31994D0330



Official Journal L 146 , 11/06/1994 P. 0023 - 0023
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 58 P. 0051
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 58 P. 0051


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta' Mejju 1994

li temenda l-Artikolu 5(9) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/46/EEC fir-rigward tal-punt tal-konġelament

(94/330/EC)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE tas-16 ta' Ġunju 1992 li tistabbilixxi r-regoli għas-saħħa tal-produzzjoni u tqegħid fis-suq ta' ħalib mhux maħdum, ħalib ittrattat bis-sħana u prodotti bbażati fuq il-ħalib (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 5(9) tagħha,

Billi, permezz tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 5(9) tad-Direttiva 92/46/KEE, Stat Membru talab li l-ħtiġiet stabiliti fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 5(9) jiġu eżaminati mill-ġdid, b'mod partikolari fir-rigward tal-punt tal-konġelament tal-ħalib għax-xorb ittrattat bis-sħana;

Billi, bi qbil mal-istudji statistiċi disponibbli, il-valur tal-punt tal-konġelament tal-ħalib tal-baqra imkejjel minnufih wara l-ħlib jista' jvarja minn Stat Membru għall-ieħor fid-dawl ta' dan li ġej: l-istaġun, l-ikel jew ir-razza tal-baqra tal-ħalib, ir-riproduzzjoni jew il-perijodu ta' lattazzjoni, fatturi ġeografiċi jew klimatiċi;

Billi, dispożizzjonijiet għandhom jintgħamlu biex jippermettu t-tqegħid fis-suq ta' ħalib tal-baqra ttrattat bis-sħana, li l-punt tal-konġelament tiegħu, f'ċerti ċirkostanzi, jeċċedi l-valur stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 5(9) tad-Direttiva 92/46/KEE; billi din il-possibiltà għandha tkun illimitata, biex il-garanziji kollha meħtieġa jiġu provduti, għall-każi meta r-riżultati tat-testijiet kif hemm provvediment dwarhom fl-Anness Ċ, il-Kapitolu 1.A.3(b) juri li ma jkun hemm ebda ilma estraneju preżenti;

Billi l-ħtiġiet l-oħra ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 5(9) tad-Direttiva 92/46/KEE għadhom bħala s-suġġett ta' studji xjentifiċi u statistiċi;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Is-sentenza li ġejja għandha tiżdied ma' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 5(9) tad-Direttiva 92/46/KEE:

"B'dana kollu, punt tal-konġelament għola minn 0,52°C għandu jkun aċċettabbli bla ħsara għall-verifiki li għalihom jipprovdi l-Anness Ċ, l-Kapitolu 1.A.3 (b) li juri li ma jkun hemm l-ebda ilma estraneju preżenti".

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Mejju 1994.

Għall-Kummissjoni

René STEICHEN

Membru tal-Kummissjoni

1 ĠU L 268, ta' l-14.9.1992, p. 1.