31994D0433



Official Journal L 179 , 13/07/1994 P. 0027 - 0032
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 59 P. 0040
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 59 P. 0040


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/433/KE

tat-30 ta' Mejju 1994

li tniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/24/KEE fir-rigward ta' l-istħarriġ statistiku fuq il-popolazzjoni u l-produzzjoni tal-bhejjem, u li temenda l-imsemmija Direttiva

(94/433/KE)

IL-KUMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidtat Direttiva tal-Kunsill 93/24/KEE ta' l-1 ta' Ġunju 1993 dwar stħarriġ statistiku li għandu jkun imwettaq dwar il-produzjoni ta' annimali bovini [1], u partikolarment l-Artikoli 1(3), 2 (2), 3 (2), 6 (1) u (2), 8 (1) u (2) u 10 (3) u 12 (2) tagħha,

Billi definizjonijiet preċiżi huma meħtieġa sa biex ikunu mwettqa l-istħarriġ li hemm dispożizzjoni dwarhom f'Direttuva 93/24/KEE; billi dan jenħtieġ id-definizjonijiet ta' oqsma agrikoli koperti b'dan l-istħarriġ; billi l-kategoriji individwali li fihom ir-riżultati ta' l-istħarriġ għandhom ikunu maqsuma għandhom ikunu defini bi preċiżjoni, u d-daqs tal-klassijiet tal-merħliet u r-reġjuni li permezz tagħhom l-Istati Membri jħejju r-riżultati ta' l-istħarriġ f'intervalli regolari għandhom ukoll ikunu iddeterminati; billi definizjoni waħda ta' piż ta' karkassa hija meħtieġ għat-tħejjija ta' statistika dwar il-biċċerija;

Billi, bl-emenda tan-nomenklatura magħquda għall-animali bovini ħajjin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2505/92 [2], mhuwiex aktar possibli, la għall-kummerċ fil-Komunità u l-anqas għall-kummerċ mal-pajjiżi li m'humiex membri, għall-Istati Membri li jirreġistraw il-barrin u l-bgħula separatament; billi l-qsim tal-produzjoni indiġena grossa f'barrin u bgħula kif meħtieġ permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 93/24/KEE għalhekk mhux aktar possibli; billi d-Direttiva 93/24/KEE għandha għalhekk tkun emendata;

Billi, skond Direttiva 93/24/KEE, l-Istati Membri jistgħu, fuq talba tagħhom, ikunu awtoriżżati li jwettqu l-istħarriġ ta' Mejju u Ġinju fir-reġjuni magħżula, fuq il-ftehim li dan l-istħarriġ ikopri mill-anqas 70 % tal-popolazjoni tal-bovini; billi l-Istati Membri li l-popolazjoni tal-bovini tagħhom tikkostitwixxi persentaġġ żgħir tal-popolazjoni globali tal-Komunità jistgħu, fuq talba tagħhom stess, ikunu wkoll awtoriżżati biex iwarrbu għal kollox l-istħarriġ jew ta' Mejju/Ġunju jew ta' Diċembru, jew li jużaw il-qsim reġjonali għar-riżultati finali ta' l-istħarriġ ta' Mejju/Ġunju; billi, finalment, l-Istati Membri jistgħu, fuq talba tagħhom stess, ikunu awtoriżżati li jużaw sorsi amministrattivi minflok stħarriġ statistiku biex jiddeterminaw il-popolazjoni tal-bovini u l-qsim preskritt bi klassijiet ta' daqs tal-merħliet għal riżultati finali ta' snin innumerati biż-żewġ u/jew għal dawk tar-riżultati ta' l-istħarriġ ta' Mejju/Ġunju;

Billi kienu saru applikazzjoni mill-Istati Membri għat-tipi ta' awtoriżazzjoni msemmija hawn fuq;

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 73/262/KEE [3], kif l-aħħar emendata b'Deċiżjoni 90/501/KEE [4], għandha tkun mibdulha;

Billi, la darba Direttiva 93/24/KEE hija applikabbli mill-1 ta' Jannar 1994, huwa xieraq li jkunu applikati d-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni b'effett mill-istess data;

Billi din id-Deċiżjoni hija bi qbil ma l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Statistika Agrikola,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 2(2) ta' Direttiva 93/24/KEE, "qasam agrikolu" jfisser xi unita teknika w ekonomika taħt amministrazjoni singola li tipproduċi prodotti agrikoli.

2. L-istħarriġ li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 93/24/KEE għandu jkopri:

(a) oqsma agrikoli b'qasam agrikolu ta' żona ta' ettaru 1 jew aktar;

(b) oqsma agrikoli b'qasam agrikolu ta' żona ta' anqas minn ettaru wieħed, jekk il-produzzjoni tagħhom hija għal ċerta ħsieb intenzjonati għall-bejgħ jew ta' l-unita tal-produzzjoni tagħhom teċċedi ċerti limiti naturali.

3. L-Istati Membri li jixtiequ li japplikaw il-limiti differenti ta' l-istħarriġ għandhom, b'danakollu, jintrabtu li jiddeterminaw dak il-limitu b'mod illi l-iżgħar irziezet ikunu esklużi u li flimkien l-irziezet esklużi jammontaw għal 1 % jew anqas tat-total standard tal-marġini grossa, fil-qafas tat-tifsira tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 85/377/KEE [5], u ta' l-Istati Membri ikkonċernati.

Artikolu 2

Id-definizjonijiet tal-kategoriji ta' annimali bovini li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 3(1), 10 (2) u 12 (2) tad-Direttiva 93/24/KEE huma stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 3

Is-sub-diviżjonijiet territorjali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/24/KEE huma stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 4

It-tqassim li hemm dispożizzjoni dwaru fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 93/24/KEE huwa stabbilit fl-Anness III.

Artikolu 5

Il-piż tal-karkassa li hemm referenza għalih fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 93/24/KEE huwa definit fl-Anness IV.

Artikolu 6

Fl-Artikolu 12(2) ta' Direttiva 93/24/KEE, kategorija "D. Barrin" u kategorija "E, gniedes" huma magħquda biex jinqraw "D. Barrin u bgħula".

Artikolu 7

1. Bis-saħħa ta' l-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/24/KEE, l-Istati Membri mniżżla f'punt (a) ta' l-Anness V huma awtoriżżati li jwettqu l-istħarriġ ta' Mejju jew Ġunju f'reġjuni magħżula, bil-ftehim li dak l-istħarriġ ikopri mill-anqas 70 % tal-popolazjoni tal-bovini.

2. Bis-saħħa tat-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/24/KEE, l-Istati Membri mniżżla f'punt (b) ta' l-Anness V huma awtoriżżati li jwarbu għal kollox l-istħarriġ ta' jew ta' Mejju/Ġunju inkella ta' Diċembru.

3. Bis-saħħa tat-tielet sub-paragrafu ta' l-Artikolu 1(2) ta' Direttiva 93/24/KEE, l-Istati Membri mniżżla f'punt (ċ) ta' l-Anness V huma awtoriżżati li jużaw sorsi amministrattivi minflok l-istħarriġ statistiku.

4. Bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 93/24/KEE, l-Istati Membri mniżżla f'punt (d) ta' l-Anness V huma awtoriżżati li jużaw il-qsim reġjonali għar-riżiltati finali ta' l-istħarriġ ta' Mejju/Ġunju.

5. Bis-saħħa ta' l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 93/24/KEE, l-Istati Membri mniżżla f'punt (e) ta' l-Anness V huma awtoriżżati li jużaw il-qsim skond il-klassijiet tad-daqs tal-merħliet għar-riżultati finali tas-snin innumerati biż-żewġ u/jew għal dawk ta' l-istħarriġ ta' Mejju/Ġunju.

Artikolu 8

Id-Deċiżjoni 73/262/KE hija imħassra.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tkun applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 1994.

Artikolu 10

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 30 ta' Mejju 1994.

Għall-Kummissjoni

Henning Christophersen

Viċi-President ĠU

[1] ĠU L 149, tal-21.6.1993, p. 5.

[2] ĠU L 267, ta' l-14.9.1992, p. 1.

[3] ĠU L 253, ta' l-10.9.1973, p. 5.

[4] ĠU L 278, ta' l-10.10.1990, p. 41.

[5] ĠU L 220, tas-17.8.1985, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Definizzjonijiet u kategoriji

| L-Artikolu 3(1) ta' Direttiva 93/24/KEE | L-Artikolu 10(2) u 12 (2) ta' Direttiva 93/24/KEE |

Għoġġiela | A.(a)Frat ta' anqas minn 12 il-xhar intenzjonati għal qatla bħala għoġġiela: id-definizzjoni ta' għoġġiela tidher taħt A fil-kolonna li jmiss | A.Għoġġiela:animali domestiċi ta' l-ispeċje bovini li ma jeċċedux il-piż meta ħajjin ta' 300 kg li għad m'għandhomx it-tieni snien |

Barrin | | D.Barrin:Animali sħaħ bovini maskili mhux inklużi f'A |

Gniedes | | E.Gniedes:annimali irġiel imsewwija mhux inklużi f'A |

Erħiet | C.(b)(ba)Annimali bovini femminili ta' sentejn jew aktar li jkun għandhom ma ġewx mifthuma | B.ErħietAnnimali bovini femminili li jkun għadhom ma ġewx mifthuma (ma humiex inklużi f'A) |

Erħiet għal qatla | C.(b)(ba) (1)Erħiet imrawma għal-laħam | |

Erħiet oħra | C.(b)(ba) (2)Erħiet imrawma għat-tnissil u intenzjonati biex iġeddu l-merħliet tal-baqar tal-ħalib u baqar oħrajn | |

Baqar | C.(b)(bb)Annimali bovini femminili li jkunu diġa ġew mifthuma (inklużi dawk ta' taħt is-sentejn) | C.Baqar:Annimali bovini femminili li jkunu diġa ġew mifthuma |

Baqar tal-ħalib | C.(b)(bb) (1)Baqar li huma miżmuma esklussivament jew prinċipalment għall-produzjoni tal-ħalib għall-konsum uman u/jew għall-iproċessar fi prodotti tal-ħalib. Inklużi baqar tal-ħalib li mhumiex tar-razza (sew jekk ikunu msemmna u anki jekk le mill-aħħar ħalib tagħhom sal-qatla) | |

Baqra oħrajn | C.(b)(bb) (2)Baqar apparti minn baqar tal-ħalib inklużi, fejn applikabbli, baqar tal-ħrit. | |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Suddiviżjonijiet terrotorjali

Il-Belġju: | ProvinċjiProvinces |

Id-Danimarka: | — |

Il-Ġermanja: | Bundesländer |

Il-Greċja: | Ir-reġjuni tas-Servizz ta' Żvilupp Regjonali |

Spanja: | GaliciaPrincipado de AsturiaCantabriaPais VascoNavarraLa RiGUaAragónCataluñaBalearesCastilla y LeónMadridCastilla-La ManchaComunidad Valenciana yRegión de MurciaExtremaduraAndaluciaComunidades autónomas oħra |

Franza: | Champagne-AdrennesPicardie-Nord-Pas-de-CalaisBasse-Normandie — Haute-NormandieBourgogneAlsace-LoraineFranche-ComtéPays-de-la-LoireBretagnePoitou-CharentesAquitaineMidi-PyrénéesLimousinRhône-AlpesAuvergneu oħran |

Irlanda: | — |

Italja: | Regioni |

Lussemburgu: | — |

Olanda: | Provinċji |

Portugall: | Regiōes |

Renju Unit: | Reġjuni normali |

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

SPJEGAZZJONI

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

Id-definizjoni tal-piż ta' karkassa:

Il-piż tal-karkassa huwa l-piż tal-ġisem kiesaħ ta' l-annimal maqtul, wara li jkun ġie mqaxxar, svinat u tneħħewlu l-imsaren, u wara li jkunu tneħħew il-ġenitalja, is-saqajn u d-dirgħajn mill-karpu u t-tarsu, ir-ras, id-denb il-kliewi u x-xaħmijiet tal-kliewi, u l-bżieżel.

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

(a) L-Istati Membri awtoriżżati li jwettqu l-istħarriġ ta' Mejju jew Ġunju f'reġjuni magħżula

Franza

L-Italja

(b) L-Istati Membri awtoriżżati li jwarrbu għal kollox bl-istrħarriġ ta' Mejju/Ġunju jew Diċembru

Mejju/Ġunju | Diċembru |

Il-Portugall | Il-Greċja |

(ċ) L-Istati Membri awtoriżżati li jużaw sorsi amministrattivi minflok stħarriġ statistiku għall-istħarriġ ta' Mejju/Ġunju u/jew Diċembru

Mejju/Ġunju | Diċembru |

(d) L-Istati Membri awtoriżżati biex jużaw qsim reġjonali għar-riżultati finali ta' l-istħarriġ ta' Mejju/Ġunju

Il-Belġju

Il-Greċja

L-Olanda

(e) L-Istati Membri li huma awtoriżżati li jużaw il-qsim bi klassijiet ta' daqs ta' merħliet għar-riżultat finali ta' snin innumerati biż-żewġ u/jew dawk tar-riżultat ta' stħarriġ ta' Mejju/Ġunju

Fi snin innumerati biżżewġ | Mejju/Ġunju |

Il-Germanja | Id-Danimarka |

| Il-Belġju |

| Il-Greċja |

| L-Olanda |

--------------------------------------------------