl-Artikolu 1(2).

13. "Klassi ta’ klima" bi qbil ma’ l-istandards imsemmija fl-Artikolu 1(2) Fejn apparat ikun ta’ klassi ta’ klima "moderata" dan jista’ jitħalla barra.

14. Fejn ikun applikabbli "ħoss", imkejjel skond id-Direttiva 86/594/KEE.

Fejn apparat ikun fih kompartimenti għajr kompartiment waħdieni ta’ ikel frisk u kompartiment waħdieni ta’ ikel iffriżat, jistgħu jiġu miżjuda linji oħra f’7, 8, 9, 10, 11, 12 u 13 sabiex jinkludu l-informazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kompartimenti. F’dan il-każ l-isem u l-ordni ta’ elenkar tal-kompartimenti għandhom ikunu konsistenti. Fejn it-temperatura mfassla ta’ kompartiment ma tikkonformax mas-sistema ta’ stima bi stilla, jew it-temperatura standard tal-kompartiment ta’ ikel frisk (5 °Ċ), din it-temperatura mfassla għandha tiġi ddikjarata.

L-informazzjoni fuq it-tikketta tista’ tingħata fil-forma ta’ kopja tat-tikketta, jew bil-kulur jew abjad u iswed. F’dan il-każ l-informazzjoni addizzjonali mogħtija biss fuq il-fiche xorta waħda għandha tiġi inkluża.

Nota:

It-termini ekwivalenti f’lingwi oħra għal dawk deskritti fuq huma mogħtija fl-Anness VI.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

BEJGĦ B’KORRISPONDENZA U BEJGĦ B’DISTANZA IEĦOR

Katalgi ta’ bejgħ b’korrispondenza u komunikazzjonijiet stampati oħra imsemmija fl-Artikolu 2(4) ta’ din id-Direttiva għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja, mogħtija fl-ordni speċifikata:

1. Klassi ta’ effiċjenza ta’ l-enerġija (l-Anness II, punt 3)

2. Il-konsum ta’ enerġija (l-Anness II, punt 6)

3. Volum nett tal-kompartiment ta’ ikel frisk (l-Anness II, punt 7)

4. Volum nett tal-kompartiment ta’ ikel iffriżat (l-Anness II, punt 8)

5. Stima bi stilla (l-Anness II, punt 9)

6. Ħoss (l-Anness II, punt 14)

Fejn tkun ipprovduta informazzjoni oħra li tkun tinsab fil-fiche ta’ l-informazzjoni tal-prodott, din għandha tkun fil-forma ddefinita fl-Anness II u għandha tiġi nkluża fit-tabella ta’ fuq fl-ordni speċifikata għall-fiche.

Id-daqs u t-tipa, li bihom tkun stampata l-informazzjoni kollha li hemm referenza għaliha fuq, għandha tkun tinqara.

Nota:

It-termini ekwivalenti f’lingwi oħra għal dawk deskritti fuq huma mogħtija fl-Anness VI.

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

KATEGORIJI

L-apparats koperti b’din id-Direttiva għandhom jiġu diviżi fil-"kategoriji" li ġejjin:

1. Refriġeraturi li jintużaw fid-djar, mingħajr kompartimenti ta’ temperatura baxxa.

2. Refriġeraturi/chillers li jintużaw fid-djar, b’kompartimenti f’5°Ċ u/jew 10°Ċ.

3. Refriġeraturi li jintużaw fid-djar, b’kompartimenti ta’ temperatura baxxa mingħajr stilla.

4. Refriġeraturi li jintużaw fid-djar, b’kompartimenti ta’ temperatura baxxa *.

5. Refriġeraturi li jintużaw fid-djar, b’kompartimenti ta’ temperatura baxxa **.

6. Refriġeraturi li jintużaw fid-djar, b’kompartimenti ta’ temperatura baxxa ***.

7. Refriġeraturi/freezers li jintużaw fid-djar, b’kompartimenti ta’ temperatura baxxa *(***).

8. Freezers ta’ l-ikel li jintużaw fid-djar, wieqfin.

9. Freezers ta’ l-ikel li jintużaw fid-djar, orizzontali (chest).

10. Refriġeraturi u freezers li jintużaw fid-djar b’aktar minn żewġ bibien, jew apparat ieħor mhux kopert fuq.

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

KLASSI TA’ EFFIĊJENZA TA’ ENERĠIJA

Il-klassi ta’ effiċjenza ta’ enerġija ta’ apparat għandha tiġi stabbilita bi qbil mat-Tabella I li ġejja:

TABELLA 1

Indiċi ta’ effiċjenza ta’ enerġija | Klassi ta’ effiċjenza ta’ enerġija |

I < 55 | A |

55 ≤ I < 75 | B |

75 ≤ I < 90 | C |

90 ≤ I < 100 | D |

100 ≤ I < 100 | E |

110 ≤ I < 125 | F |

125 ≤ I | G |

Fejn:

"indiċi ta’ effiċjenza ta’ enerġija" (imfisser bħala persentaġġ) = konsum ta’ enerġija fis-sena ta’ l-apparat/konsum [1] ta’ enerġija fis-sena standard ta’ l-apparat

"konsum ta’ enerġija fis-sena standard ta’ l-apparat" (imfissra f’kWh/sena) = M × volum nett aġġustat + N

u

volum nett aġġustat (imfisser f’litri) = volum nett ta’ kompartiment ta’ ikel frisk + ‘ × volum nett ta’ kompartiment ta’ ikel iffriżat.

Il-valuri M, N u ‘ huma meħuda mit-Tabella 2.

TABELLA 2

Klassi ta' appliance | Ω | M | N |

1Larder fridge | — | 0,233 | 245 |

2Refriġeratur/chiller | 0,75 [2] | 0,233 | 245 |

3Refriġeratur minghajr stilla | 1,25 | 0,233 | 245 |

4Refriġeratur * | 1,55 | 0,643 | 191 |

5Refriġeratur ** | 1,85 | 0,450 | 245 |

6Refriġeratur*** | 2,15 | 0,657 | 235 |

7Frigg/freezer * (***) | [4] | 0,777 | 303 |

8Freezer wieqfa | 2,15 [3] | 0,472 | 286 |

9Freezer orizzontali (chest) | 2,15 [3] | 0,446 | 181 |

10Apparati b'aktar minn bieba waħda jew apparati oħra | [4] | [5] | [5] |

TABELLA 3

Temperatura ta' l-iktar kompartiment kiesah | Klassi Ekwivalenti | M | N |

> - 6 ° C | 1/2/3 Larder fridge/refriġeratur bla stilla/refriġeratur chiller | 0,233 | 245 |

≤ - 6 ° C * | 4Refriġeratur * | 0,643 | 191 |

≤ -12° C ** | 5Refriġeratur ** | 0,450 | 245 |

≤ -18° C *** | 6Refriġeratur *** | 0,657 | 235 |

≤ -18° C * (***) b'kapacità ta' friża | 7Refriġeratur *(***) | 0,777 | 303 |

[1] Bi qbil ma’ l-Anness I, nota V.

[2] Ghal refriġeratur/chiller il-volum aggustat = volum nett ta' kompartiment ta' ikel frisk + Ω x volum nett tal- kompartiment tac-chiller (10 ºC) (imfisser f'litri).

[3] Ghal apparati bla glata kif iddefinit fl-Anness II punt 10, dan l-Anness jigi miżjud b'fattur proviżorju ta' 1,2, li jagħti valur ta' 2,58. (Dan jiehu ħsieb tax-xaqliba li jista' jkun hemm tal-metodu ta' kejl, li ma jaħsibx għan-nuqqas ta' silġ li jitrabba fuq apparati "no frost". F'użu prattiku silġ li jitrabba sejjer iżid b'xi ammont il-konsum ta' apparati "konvenzjonali".)

[4] Volum nett aġġustat AV jiġi maħdum bil-formula:AV = ∑ 25−TC20 × VC × FCil-kompartimenti kollhaFejn TC hija t-temperatura mfassla (f'ºC) ta' kull kompartiment, VC huwa l-volum nett (f'litri) ta' kull kompartiment u FC huwa fattur li huwa daqs 1,2 għal kompartimenti "no frost" u 1 għal kompartimenti oħra.

[5] Ghal dawn l-apparati il-valuri M u N jigu stabbiliti bit-temperatura u star rating tal-kompartiment bl-inqas temperatura, kif segwit:

--------------------------------------------------

L-ANNESS VI

TRADUZZJONIJIET TA' TERMINI LI GHANDHOM JINTUŻAW FUQ TIKKETTA U FUQ FICHE

L-ekwivalenti f'lingwi ohra tal-Komunità tat-termini bl-Ingliż moghtija fuq huma kif gej:

Nota | | | ES | DA | DE | EL | ΕΝ | FR | IT | NL | PT |

Tikketta | Fiche | Mail order |

Anness I | Anness II | Anness III |

+++++ TIFF +++++

| | | Energía | Energi | Energie | Ενέργεια | Energy | Énergie | Energia | Energie | Energia |

I | | | Fabricante | Mærke | Hersteller | Κατασκευαστής | Manufacturer | Fabricant | Costruttore | Fabrikant | Fabricante |

II | | | Modelο | Model | Modell | Μοντέλο | Model | Modèle | Modello | Model | Modelo |

+++++ TIFF +++++

| | | Más eficiente | Lavt forbrug | Niedriger Verbrauch | Αποδοτικό | More efficient | Économe | Bassi consumi | Efficiënt | Eficiente |

+++++ TIFF +++++

| | | Menos eficiente | Højt forbrug | Hoher Verbrauch | Μη αποδοτικό | Less efficient | Peu économe | Alti consumi | Inefficiënt | Ineficiente |

| 3 kategorija 1 | | Frigorífico sin compartimento de baja temperatura | Køleskab uden frostboks | Kühlgerät | Ψυγείο/αποθηκευτής τροφών | Larder fridge | Réfrigérateur sans compartiment à basse température | Frigorifero senza scomparti a bassa temperature | Koelkast zonder vriesvak | Frigorífico sem compartimento de baixa temperatura |

| kategorija 2 | | Frigorífico -bodega | Køle-svaleskab | Gerät mit Kühlfach/Kellerfach | Ψυγείο/θάλαμος ταχείας ψύξεως | Refrigerator/chiller | Réfrigérateur avec compartiment de rafraîchissement | Frigorifero con scomparti cantina | Koel-kelderkast | Frigorífico-garrafeira |

| Kategorija 3 sa 6 | | Frigorífico | Køleskab | Kühlgerät | Ψυγείο | Refrigerator | Réfrigérateur | Frigorifero | Koelkast met vriesvak | Frigorífico |

| kategorija 7 | | Frigorífico -congelador | Køleskab/Fryser | Kühl-Gefrier-kombination | Ψυγείο/καταψύκτης | Fridge/freezer | Réfrigérateur/congélateur | Frigo/Congelatore | Koel-vrieskast | Frigorífico/congelador |

| kategorija 8 | | Congelador vertical | Fryseskab | Gefrierschrank | Καταψύκτης κατακόρυφου τύπου | Upright freezer | Congélateur armoire | Congelatore verticale | Diepvrieskast | Congelador vertical |

| kategorija 9 | | Congelador tipo arcón | Kummefryser | Gefriertruhe | Καταψύκτης οριζόντιου τύπου | Chest freezer | Congélateur coffre | Congelatore orizzontale | Diepvrieskist | Congelador horizontal (arca) |

| 5 | 1 | Clase de efi-ciencia energética… en una escala que abarca de A (mas eficiente) a G (menos eficiente) | Relativt energiforbrug… på skalaen A (lavt forbrug) til G (højt forbrug) | Energieeffizienz-klasse… auf einer Skala von A (niedriger Verbrauch) bis G (hoher Verbrauch) | Τάξη ενεργειακής απόδοσης… σε μια κλίμακα από το Α (αποδοτικό) έως το G (μη αποδοτικό) | Energy efficiency class… on a scale of A (more efficient) to G (less efficient) | Classement selon son efficacité énergétique… sur une échelle allant de A (économe) à G (peu conome) | Classe di efficienza energetica… su una scala da A (bassi consumi) a G (alti consumi) | Energie-efficiëntieklasse… op een schaal van A (efficiënt) tot G (inefficiënt) | Classe de eficiência energética… numa escala de A (eficiente) a G (ineficiente) |

V | 6 | 2 | Consumo de energía | Energiforbrug | Energieverbrauch | Χρήση ενέργειας | Energy consumption | Consommation d'énergie | Consumo di energia | Energieverbruik | Consumo de energia |

V | 6 | 2 | kWh/año | kWh/år | kWh/Jahr | kWh ανά έτος | kWh per year | kWh par an | kWh/anno | kWh per jaar | kWh/ano |

V | 6 | 2 | Sobre la base del resultado obtenido en 24 h en condiciones de ensayo normalizadas | På grundlag af tandardtest | Auf der Grundlage von Ergebnissen der Normprüfung über 24 h | Βάσει αποτελεσμάτων των πρότυπων δοκιμών επί 24ωρο | Based on standard test results for 24 h | Sur la base du résultat obtenu pour 24 h dans des conditions d'essai normalisées | In base ai risultati di prove standard per 24 ore | Gebaseerd op de resultaten van een standaardtest gedurende 24 uur | Com base nos resultados do ensaio normalizado de 24 h |

| 6 | 2 | El consume real depende de las condiciones de utilización del aparato y de su localización | Det faktiske energiforbrug afhænger af, hvorledes apparatet benyttes, og hvor det anbringes | Der tatsächliche Verbrauch hängt von der Nutzung und vom Standort des Geräts ab | Η πραγματική κατανάλωση εξαρτάται από τον τρόπο χρήσεως και το σημείο που είναι τοποθετημένη η συσκευή | Actual consumption will depend on how the appliance is used and where it is located | La consommation réelle dépend des conditions d'utilisation et de la localisation de l'appareil | II consumo effettivo dipende dal modo in cui l'apparecchio viene usato e dal posto in cui è situato | Werkelijk verbruik wordt bepaald door de wijze waarop het apparaat wordt gebruikt en de plaats waar het staat | O consumo real varia com as condições de utilização do aparelho e com a sua localização |

VII | 7 | 3 | Volumen alimentos frescos 1 | Rumfang af kølerum 1 | Nutzinhalt Kühlteil 1 | Νωπές τροφές σε λίτρα | Fresh food volume 1 | Capacité de denrées fraiches 1 | Scomparto alimenti freschi 1 | Inhoud koelruimte 1 | Volume de alimentos fescos l |

VIII | 8 | 4 | Volumen alimentos congelados 1 | Rumfang af frostrum 1 | Nutzinhalt Gefrierteil 1 | Κατεψυγμένες τροφές σε λίτρα | Frozen food volume 1 | Capacité de denrées congelées 1 | Scomparto alimenti congelati 1 | Inhoud vriesruimte 1 | Volume de alimentos congelados 1 |

| 10 | | Sin escarcha | Frostfri | No frost | Αυτόματη απόψυξη | No frost | Froid ventilé | Tipo ventilato (Frost free) | Zelfontdooiend | Frio ventilado |

| 11 | | Autonomía…h | Sikkerhed ved strømafbrydelse… t | Lagerzeit bei Störung… h | Αυτονομία σε ώρες | Powercut safe… h | Autonomie de… h | Autonomia di conservazione senza energia elettrica… h | Conserveringsduur bij stroomuitval… uur | Autonomia…h |

| 12 | | Capacidad de congelación kg/24 h | Indfrysningskapacitet kg/24 h | Gefriervermögen kg/24 h | Ψυκτική ισχύς (Kg/24o)Qo) | Freezing capacity kg/24 h | Charge (en kg/24 h) | Potere di congelamento Kg/24 h | Vriesvermogen Kg/24 uur | Capacidade de congelação kg/24 horas |

| 13 | | | | subnormal | Κάτω της ηπίας | Sub-normal | | | | |

| 13 | | Templado | tempereret | normal | Ήπια | Temperate | Tempéré | Temperata | Gematigd | Temperada |

| 13 | | Subtropical | subtropisk | subtropisch | Υποτροπική | Subtropical | Subtropical | Subtropicale | Subtropisch | Subtropical |

| 13 | | Tropical | tropisk | tropisch | Τροπική | Tropical | Tropical | Tropicale | Tropisch | Tropical |

IX | 14 | 6 | Ruido [dB(A) re 1 pW] | Lydeffektniveau dB(A) (Støj) | Geräusch (dB(A) re 1 pW) | Θόρυβος (dB(A) ανά 1 pW) | Noise (dB(A) re 1 pW) | Bruit [dB(A) re 1 pW] | Rumore dB(A) relpW | Geluidsniveau dB(A) re 1 pW | Nível de ruído dB(A) re 1 pW |

+++++ TIFF +++++

| | | Ficha de información detallada en los folietos del producto | Brochurerne om produktet indeholder yderligere oplysninger | Ein Datenblatt mit weiteren Geräteangaben ist in den Prospekten enthalten | Μια κάρτα με πληροφοριακές λεπτομέρειες Περιλαμβάνεται στο φυλλάδιο | Further information is contained in product brochures | Une fiche d'information détaillée figure dans la brochure | Gli opuscoli illustrativi contengono una scheda particolareggiata | Een kaart met nadere gegevens is opgenomen in de brochures over het apparaat | Ficha porme-norizada em folheto do produto |

+++++ TIFF +++++

| | | Norma EN 153 mayo 1990 | Standard: EN 153 af maj 1990 | Norm EN 153 Ausgabe Mai 1990 | Προδιαγραφές του ΕΝ 153 Μαίου 90 | Norm EN 153 May 1990 | Norme EN 153, mai 1990 | Norma EN 153 Maggio 1990 | Norm EN 153 mei 1990 | Norma EN 153, Maio de 1990 |

+++++ TIFF +++++

| | | Directive sobre etiquetado de refrigeradores 94/2/CE | Direktiv om energimærkning af kølemøbler 94/2/EF' | Kühlgeräte-Richtlinie 94/2/EG | Κοινοτική οδηγία προδια γραφών 94/2/ΕΚ για ψυγεία | Refrigerator Label Directive 94/2/EC | Directive 94/2/CE relative à l'étiquetage des réfrigérateurs | Direttiva 94/2/CE relativa all’etichettatura dei frigoriferi | Richtlijn Etikettering koelkasten 94/2/EG | Directiva 94/2/CE relativa à etiquetagem de aparelhos frigoríficos |

--------------------------------------------------