31994D0766



Official Journal L 305 , 30/11/1994 P. 0031 - 0035
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 63 P. 0057
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 63 P. 0057


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-21 ta' Novembru 1994

li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-prodotti tas-sajd u ta' l-akwakultura li joriġinaw fit-Tajwan

(94/766/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti mis-sajd [1], u partikolarment l-Artikolu 11 tagħha,

Billi grupp ta' esperti tal-Kummissjoni wettqu żjara ta' spezzjoni fit-Tajwan sabiex jivverifikaw il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom il-prodotti tas-sajd huma prodotti, maħżuna u mibgħuta lejn il-Komunità;

Billi d-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni tat-Tajwan dwar l-ispezzjoni tas-saħħa u l-monitoraġġ tal-prodotti tas-sajd jistgħu jkunu meqjusa bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 91/493/KEE;

Billi l-Uffiċju ta' l-Ispezzjoni u l-Kwarantina tal-Merkanzija ta' Ħtieġa (BCIQ/IKMĦ), l-awtorità kompetenti fit-Tajwan, hija kapaċi li effettivament tivverifika l-applikazzjonijiet tal-liġijiet fis-seħħ;

Billi l-proċedura għall-kisba taċ-ċertifikat tas-saħħa referuti fl-Artikolu 11(4)(a) tad-Direttiva 91/493/KEE għandha wkoll tkopri d-definizzjoni tal-mudell taċ-ċertifikat, il-ħtiġiet minimi li għandhom x'jaqsmu mal-lingwa li biha għandu jkun imħejjiji u l-pożizzjoni tal-persuna bil-poteri li tiffirmah;

Billi, permezz ta' l-Artikolu 11(4)(b) tad-Direttiva 91/493/KEE, għandha tkun imwaħħla marka mal-pakketti tal-prodotti tas-sajd li tagħti l-isem tal-pajjiż terz u n-numru ta' l-approvazzjoni tal-istabbiliment ta' l-oriġini;

Billi, permezz ta' l-Artikolu 11(4)(c) tad-Direttiva 91/493/KEE, il-lista tal-istabbilimenti approvati għandha tkun imħejjija; billi din il-lista għandha tkun imħejjija fuq il-bażi tal-komunikazzjoni mill-IKMĦ lejn il-Kummissjoni; billi huwa għaldaqstant għall-IKMĦ li għandu tassigura l-konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 91/493/KEE;

Billi l-IKMĦ kienet ipprovdiet assikurazjonijiet uffiċjali fir-rigward tal-konformità mar-regoli stabbiliti fil- Kapitolu V ta' l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE u fir-rigward tat-twettiq tal-ħtiġiet ekwivalenti għal dawk stabiliti b'dik id-Direttiva għall-approvazzjoni tal-istabbilimenti;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

L-Uffiċju tal-Ispezzjoni u l-Kwarantina tal-Merkanzija ta' Ħtieġa (BCIQ/IKMĦ) huwa magħruf bħala l-awtorità kompetenti fit-Tajwan sabiex jivverifika u jiċċertifika l-konformità tal-prodotti tas-sajd mal-ħtiġiet tad-Direttiva 91/493/KEE.

L-Artikolu 2

Il-prodotti tas-sajd u ta' l-akwakultura li joriġinaw fit-Tajwan għandhom jilħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. kull kunsinna għandu jkollha magħha ċertifikat tas-saħħa, innumerat, mimli kif xieraq, iffirmat, iddatat u li jikkonsisti minn karta waħda skond il-mudell kif stabbilit fl-Anness A miġjub hawn taħt;

2. il-prodotti għandhom jiġu minn istabbilimenti approvati elenkati fl-Anness B miġjub hawn taħt;

3. apparti milli fil-każ ta' prodotti tas-sajd bil-massa li huma ffriżati u intiżi għall-nanifattura ta' l-ikel ippreservat, kull pakkett għandu jġorr l-isem "Tajwan" u n-numru ta' l-approvazzjoni tal-istabbiliment ta' l-oriġini f'ittri li ma jitħassrux.

L-Artikolu 3

1. Iċ-ċertifikat referut fil-punt 1 ta' l-Artikolu 2 għandu jkun imħejjiji mill-inqas f'lingwa uffiċjali waħda ta' l-Istat Membru ta' fejn il-kontrolli/t-testijiet huma mwettqa.

2. Iċ-ċertifikat għandu jkollu l-isem, il-kapaċità u l-firma tar-rappresentat tal-IKMĦ u t-timbru uffiċjali ta' dan ta' l-aħħar f'kulur li huwa differenti minn l-indikazzjonijiet l-oħra li jkun hemm fiċ-ċertifikat.

L-Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 1995.

L-Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Novembru 1994.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 15.

--------------------------------------------------

L-ANNESS A

ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA

għall-prodotti tas-sajd u l-akwakoltura li joriġinaw fit-Tajwan u li huma intiżi għall-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea bl-eċċezzjoni tal-molluski bivalvi, ta' l-ekinodermi, tat-tunikati u tal-gastropodi tal-baħar, f'kull forma

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS B

IL-LISTA TAL-ISTABBILIMENTI

Numru ta' l-approvazzjoni | L-istabbilimenti | L-indirizz | Il-limitu tad-data ta' l-approvazzjoni |

7F30003 | Fa Tai Frozen Food Works Co. ltd | Nru 3, ir-raba' Triq Shin-iu, Chein-chen Dist., Kaohsiung, Tajwan | tat- 30.6.1995 |

7F30058 | Union Development Frozen Foods Co., Ltd | Nru 5, Triq Tung Lin, Hsiao Kang Dist., Kaohsiung, Tajwan | tal- 31.12.1995 |

2F00001 | Tong Ho Foods Industrial Co., Ltd | 67-4 Triq Chung fu, Wu Chieh Hsiang, E-Lan Hsien, Tajwan | tat- 30.6.1995 |

7F30048 | Luxe Enterprise Co. Ltd | Nru. 88 Sec. 2 Triq Pei Ning, Nei Pu Hsiang, Ping-tung Hsien, Tajwan | tat- 30.6.1995 |

7F30062 | Shin Ho Sing Ocean Enterprise Co., Ltd | Nru 31 L-Ewwel Triq tan-naħa ta' l-Isfel tal-Port, distrett Chein Chen, Kaohsiung, Tajwan | tat- 30.6.1995 |

7F30074 | Sanwa Frozen Food Co. Ltd | Nru. 131, Triq Yen Ping, Neipu Hsiang, Pingtung Hsien, Tajwan | tat- 30.6.1995 |

7F30076 | Ho Kee Frozen Food Factory Co. Ltd | Nru. 26, Triq Jong Heng, Distrett Hsiao Kang, Kaohsiung, Tajwan | tat- 30.6.1995 |

2F30040 | L's Izumi Frozen Food Co. Ltd | Nru. 7 Triq Long Hsiang 1, Suao, E-Lan Hsien, Tajwan | tal- 31.12.1995 |

7F30001 | Song Cheng Enterprise Co. Ltd | Nru 469, Triq Chung Cheng,, Fong-Tien, Neipoo, Ping-Tung Tajwan | tal- 31.12.1995 |

7F30075 | Just Champion Enterprise Co. Ltd | Nru. 99, Triq Tatung, Nanchow Hsiang, Pingtung Hsien, Tajwan | tal- 31.12.1995 |

2F30017 | I-Mei Frozen Foods Co. Ltd | Nru. 244 Triq Fu-Der, Su-ao, I-Lan Hsien, Tajwan | tal- 31.12.1995 |

2F30039 | Hochico Marine Processing Corp. | Nru 29 L-ewwel Triq Der Shin, Su-ao, I-Lan, Tajwan | tal- 31.12.1995 |

7F30080 | Chreng Hwa Frozen Foods Co/Ltd | 1153, Triq Chao Chou, Chao Chou Chen, Pingtung Hsien, Tajwan | tal- 31.12.1995 |

7F30035 | Tong Pao Frozen Food Co. Ltd | Nru. 20 Triq Tien Chang, Chiao Tou Shiang, Kaohsiung, Tajwan | 31.12.95 |

--------------------------------------------------