31994D0937



Official Journal L 366 , 31/12/1994 P. 0021 - 0021
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 37 P. 0272
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 37 P. 0272


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-22 ta' Diċembru 1994

dwar l-applikazzjoni provviżorja ta' xi artikoli mit-Tieni Protokolli Addizzjonali tal-Ftehimiet Ewropej bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u xi pajjiżi terzi min-naħa l-oħra, u għall-Ftehimiet Temporanji dwar kummerċ u affarijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, min-naħa l-waħda, u l-istess pajjiżi min-naħa l-oħra

(94/937/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kunsidra l-Ftehim ta' l-Ewropea iffirmat mar-Rumanija fil-21 ta' Diċembru 1993,

Wara li kunsidra l-Ftehim Temporanju [1] mar-Rumanija li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 1993, kif emendat bil-Protokoll Addizzjonali iffirmat fil-21 ta' Diċembru 1993,

Wara li kunsidra l-Ftehim Ewropew iffirmat mar-Repubblika tal-Bulgarija fit-8 ta' Marzu 1993, kif emendat bil-Protokoll Addizzjonali iffirmat fil-21 ta' Diċembru 1993

Wara li kunsidra l-Ftehim Temporanju [2] mar-Repubblika tal-Bulgarija li daħal fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 1993, kif emendat bil-Protokoll Addizzjonali iffirmat fil-21 ta' Diċembru 1993,

Wara li kunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ġenerali li kien iltaqa' fil-31 ta' Ottubru 1994,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi l-Kummissjoni innegozjat għat-Tieni Protokolli Addizzjonali tal-Komunitajiet tal-Ftehim Temporanji dwar il-kummerċ u affarijiet relattati mal-kummerċ u tal-Ftehim Ewropew mar-Rumanija u mar-Repubblika tal-Bulgarija;

Billi l-partijiet rilevanti ta' dawn it-Tieni Protokolli Addizzjonali għandhom jiġu applikati, fir-rigward ta' prodotti milquta mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea, fuq bażi provviżorja mill-1 ta' Jannar 1995, sakemm jintemmu l-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tagħhom,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu waħdieni

Sakemm tintlaħaq konklużjoni formali dwar it-Tieni Protokolli Addizzjonali, l-Artikoli rilevanti li għandhom ikunu applikati fuq bażi provviżorja mill-1 ta' Jannar 1995, huma kif ġejjin

- L-Artikoli 1 u 2 tat-Tieni Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim ta' l-Ewropa bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Rumanija, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u affarijiet relatati miegħu bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, min-naħa l-waħda, u r-Rumanija min-naħa l-oħra,

- L-Artikoli 1 u 2 tat-Tieni Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim ta' l-Ewropa bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u affarijiet relatati miegħu bejn il-Komunita Ekonomika Ewropea u l-Komunita Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min-naħa l-oħra.

It-testi tat-Tieni Protokolli Addizzjonali inizjalati inklużi l-Artikoli rilevanti huma mehmużin ma' din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

H. Seehofer

[1] ĠU L 81, tat-2.4.1993, p. 2.

[2] ĠU L 323, tat-23.12.1994, p. 2.

--------------------------------------------------