31994D0643



Official Journal L 249 , 24/09/1994 P. 0018 - 0018
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 61 P. 0074
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 61 P. 0074


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-12 ta' Settembru 1994

li tirrigwarda l-irtirar ta' awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-siħalotrina bħala sustanza attiva

(94/643/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta' Diċembru 1992, li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-ewwel stadju tal-programm ta' xogħol riferit fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE [1] li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, u b' mod partikolari l-Artikolu 4(5) tagħha,

Billi s-siħalotrina kienet waħda mid-90 sustanza attiva koperta bl-ewwel stadju tal-programm ta' xogħol provdut fl-Artikolu 8(2) tad- Direttiva 91/414/KEE [2];

Billi fir-rigward ta' din is-sustanza ebda produttur jew Stat Membru ma nnotifika interess li tiġi inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE;

Billi jrid jitqies li l-informazzjoni meħtieġa għar-rievalwazzjoni ta' din is-sustanza ma tistax tiġi sottomessa fil-qafas tal-programm ta' xogħol u li għalhekk għandha tittieħed deċisjoni bl-effett li l-awtorizzazzjonijiet kurrenti għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva għandhom jiġu rtirati;

Billi din id- Deċisjoni ma teskludix li fil-futur is-siħalotrina tiġi evalwata fil-qafas tal-proċedura provduta fl-Artikolu 6 tad- Direttiva 91/414/KEE;

Billi l-miżuri provduti f'din id- Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊISJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jiżguraw:

1. li awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-siħalotrina jiġu rtirati fi żmien sitt xhur mid-data tad-Deċisjoni presenti;

2. li mid-data tad-Deċiżjoni presenti ebda awtorizzazzjoni għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-siħalotrina ma tista' tingħata jew tiġġedded permezz tad-deroga provduta fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 2

Din id- deċisjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-12 ta' Settembru 1994.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 366, tal-15.12.1992, p. 10.

[2] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

--------------------------------------------------