31994D0274



Official Journal L 117 , 07/05/1994 P. 0040 - 0040
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 57 P. 0079
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 57 P. 0079


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-18 ta' April 1994

(94/274/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi kondizzjonijiet dwar is-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil- Komunità ta' annimali, semen, ovuli u embriji mhux suġġetti għall-kondizzjoniijiet dwar is-saħħa ta' l-annimali preskritti f'regoli speċifiċi tal-Komunità li għalihom jirreferi l-Annes A (1) tad-Direttiva 90/425/KEE [1], u partikularment l-Artikolu 10(3)(a) (iii) ta' din,

Billi huwa meħtieġ li tkun stabbilita sistema għall-identifikazzjoni tal-klieb u l-qtates li jitqiegħdu fis-suq fir-Renju Unit u fl-Irlanda u li ma joriġinawx f'dawk il-pajjiżi;

Billi t-teknoloġija ta' l-identifikazzjoni elettronika tal-klieb u l-qtates toffri sistema rħisa, li tagħti protezzjoni kontra l-frodi u relattivament bla uġigh; billi f'dawn il-kondizzjonijiet huwa xieraq li tintuża sistema elettronika għall-identifikazzjoni tal-klieb u l-qtates;

Billi, minħabba l-moltipliċità tas-sistemi elettroniċi li qed jintużaw, is-sid jew in-negozjant għandu jkun responsabbli li juri bil-provi għas-sodisfazzjon tal-veterinarju uffiċjali li l-kelb jew il-qattus huwa identifikat b'mod korrett;

Billi, bħala miżura għal xi \mien biss, sakemm wieħed jistenna l-iżvilupp ta' standard internazzjonali, huwa xieraq li wieħed jara minn qabel li s-sistemi elettroniċi li jintużaw ikunu dawk użati fl-Istati Membri fejn joriġinaw l-annimali; billi din is-sitwazzjoni se ter[a' tkun ikkunsidrata fid-dawl tal-progress ta' l-armonizzazzjoni ta' standard għall-identifikazzjoni elettronika tal-klieb u l- qtates;

Billi din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għal kull Deċiżjoni futura li tista' tittieħed dwar iċ-ċaqliq ta' annimali domestiċi fil-Komunità, billi l-problemi maħluqa mill-identifikazzjoni ta' l-annimali domestiċi huma ta' natura differenti;

Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-metodu ta' identifikazzjoni wżat fuq il-klieb u l-qtates imqiegħda fis-suq fir-Renju Unit u fl-Irlanda u li ma joriġinawx f'dawk il-pajjiżi għandu jkun sistema elettronika.

Artikolu 2

1. Is-sistema elettronika li għaliha jirreferi l-Artikolu 1 għandha tkun magħmula minn apparat li jista' jiddaħħal fil-[isem biex jir‘ievi sinjal tar-radju u awtomatikament jittrasmetti sinjal ieħor differenti (implantable transponder) u għandħa tkun waħda minn dawk u\ati fl-Istat Membru fejn jori[inaw il-klieb u l-qtates.

2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lil xulxin dwar is-sistemi elettroniċi użati fit-territorju tagħhom għall-identifikazzjoni tal-klieb u l-qtates.

3. Is-sid jew in-negozjant għandu jkun responsabbli li juri bil-provi għas-sodisfazzjon tal-veterinarju uffiċjali li l-kelb jew il-qattus huwa identifikat b'mod korrett.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' April 1994.

Għall- Kummissjoni

René Steichen

Membru tal- Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta' l-14.9.1992, p. 54.

--------------------------------------------------