Official Journal L 130 , 25/05/1994 P. 0035 - 0035
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 32 P. 0020
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 32 P. 0020
ID-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1994 Rigward il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' bdil ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċili fuq l-importazzjoni tat-tuffieħ u l-lanġas fil-Komunità (94/294/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu flimkien ma'l-ewwel sentenza ta'l-Artikolu 228(2), u l-Artikolu 28 tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 tat-18 ta' Mejju 1972 fuq l-organizzazzjonijiet komuni tas-suq tal-frott u l-ħaxix [1], Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni (1), Billir-Repubblika taċ-Ċili ħadet azzjoni fil-GATT oltre l-applikazzjoni mill-Komunità Ewropea ta' miżuri tat-tariffa fil-forma ta' imposti kontrovalenti fuq l-importazzjoni tat-tuffieħ, b'applikazzjoni ta'l-Artikoli 24, 25 u 26 tar-Regolamenti tal-Kunsill(KEE) Nru 1035/72; Billi l-Komunità u ċ-Ċili daħlu għal diskussjonijiet bil-għan li jsolvu din il-kwistjoni u oħrajn kif relatati mal-konklużjoni tas-sensiela tal-GATT ta'l-Urugwaj; Billi dawk id-diskussjonijiet irriżultaw fi Ftehim fil-forma ta' bdil ta' ittri; billi huwa fl-interess tal-Komunità li tapprova l-imsemmi Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Dan il-ftehim fil-forma ta' bdil ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċili fuq l-importazzjoni tat-tuffieħ u l-lanġas fil-Komunità f'isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill qiegħed b'hekk jiġi awtorizzat li jinnomina l-persuna bis-setgħa li tiffirma l-Ftehim biex torbot lill-Komunità. Artikolu 3 Din id-Deċizjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fit-2 ta' Mejju 1994. Għall-Kunsill Il-President Th. Pangalos [1] ĠU L 118, ta' l-20.5.1972, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3669/93 (ĠU L 338, tal-31.12.1993, p. 26). --------------------------------------------------