31994D0376

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 1994 li temenda Deċiżjoni Nru 85/377/KEE li tistabbilixxi tipoloġija tal-Komunità għal azjendi agrikoli

Official Journal L 171 , 06/07/1994 P. 0030 - 0036
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 58 P. 0236
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 58 P. 0236
CS.ES Chapter 03 Volume 16 P. 226 - 233
ET.ES Chapter 03 Volume 16 P. 226 - 233
HU.ES Chapter 03 Volume 16 P. 226 - 233
LT.ES Chapter 03 Volume 16 P. 226 - 233
LV.ES Chapter 03 Volume 16 P. 226 - 233
MT.ES Chapter 03 Volume 16 P. 226 - 233
PL.ES Chapter 03 Volume 16 P. 226 - 233
SK.ES Chapter 03 Volume 16 P. 226 - 233
SL.ES Chapter 03 Volume 16 P. 226 - 233


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-30 ta' Mejju 1994

li temenda Deċiżjoni Nru 85/377/KEE li tistabbilixxi tipoloġija tal-Komunità għal azjendi agrikoli

(94/376/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE tal-15 ta' Ġunju 1965 li jwaqqaf network għall-ġbir ta' data tal-kontabilità dwar l-introjtu u l-operazzjoni tan-negozju ta' azjendi agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 3577/90 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 11 tiegħu,

Billi t-tipoloġija tal-Komunità ta' azjendi agrikoli stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 85/377/KEE [3], u b'mod partikolari l-marġini g ross standard, hija l-bażi għall-klassifika ta' l-azjendi agrikoli skond id-daqs ekonomiku u t-tip ta' biedja kemm fl-istħarriġ ta' struttura tar-razzett u wkoll taħt in-Network tad-Data dwar il-Kontabilità tal-Biedja (NDKB); billi t-tipoloġija tal-Komunità hi wkoll il-bażi għall-kalkolu ta' l-unitajiet ta' daqs Ewropej (UDE) u għall-limiti użati biex jiddelimitaw il-qasam ta' osservazzjoni u għat-tfassil tal-pjan għall-għażla ta' azjendi li jagħtu kont inklużi jew li jridu jiġu inklużi fin-NDKB;

Billi r-riżultati ta' l-istħarriġ ta' struttura tar-razzett, ikklassifikati mill-UDE u t-tip ta' biedja jservu bħala l-bażi ta' deċiżjoni tal-politika dwar l-istruttura tal-biedja skond il-politika agrikola komuni u ghad-definizzjoni tal-qasam ta' osservazzjoni tan-NDKB, li sservi bħala bażi għall-għażla u l-ippeżar tal-kampjun tal-biedja tan-NDKB; billi l-għażla ta' azjendi li jagħtu kont għal-qasam ta' osservazzjoni trid tkun rappreżentattiva f'termini ta' l-oġġettivi ta' kull wieħed mill-analiżi ppjanati;

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88) [4], kif l-aħħar emendat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 93/156/KEE [5], jipprovdi għal serje ta' stħarrig dwar l-istruttura ta' azjendi agrikoli mill-1988 sa l-1997 u jniżżel il-karatteristiċi li jridu jiġu mistħarrġa;

Billi l-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 85/377/KEE tgħid li l-Kummissjoni, assistita mill-Istati Membri, għandha tirrevedi mill-inqas kull 10 snin l-esperjenza akkwistata fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni u kwalunkwe bżonnijiet ġodda Komunitarji li jitqajmu fil-qasam; billi wara tali reviżjoni, id-disposizzjonijiet tad-Deċiżjoni jistgħu jiġu emendati kif meħtieġ;

Billi l-istruttura u l-kontenut tal-lista ta' karatteristiċi ta' stħarriġ għall-1988 sa l-1997 ġew emendati, sabiex il-karatteristiċi fil-lista l-ġdida jvarjaw minn dawk irreġistrati fl-istħarriġ preċedenti; billi t-tipoloġija Komunitarja ta' azjendi agrikoli tiddependi fuq dik il-lista u hu għalhekk neċessarju li d-Deċiżjoni 85/377/KEE tiġi addattata għal-listi ta' karatteristiċi ta' stħarriġ stabbiliti mir-Regolament (KEE) Nru 571/88;

Billi l-miżuri li hemm provvdut għalihom f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Komunitarju għan-Network tad-Data dwar il-Kontabilità tal-Biedja u l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Istatistiċi Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi II u III ġħad-Deċiżjoni Nru 85/377/KEE huma emendati skond l-Annessi I u II magħha.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1988.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-30 ta' Mejju 1994.

Għall-Kummissjoni

Henning Christophersen

Viċi President

[1] ĠU L 109, tat-23.6.1965, pġ.1859/65.

[2] ĠU L 353, tas-17.12.1990, pġ. 23.

[3] ĠU L 220, tas-17.8.1985, pġ. 1.

[4] ĠU L 56, tat-2.3.1988, pġ. 1.

[5] ĠU L 65, tas-17.3.1993, pġ. 12.

--------------------------------------------------

ANNESS I

L-Anness II ġħad-Deċiżjoni 85/377/KEE hu emendat kif ġej:

1. Fil-parti B (definizzjoni tat-tipi),

- il-punt (a) u n-nota f'qiegħ il-paġna korrispondenti huma sostitwiti b'li ġej: -

"(a) In-natura ta' l-intrapriżi kkonċernati

Dawn l-intrapriżi jirreferu għal-lista ta' karatteristiċi mistħarrġa dwar l-istruttura ta' l-azjendi agrikoli. Huma indikati mill-kodiċi mniżżla fl-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 807/89 jew mill-kodiċi li jkopru numru minn dawn il-karatteristiċi kif mogħti fil-parti Ċ ta' dan l-Anness (1).

(1) Karatteristiċi D12 (Egħruq u tubers għall-għalf), D18 (Pjanti għall-għalf), D21 (Art mhux miżrugħa), E (Ġonna tal-kċejjen), F01 (Marġ u mergħat permanenti, bl-esklużjoni ta' rough grazing), F02 (rough grazing) u J11 (Majjali żgħar) huma wżati biss taħt ċerti kondizzjonijiet (ara punt 5 ta' l-Anness I).'"

- fil-kolonna bl-intestatura "Kodiċi tal-karatteristiċi u l-oġħtiebi'",

- il-formola "G01 1o > 2/3" li tirreferi għad-definizzjoni tat-tip partikolari ta' biedja dwar 3211- Frott frisk speċjalizzat (barra minn ċitru) hija mibdula bil-formola "G01a + G01b > 2/3"

u

- il-formola "G01 1o > 2/3" li tirreferi għad-definizzjoni tat-tip partikolari ta' biedja dwar 3212- Lewż speċjalizzat hija mibdula bil-formola "G01ċ > 2/3"

2. Fil-parti Ċ, sezzjoni I, (Kodiċi li jiġbru mill-ġdid diversi karatteristiċi inklużi fl-istħarriġ ta' struttura ta' l-1985 u l-1987),

- fil-kodiċi P1, il-kliem "mhux għall-għalf" huma mħassra fil-karatteristiċi I01 (uċuħ tar-raba suċċessivi sekondarji mhux għall-għalf),

u

- fil-kodiċi P1, il-kliem "+I06o (art mhux miżrugħa, b'possibbiltajiet ta' rotazzjoni) + 106b (marġ u mergħat permanenti użati bħala grazing għall-bdiewa tal-biedja estensiva tal-bhejjem) + 106 Ċ (irtubi, ċiċri u ġilbieni)" huma miżjuda.

3. Fil-parti Ċ, sezzjoni II, it-tabella hi mibdula b'li ġej:

"II Korrispondenza bejn l-intestaturi ta' l-istħarriġ ta' struttura u r-return tar-razzett tan-Network tad-Data dwar il-Kontabilità tal-Biedja (NDKB)

Intestaturi ekwivalenti għall-applikazzjoni ta' l-SGMs |

Stħarriġ ta' Struttura tar-Razzett mill-1988 sa l-1997 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88 u 807/89) | Il-Kummissjoni dwar ir-return tar-razzett NDKB (Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2940/93) |

I.Uċuħ tar-raba'

D01 | Qamħ komuni u spelt | 120 | Qamħ komuni u spelt |

D02 | Qamħ durum | 121 | Qamħ durum |

D03 | Sikrana | 122 | Sikrana (inkluż il-meslin) |

D04 | Xgħir | 123 | Xgħir |

D05 | Ħafur | 124 | Ħafur |

| + | |

| 125 | Taħlitiet ta' ċereali tas-sajf |

D06 | Żerriegħa tal-qamħirrum | 126 | Żerriegħa tal-qamħirrum (inkluża ż-żerriegħa niedja tal-qamħirrum) |

D07 | Ross | 127 | Ross |

D08 | Ċereali oħrajn | 128 | Ċereali oħrajn |

D09 | Ħaxix niexef għall-produzzjoni taż-żerriegħa | 129 | Legumi niexfa |

D09a | li minnhom bħala uċuħ puri għall-għalf Piżelli, ful u fażola ħadra, ġilbieni, lupini ħelwin | 329 | Legumi niexfa għall-għalf imkabbra bħala wiċċ singolu: piżelli, fażola ħadra, ġilbieni, lupini niexfa eċċ |

D09b | Oħrajn (bħala uċuħ puri jew imħallta) | 330 | Uċuħ oħrajn tal-proteini |

D10 | Patata | 130 | Patata (inkluża patata bikrija u żerriegħa) |

D11 | Zokkor tal-pitravi | 131 | zokkor tal-pitravi (eskluża ż-żerriegħa) |

D12 | Egħruq għall-għalf u brassicas | 144. | Egħruq għall-għalf u brassicas |

D13 | Pjanti industrijali (inklużi żerriegħa għall-pajnti erbaċi taż-żerriegħa taż-żejt; esklużi ż-żerriegħa għal pjanti tal-fibri,ħops, tabakk u pjanti industrijali oħrajn) | | — — — |

| li minnhom: | | |

| (a)Tabakk | 134. | Tabakk |

| (b)Ħops | 133. | Ħops |

| (ċ)Tajjar | 347. | Tajjar |

| (d)Pjanti oħrajn taż-żerriegħa taż-żejt jew pjanti tal-fibri u pjanti industrijali oħrajn | | |

| (i)Żerriegħa taż-żejt (total) li minnhom: | 132. | Uċuħ erbaċi taż-żerriegħa taż-żejt |

| — —ir-rapa u r-rapa tan-nevew | 331. | Rapa |

| — —il-ġirasol | 332. | Ġirasol |

| — —is-soja | 333. | Soja |

| — — — | 334. | Oħrajn |

| (ii)Pjanti aromatiċi, mediċinali u kulinari | 345. | mediċinali inklużi t-té, kafé u ż-żerriegħa tal-kafé) |

| (iii)Pjanti industrijali oħrajn | 346. | Il-kanna taz-zokkor |

| + | |

| 348. | Pjanti industrijali oħrajn |

| — —Il-kanna taz-zokkor | 346. | Il-kanna taz-zokkor |

| — — — | 348. | Pjanti industrijali oħrajn |

D14 | Ħaxix frisk, bettiegħ, frawli, ta' barrajew taħt protezzjoni li minnhom | | — — — |

D14a | Ħaxix frisk, bettiegħ, frawli: egħlieqi miftuħin | 136. | Ħaxix frisk, bettiegħ u frawli ta' l-iskala ta' l-egħlieqi imkabbra fil-beraħ |

D14b | Ħaxix frisk, bettiegħ, frawli: ta' barra, għas-suq | 137. | Ħaxix frisk, bettiegħ u frawli imkabbra f'ġonna tas-swieq fil-miftuħ |

D15 | Ħaxix frisk, bettiegħ, frawli: taħt il-ħġieġ jew taħt koperutra ta' protezzjoni (aċċessibbli) | 138. | Ħaxix frisk, bettiegħ u frawli taħt protezzjoni |

D16 | Fjuri u pjanti ornamentali (bl-esklużjoni tal-mixtli): ta' barra jew taħt kopertura baxxa ta' protezzjoni (mhux aċessibbli) | 140. | Fjuri u pjanti ornamentali mkabbra fil-beraħ (bl-esklużjoni tal-mixtli) |

D17 | Fjuri u pjanti ornamentali (bl-esklużjoni tal-mixtli): taħt il-ħġieġ jew taħt kopertura ta' protezzjoni oħra (aċċessibbli) | 141. | Fjuri u pjanti ornamentali mkabbra taħt protezzjoni |

D18 | Pjanti għall-għalf | | |

| (a)Ħaxix temporanju | 147. | Ħaxix temporanju |

| (b)Oħrajn | 145. | Pjanti għall-għalf oħrajn |

D19 | Żerriegħa u żerriegħa ta' l-art maħruta | 142. | Żerriegħa tal-ħaxix |

| + | |

| 143. | Żerriegħa oħra |

D20 | Uċuħ tar-raba' maħruta oħrajn | 148. | Uċuħ tar-raba' maħruta oħrajn mhux inklużi fl-intestaturi 120 sa 147 |

| + | |

| 149. | Art mikrija lill-oħrajn lesta għaż-żrigħ, inkuża art li saret disponibbli għall-impjegati bħala benefiċċju n-natura |

D21 | Art mhux miżrugħa | 146. | Art mhux miżrugħa (inkluża art "imwarrba')" |

F01 | Marġ u mergħat permanenti, bl-esklużjoni ta' rough grazing | 150. | Marġ u mergħat permanenti |

F02 | Rough grazing | 151. | Rough grazing |

G01 | Pjantazzjonijiet tal-frott u l-berries | 152. | Ġonna tal-frott u tal-berries |

| (a)frott frisk u speċi ta' berries ta' żoni bi klima ta' temperatura | 349. | Frott pome |

| + | |

| 350. | Frott bl-għadma |

| + | |

| 352. | Frott żgħir u berries |

| (b)Frott u speċi ta' berries ta' żoni bi klima subtropikali | 353. | Frott tropikali u subtropikali |

| (ċ)Lewż | 351. | Lewż |

G02 | Pjantazzjonijiet taċ-ċitru | 153. | Ġonna tal-frott taċ-ċitru |

G03 | Pjantazzjonijiet taż-żebbuġ | 154. | Ortijiet taż-żebbuġ |

| (a)Li normalment jipproduċu żebbuġ għall-ikel | 281. | Żebbuġ għal-ikel |

| (b)Li normalment jipproduċu żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt | 282. | Żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt |

| + | |

| 283 | Żejt taż-żebbuġ |

G04 | Egħlieqi tad-dwieli | 155. | Dwieli |

| Li minnhom normalment jipproduċu: | | |

| (a)Inbid ta' kwalità | 286. | Għeneb għal inbid ta' kwalità |

| + | |

| 289. | Inbid ta' kwalità |

| (b)Inbejjed oħrajn | 287. | Għeneb għal inbid ta' l-ikel u inbid ta' xort' oħra minn inbid ta' kwalità |

| + | |

| 288. | Prodotti mixxellanji tad-dwieli: must ta' l-għeneb, sugu, brandy |

| + | |

| 290. | Inbid ta' l-ikel u inbid ieħor barra inbid ta' kwalità |

| (ċ)Għeneb għall-ikel | 285. | Għeneb għall-ikel |

| (d)Żbib | 291. | Żbib |

G05 | Mixtli | 157. | Mixtli |

G06 | Uċuħ permanenti oħrajn | 158. | Uċuħ permanenti oħrajn |

G07 | Uċuħ permanenti taħt il-ħġieġ | 156. | Uċuħ permanenti mkabbra taħt protezzjoni |

I01 | Uċuħ suċċessivi sekondarji (esklużi l-uċuħ tal-ġonna għas-swieq u uċuħ taħt il-ħġieġ) | | |

| Li minnhom: | | |

| (a)Ċereali mhux għall-għalf | | |

| (b)Ħxejjex imnixxfa mhux għall-għalf | | kodiċi tal-kultura "3" jewn "7" |

| (ċ)Pjanti taż-żerriegħ taż-żejt mhux għall-għalf | | |

| (d)Uċuħ sekondarji suċċessivi oħrajn | | |

I02 | Faqqiegħ | 136. | Faqqiegħ |

I06 | Art soġġetta għall-iskema ta' inċentiv għat-twarrib ta' art maħruta u rreġistarta taħt: | 146. | Art mhux miżrugħa (parti art "imwarrba'):" |

| | —skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 797/85: |

| (a)art mhux miżrugħa b'possibbiltajiet ta' rotazzjoni | | — il-kodiċi 5: art mhux miżrugħa, b'possibbiltajiet ta' rotazzjoni |

| (b)marġ u mergħat permanenti użati bħala grazing għall-biedja estensiva tal-bhejjem | | — il-kodiċi 6: marġ u mergħat permanenti użati bħala grazing għall-biedja estensiva tal-bhejjem |

| (ċ)l-irtubi, ċ-ċiċri u l-ġilbieni | | il-kodiċi 7: l-irtubi, ċ-ċiċri u l-ġilbieni |

| | —skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1765/92: spazju mwarrab ta' bilfors u mhux ikkultivat (il-kodiċi 8) |

E | Ġonna tal-kċejjen | | — — — |

II.Bhejjem

J01 | Equidae | 22. | Equidae (l-etajiet kollha) |

J02 | Annimali bovini, taħt sena | 23. | Għoġieli għall-ikel |

| + | |

| 24. | Baqar oħrajn taħt sena |

| (a)Irġiel | | — — — |

| (b)Nisa | | — — — |

J03 | Annimali bovini rġiel, ta' iktar minn sena imma taħt sentejn | 25. | Baqar irġiel ta' iktar minn sena imma taħt sentejn |

J04 | Annimali bovini nisa, ta' iktar minn sena imma taħt sentejn | 26. | Baqar nisa, ta' iktar minn sena imma taħt sentejn |

J05 | Annimali bovini rġiel, ta' sentejn u iktar | 27. | Baqar irġiel, ta' sentejn u iktar |

J06 | Erħiet, ta' sentejn u iktar | 28. | Erħiet li jnisslu |

| 29. | Erħiet għall-ikel |

J07 | Baqar tal-ħalib | 30. | Baqar tal-ħalib |

| + | |

| 31. | Baqar cull tal-ħalib |

J08 | Baqar oħrajn | 32. | Baqar oħrajn |

| | 1.Annimali bovini nisa, li diġà kellhom iż-żgħar (inklużi dawk inqas minn sentejn) li huma miżmuma esklużivament jew prinċipalment għall-produzzjoni + l-għoġliet2.Baqar għax-xogħol3.Baqar Cull |

J09 | Ngħaġ (l-etajiet kollha) | | — — — |

| (a)ngħaġ nisa | 40. | ngħaġ nisa (ta' sena jew iktar) |

| (b)ngħaġ oħrajn | 41. | ngħaġ oħrajn |

J10 | Mogħoż (l-etajiet kollha) | | — — — |

| (a)Mogħoż li jnisslu | 38. | Mogħoż li jnisslu |

| (b)Mogħoż oħrajn | 39. | Mogħoż oħrajn |

J11 | Majjali żgħar ta' inqas minn 20 kilogramm ħajjin | 43. | Majjali żgħar ta' inqas minn 20 kilogramma ħajjin |

J12 | Majjali nisa li jnisslu li jiżnu 50 kilogramma jew iktar | 44. | Majjali nisa li jnisslu ta' 50 kilogramma jew iktar |

J13 | Majjali oħrajn | 45. | Majjali għall-ikel |

| + | |

| 46. | Majjali oħrajn |

J14 | Broilers | 47. | Tiġieġ għall-ikel |

J15 | Tiġieġ li jbidu | 48. | Tiġieġ li jbidu |

J16 | Tjur oħrajn | 49. | Tjur oħrajn |

J17 | Fniek, nisa li jnisslu | 34. | Fniek, nisa li jnisslu |

J18 | Naħal | 33. | Naħal" |

--------------------------------------------------

ANNESS II

Fl-Anness III, parti A, il-punt 2 tad-Deċiżjoni 85/377/KEE hu mibdul b'li ġej:

"Għall-perjodi sussegwenti ta' referenza għat-tiġdid tas-SGN, il-valur ta' ECU 1000 għandu jiġi mmultipplikat bil-koeffiċjenti biex jittieħed kont, f'termini monetarji, ta' tendenzi globali agro-ekonomiċi fil-Komunità kollha.

Dawn il-koeffiċjenti għandhom jiġu kkalkulati mill-Kummissjoni u ffissati wara konsultazzjoni ma' l-Istati Membri. L-applikazzjoni tagħhom għandha tiġi deċiża mid-dipartimenti kompetenti tal-Kummissjoni wara li d-dipartimenti kompetenti fl-Istati Membri jkunu ġew ikkonsultati."

--------------------------------------------------