31994D0908



Official Journal L 358 , 31/12/1994 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 39 P. 0003
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 39 P. 0003


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni

tad-19 ta' Diċembru 1994

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ewropew bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn parti l-waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, mill-parti l-oħra

(94/908/ KEFA, KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkonsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 238, flimkien ma' l-Artikolu 228(2) it-tieni sentenza tat-(3) it-tieni subparagrafu tiegħu.

Wara li kkonsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

u b'mod speċjali t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkonsidraw il-kunsens tal-Parlament Ewropew [1]

Wara li kkonsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill mogħtija skond l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

Billi huwa meħtieġ li jiġi konkluż il-Ftehim Ewropew bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn parti l-waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, mill-parti l-oħra, iffirmat fi Brussel fit-8 ta' Marzu 1993 biex jintlaħqu l-għanijiet Komunitarji kif jidhru b'mod partikolari fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar; billi t-Trattat ma pprovdiex għall-każi kollha koperti minn din id-Deċiżjoni.

IDDEĊIDEW DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim Ewropa bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn parti l-waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, mill-parti l-oħra, flimkien mal-Protokolli, l-iskambju ta' ittri u d-dikjarazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħhom, qegħdin hawnhekk jiġu approvati f'isem il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.

It-testi msemmija fl-ewwel paragrafu huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1. Il-posizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Komunità fil-Kunsill ta' l-Assoċjazzjoni għandu jiġi stabbilit skond id-disposizzjonijiet ġenerali tat-Trattati li jwaqqfu l-Komunitajiet Ewropej mill-Kunsill, fuq proposta mill-Kumissjoni, jew, fejn ikun xieraq, mill-Kumissjoni.

2. Skond l-Artikolu 106 tal-Ftehim imsemmi fl-Artikolu 1 il-President tal-Kunsill għandu jippresiedi l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u għandu jippreżenta l-posizzjoni tal-Komunità. Rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jippresiedi l-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, skond ir-regoli tal-proċedura tagħha, u għandu jippreżenta l-posizzjoni tal-Komunità.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika msemmija fl-Artikolu 124 tal-Ftehim imsemmi fl-Artikolu 1 f'isem il-Komunità Ewropea. Il-President tal-Kummissjoni għandu jagħti notifika bħal din f'isem il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Diċembru 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

K. Kinkel

Għall-Kummissjoni

J. Delors

Il-President

[1] ĠU C 315, tat-22.11.1993, p. 103.

--------------------------------------------------