31994D0366



Official Journal L 165 , 01/07/1994 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 32 P. 0068
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 32 P. 0068


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-13 ta’ Ġunju 1994

dwar il-pożizzjoni komuni ddefinita mill-Kunsill fuq il-bażi ta’ l-Artikolu J.2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li tirrigwarda l-projbizzjoni dwar li jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet riferiti fil-paragrafu 9 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti Nru 757 (1992)

(94/366/CFSP)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu J.2 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni Nru 757 (1992) adottata fit-30 ta’ Mejju 1992 mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti,

Billi l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha implementaw ir-Riżoluzzjoni Nru 757 (1992) u r-riżoluzzjonijiet li għandhom x’jaqsmu magħha, fost l-oħrajn, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 990/93 tas-26 ta’ April 1993,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

1. Il-Komunita Ewropeà għandha tipprojbixxi li jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet riferiti fil-paragrafu 9 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti Nru 757 (1992).

2. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ llum.

3. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-13 ta’ Ġunju 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

Th. Pangalos

--------------------------------------------------