Official Journal L 212 , 17/08/1994 P. 0015 - 0015
Finnish special edition: Chapter 16 Volume 2 P. 0095
Swedish special edition: Chapter 16 Volume 2 P. 0095
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ ġunju 1994 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut ta’ l-Iskejjel Ewropej (94/558/KEFA) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u b’mod partikolari l-ewwwel paragrafu ta’ l-Artikolu 95 tiegħu, Bil-qbil tal-Kunsill, Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv, Billi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar hija interessata sabiex tipprovdi għat-tagħlim konġunt tat-tfal ta’ l-impjegati tagħha fl-Iskejjel Ewropej bħala mezz biex tiżgura l-ħidma xierqa ta’ l-istituzzjonijiet tal-Komunità u tħaffef it-twettiq tax-xogħlijiet tagħhom; billi għal dan l-għan, fit-12 ta’ April 1957 l-Istati Membri oriġinali ffirmaw il-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut ta’ l-Iskejjel Ewropej; Billi, fil-31 ta’ Mejju 1990, il-Kunsill u l-Ministri ta’ l-Edukazzjoni li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill talbu sabiex Konvenzjoni ġdida dwar l-Iskejjel Ewropej tiġi abbozzata bl-għan li tirrendi effiċjenza ikbar fil-ħidma ta’ l-Iskejjel u li tagħti rikonoxximent ikbar lill-irwol li għandha l-Komunità fihom; Billi l-parteċipazzjoni tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar fl-implimentazzjoni ta’ l-imsemmija Konvenzjoni huwa meħtieġ sabiex tiġi żgurata t-twettiq ta’ l-għanijiet tal-Komunità; Billi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar għandha tipparteċipa fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni bl-eserċizzju tas-setgħat li joħorġu mir-regoli stabbiliti mill-Konvenzjoni u minn atti futuri li tista’ taddotta skond id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni; Billi huwa għalhekk meħtieġ li l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar tiffinalizza din l-imsemmija Konvenzjoni; Billi s-setgħat għall-azzjoni waħdiena disponibbli għall-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni huma dawk imniżżlin fl-Artikolu tat-Trattat KEFA, IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut ta’ l-Iskejjel Ewropej hija hawnhekk approvata fl-isem tal- Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar. It-test tal-Konvenzjoni huwa mehmuż ma’ dan [1]. Artikolu 2 Il-President tal-Kummissjoni għandu jiddepożita l-istrument ta’ l-approvazzjoni skond l-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni. Magħmula fil-Lussemburgu, fis-17 ta’ Ġunju 1994. Għall-Kummissjoni Jacques Delors Il-President [1] Ara paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali. --------------------------------------------------